<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑672/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0672</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:185">EU:C:2015:185</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20150319">19.3.2015</DATE> – KAWŻA C‑672/13</P><P>OTP BANK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 107(1) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għall-akkomodazzjoni, mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea, għal ċerti kategoriji ta’ unitajiet domestiċi</KEYWORD><KEYWORD>Likwidazzjoni tal-għajnuna minn stabbilimenti ta’ kreditu bħala korrispettiv għal garanzija mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 108(3) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Miżura li ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Illegalità</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑672/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Fővárosi Törvényszék (L-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130730">30 ta’ Lulju 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">OTP Bank nyrt</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Magyar Állam,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Magyar Államkincstár,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn A. Borg Barthet, li qed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, E. Levits u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20141113">13 ta’ Novembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal OTP Bank Nyrt, minn P. Nagy, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn Z. Fehér u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Talabér-Ritz u L. Flynn, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 107 TFUE u tal-Artikolu 108 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn OTP Bank Nyrt (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>OTP Bank<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), stabbiliment ta’ kreditu Ungeriż, u Magyar Állam (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Stat Ungeriż<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Magyar Államkincstár (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Teżor pubbliku Ungeriż<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), dwar talba għal rimbors abbażi ta’ garanzija mogħtija mill-Istat Ungeriż lil OTP Bank.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2) tiegħu, it-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 236, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Trattat ta’ Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tat-Trattat ta’ adeżjoni, il-kundizzjonijiet tad-dħul u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea jinsabu fl-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2003">ĠU 2003, L 236, p. 33</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Att ta’ Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-Att ta’ Adeżjoni li, bl-istess mod bħad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan tal-aħħar, jifforma parti integrali mit-Trattat ta’ adeżjoni, jistabbilixxi li l-miżuri elenkati fil-lista li tinsab fl-Anness IV tiegħu għandhom jiġu applikati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi anness.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fil-punt 3 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Politika tal-Kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, l-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.P><TXT>L-iskemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li ġejjin li kienu fis-seħħ fi Stat Membru ġdid qabel id-data ta’ l-adeżjoni u li jkunu għadhom japplikaw wara dik id-data, għandhom jitqiesu ma’ l-adeżjoni bħala għajnuna eżistenti fis-sens ta’ l-Artikolu [108](1) [TFUE]:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>miżuri ta’ għajnuna li daħlu fis-seħħ qabel l-<DATE ISO="19941210">10 ta’ Diċembru 1994</DATE>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>miżuri ta’ għajnuna elenkati fl-Appendiċi ta’ dan l-Anness;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>miżuri ta’ għajnuna li qabel id-data ta’ l-adeżjoni kienu valutati mill-awtorità li tissorvelja l-għajnuna mogħtija mill-Istat ta’ l-Istat Membru l-ġdid u meqjusa bħala kompatibbli ma’ l-acquis, u li dwarhom il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda oġġezzjoni abbażi ta’ dubji serji dwar jekk il-miżura tkunx kompatibbli mas-suq komuni, skond il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Kull miżura li tibqa’ tapplika wara d-data ta’ l-adeżjoni li hija miżura ta’ għajnuna mogħtija mill-Istat u li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati hawn qabel, għandha ma’ l-adeżjoni tiġi meqjusa bħala għajnuna ġdida għall-iskopjiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu[108](3) [TFUE].