Official Journal L 343 , 20/12/1985 P. 0019 - 0019
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0004
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 39 P. 0169
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0004
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 39 P. 0169
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3589/85 tas-17 ta’ Diċembru 1985 li jemenda ċerti Regolamenti dwar il-hops minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u tal-Portugall, u partikolarment Artikolu 396 tiegħu; Billi, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u tal-Portugall u bi qbil ma’ Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, għandhom isiru emendi għar-Regolamenti li ġejjin: - ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 tat-28 ta’ April 1978 li jippreskrivi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni tal-hops [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1979 [2]; - ir-Regolament (KEE) Nru 3077/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-ekwivalenza maċ-ċertifikati ta’ l-attestazzjoni tal-Komunità li jakkumpanjaw il-hops importat minn pajjiżi mhux membri [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 541/85 [4]; Billi, skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni, l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw qabel l-adeżjoni l-miżuri referiti f’Artikolu 396 ta’ l-Att; billi dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss bla ħsara għal u mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 huwa hawnhekk emendat kif ġej: - Dan li ġej jiżdied ma’ Artikolu 5a: "— Producto certificado — Reglamento (CEE) no 890/78 — Producto certificado — Regulamento (CEE) no 890/78"; - Dan li ġej jiżdied, wara l-kelma "Greċja", mat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 6(3):"Spanja u l-Portugall"; - Dan li ġej jiżdied, wara l-kelma "Greċja", mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11:"Spanja u l-Portugall"; - Dawn li ġejjin jiżdiedu mat-taqsima 2 ta’ Anness III: "ESP għal Spanja" "P għall-Portugall". 2. Ir-referenzi għall-Portugall u għal Spanja huma mħassra mill-Anness mar-Regolament (KEE) Nru 3077/78. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1986, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1985. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Viċi-President [1] ĠU L 117, tad-29.4.1978, p. 43. [2] ĠU L 291, tad-19.11.1979, p. 77. [3] ĠU L 367, tat-28.12.1978, p. 28. [4] ĠU L 62, ta’ l-1.3.1985, p. 57. --------------------------------------------------