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-<DATE ISO="19990322">22 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="363" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 363, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Regolament Nru 659/1999<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), fl-Artikolu 1 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> għandha tfisser kull miżura li taderixxi l-kriterja kollha mqiegħda fl-Artikolu [107](1) [TFUE];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>għajnuna eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> għandha tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>mingħajr preġudizzju [...] għall-Anness IV, il-punt 3 u l-Appendiċi għall-Anness Imsemmi tal-Att [ta’ adeżjoni], l-għajnuna kollha li eżistiet qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat fl-Istati Membri rispettivi, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li daħħlu fis-seħħ qabel, u għadhom jgħoddu wara, id-dħul fis-seħħ tat-Trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>għajnuna awtorizzata, li tfisser, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali li kienu awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>għajnuna li tinftiehem li kienet awtorizzata skont l-Artikolu 4(6) ta’ dan ir-Regolament jew qabel dan ir-Regolament iżda f’konformità ma’ din il-proċedura;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iv)</NO.P><TXT>għajnuna li tinftiehem li hi għajnuna eżistenti skond l-Artikolu 15;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>v)</NO.P><TXT>għajnuna li tinftiehem li hi għajnuna eżisteni minħabba li jista’ jitwaqqaf li meta daħlet fis-seħħ ma kkostitwietx għajnuna, u sussegwentement saret għajnuna minħabba l-evoluzzjoni tas-suq komuni u mingħajr ma nbidlet mill-Istat Memrbu. Billi ċerti miżuri jsiru għajnuna wara l-liberalizzazzjoni ta’ attività mill-liġi tal-Komunità, dawn il-miżuri m’għandhomx ikunu kkunsidrati li huma għajnuna eżistenti wara d-data ffissata għall-liberalizzazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>għajnuna ġdida<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> għandha tfisser kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali, li m’hijiex għajnuna eżistenti, li jinkludu tibdil lill-għajnuna eżistenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>skema ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> għandha tfisser kull att li abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri implimentattivi oħra, jistgħu jingħataw għajnuniet individwali lill-impriżi definiti fi ħdan l-att f’manjiera ġenerali u astratta u kull azzjoni li abbażi tagħha għajnuna li m’hijiex magħquda ma’ proġett speċifiku tista’ tingħata lil waħda jew ħafna impriżi għal perjodu ta’ żmien indefinit u/jew għal ammont indefinit;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>għajnuna individwali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> għandha tfisser għajnuna li ma tingħatax abbażi ta’ skema ta’ għajnuna u għoti ta’ għajnuna notifikati abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>għajnuna kontra l-liġi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> għandha tfisser għajnuna ġdida li tiddaħħal fis-seħħ f’kontravenzjoni ta’ l-Artikolu [108](3) [TFUE];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ungeriż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont is-setgħat mogħtija mil-liġijiet li jistabbilixxu l-baġit tar-Repubblika tal-Ungerija għas-snin 2000 sa 2002, il-Gvern ta’ dan l-Istat Membru adotta d-digriet tal-Gvern Nru 12/2001, tal-<DATE ISO="20010131">31 ta’ Jannar 2001</DATE>, dwar l-għajnuna maħsuba li tiffavorixxi l-aċċess għall-akkomodazzjoni (<HT TYPE="ITALIC">Magyar Közlöny</HT> 2001/11, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Digriet tal-2001<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1) ta’ dan id-digriet, li jinsab taħt il-Kapitolu VII ta’ dan tal-aħħar, kien jipprevedi li huma l-istabbilimenti ta’ kreditu li għandhom jagħtu jew li jħallsu s-self imsemmija fil-Kapitoli II sa VI tal-imsemmi digriet, li jiddeterminaw il-modalitajiet tar-rimborsi kif ukoll tal-għajnuna, u li jillikwidaw l-ammonti li għandhom jitressqu fil-baġit ġenerali, u dan indipendentement mill-persuna li tibni, li tordna li jinbena jew li tbigħ il-beni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24(15) tal-istess digriet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-istabbiliment ta’ kreditu għandu jikkonkludi kuntratt mal-ministru u t-teżor pubbliku dwar il-ħlas ta’ għajnuna u ta’ antiċipi fis-sens tal-paragrafu 11 u s-sistema ta’ likwidazzjoni, kif ukoll il-provvista tad-data neċessarja għall-finijiet tal-kontroll finanzjarju. L-istabbiliment ta’ kreditu huwa awtorizzat li jipproċedi bil-likwidazzjoni tal-għajnuna u tal-antiċipi wara l-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25(1) u (2) tad-digriet tal-2001:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-applikant, sabiex jakkwista akkomodazzjoni, irrikorra wkoll għall-allowance għall-kostruzzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4), l-Istat għandu jirrimborsa lill-istabbiliment ta’ kreditu 80 % tas-somma tas-self , kif iffissat skont l-Artikolu 13(1), imħallas mill-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista jiġi rkuprat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-kontabbiltà, tal-interessi u tal-ispejjeż fuq dan is-self, li ma jistgħux ikunu iktar minn nofs il-kapital tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.002"><NO.PARAG>2)</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat għandu jirrimborsa lill-istabbiliment ta’ kreditu s-somma tal-kapital, tal-interessi u spejjeż tal-self imħallas taħt forma ta’ antiċipi mill-istabbiliment ta’ kreditu skont l-Artikolu 5/A u li ma għadux jista’ jiġu rkuprat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-kontabbiltà.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 25/C tad-Digriet tal-2001, inkluż bl-Artikolu 10 tad-Digriet tal-Gvern Nru 257/2011 tas-<DATE ISO="20111206">6 ta’ Diċembru 2011</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Digriet tal-2011<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>L-obbligi ta’ rimbors tal-Istat previsti fl-Artikolu 25(1) u (2) tad-Digriet [tal-2001] ma humiex eżiġibbli meta dawn ikunu jikkonċernaw kuntratti ta’ self konklużi fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE> jew suċċessivament.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE>, il-ministeru tal-komunitajiet lokali, it-teżor pubbliku u OTP Bank ikkonkludew kuntratt ta’ kummissjoni abbażi tal-Artikolu 24(15) tad-Digriet tal-2001.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-Kapitolu I ta’ dan il-kuntratt, il-ministeru tal-komunitajiet lokali obbliga lil OTP Bank, għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan l-istess digriet, li jwettaq it-tranżazzjonijiet ta’ likwidazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-akkomodazzjoni. F’dan il-kuntest, OTP Bank obbliga ruħu li jwettaq il-kompiti li ġejjin: jevalwa t-talbiet tal-applikanti għall-għajnuna għall-akkomodazzjoni u<?PAGE NO="5"?> għas-self issussidjat għal proprjetà, iħallas l-għajnuna skont il-kundizzjonijiet previsti mid-Digriet tal-2001, jiżgura r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-artijiet tal-ipoteki favur l-Istat kif ukoll il-projbizzjonijiet ta’ ċessjoni u ta’ piżijiet, iwettaq kontabbiltà fil-baġit tal-ammonti mogħtija abbażi tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni u jikkomunika d-data skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Bħala korrispettiv għal dawn il-kompiti, OTP Bank irċieva r-rimbors tal-ispejjeż previsti fil-punt 5 tal-Kapitolu II tal-kuntratt ta’ kummissjoni tal-<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE>, jiġifieri 1.5 % tal-ammonti mogħtija abbażi tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni u 3 % tal-ammonti ffissati f’kuntratti ta’ self imħallas taħt forma ta’ antiċipi, tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni għaż-żgħażagħ u tal-għajnuna mogħtija abbażi tas-sistema l-antika ta’ rimbors tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25(1) tad-Digriet tal-2001, fis-seħħ mill-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kummissjoni tal-<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE>, jiġifieri qabel ma ġie emendat bid-Digriet tal-2011, l-Istat Ungeriż kien, taħt ċerti kundizzjonijiet, ukoll obbligat li jirrimborsa lill-istabbiliment ta’ kreditu 80 % tas-somma ta’ self, imħallas minn dan l-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista’ jiġi rkuprat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-kontabbiltà, u tal-interessi u spejjeż fuq dan it-telf.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(2) tad-Digriet tal-2001 kien jipprovdi li l-Istat għandu wkoll jiggaranitxxi r-rimbors tal-istabbiliment ta’ kreditu tas-somma tal-kapital, tal-interessi u spejjeż tas-self imħallas taħt forma ta’ antiċipi mill-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista’ jiġi rkuprat.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>OTP Bank stieden, diversi drabi, mingħajr ebda suċċess, l-Istat Ungeriż sabiex jeżegwixxi dan il-kuntratt ta’ kummissjoni sa fejn dan jirrigwarda t-tielet trimestru tas-sena 2009 u t-trimestri tas-snin sussegwenti. L-Istat Ungeriż ikkontesta dan l-obbligu, billi invoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25/C tad-Digriet tal-2001, inklużi bid-Digriet tal-2011. Wara din l-emenda leġiżlattiva, l-Istat Ungeriż ikkunsidra lilu nnifsu li huwa meħlus mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 25(1) u (2) tad-Digriet tal-2001 fir-rigward tal-kuntratti ta’ self konklużi mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, OTP Bank ippreżenta rikors quddiem il-Fővárosi Törvényszék (Qorti ta’ Budapest), bil-għan li l-Istat Ungeriż jiġi kkundannat għall-ħlas ta’ somma ta’ HUF 1 261 506 204 forints Ungeriżi, miżjuda bl-interessi u spejjeż, u li d-deċiżjoni li tingħata għanda tkun tista’ tiġi invokata fir-rigward tat-Teżor pubbliku. Skont OTP Bank, barra minn hekk, l-Istat Ungeriż, wara l-adozzjoni tal-Artikolu 25/C tad-Digriet tal-2001, irrenda impossibbli l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kummissjoni tal-<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE> u, minħabba dan, kiser dan il-kuntratt b’mod unilaterali. Għal din ir-raġuni, OTP Bank talab ukoll rendikont tal-kont marbut mas-servizzi pprovduti sabiex jiġi eżegwit dan il-kuntratt, skont l-Artikolu 479(3) tal-Kodiċi Ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Istat Ungeriż u t-Teżor pubbliku, li talbu ċ-ċaħda tar-rikors ta’ OTP Bank, sostnew li l-emenda tad-Digriet tal-2001 bid-Digriet tal-2011 kienet neċessarja peress li l-garanzija pprovduta mill-Istat Ungeriż skont l-Artikolu 25(1) u (2) tad-Digriet tal-2001 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>garanzija mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita mid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, billi adotta id-Digriet tal-2011, l-Istat Ungeriż kellu l-għan biss li jirrendi d-dritt Ungeriż konformi mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-rikors ta’ OTP Bank ġie miċħud mill-Fővárosi Törvényszék. Il-Fővárosi Ítélőtábla (qorti tal-appell ta’ Budapest) annullat din is-sentenza, filwaqt li kkunsidrat li seta’ jkun utli li tiġi mistħarrġa l-kompatibbiltà ta’ din l-allegata għajnuna mill-Istat mas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 107(2) u (3) TFUE, u rrinvijat il-kawża quddiem il-Fővarosi Törvényszék.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Quddiem il-Fővárosi Törvényszék, li qiegħda tiddeċiedi mill-ġdid fuq il-kawża, OTP Bank isostni li, għalkemm din il-qorti għandha tikkunsidra li l-garanzija mill-Istat taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, hija għandha tistaqsi lil Qorti tal-Ġustizzja fuq il-punt dwar jekk din il-garanzija hijiex, skont id-dritt tal-Unjoni, kompatibbli mas-suq intern, b’mod partikolari fid-dawl tal-eċċezzjoni marbuta mal-għajnuna ta’ natura soċjali msemmija fl-Artikolu 107(2)(a) TFUE u taċ-ċirkustanza li l-benefiċjarji tal-forma ta’ għajnuna inkwistjoni huma individwi u mhux l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont il-Fővárosi Törvényszék, is-soluzzjoni tal-vertenza ppreżentata quddiemha tirrikjedi interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, jekk l-imsemmija garanzija ma hijiex għajnuna mill-Istat ipprojbita jew, inkella, jekk din tikkostitwixxi, fis-sens tal-Artikolu 107(2) u (3) TFUE, għajnuna kompatibbli mas-suq intern, jista’ jirriżulta, jekk xieraq, li l-Istat Ungeriż kiser il-kuntratt ta’ kummissjoni mingħajr ebda bażi valida skont il-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Fővárosi Törvényszék iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1)</NO.P><TXT>Għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, u fl-affermattiv, bħala kompatibbli mas-suq intern il-garanzija tal-Istat mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tad-Digriet [tal-2001]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk garanzija tal-Istat mogħtija fil-kuntest tal-imsemmi digriet tkun inkompatibbli mas-suq intern, liema rimedji huma disponibbli, abbażi tad-dritt Komunitarju, għall-eventwali preġudizzju għall-interessi tal-persuni kkonċernati?<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Gvern Ungeriż u l-Kummissjoni Ewropea jesprimu dubji dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari jew, tal-inqas, tad-domandi magħmula, waħda jew l-oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li hija adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, obbligata li tagħti d-deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑395/08 u C‑396/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest legali u fattwali li tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li fir-rigward tagħhom ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika l-eżattezza, dawn jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mitluba bl-ebda mod ma hija relatata mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenzi van der Weerd <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑222/05 sa C‑225/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:318">EU:C:2007:318</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22, kif ukoll Melki u Abdeli, C‑188/10 u C‑189/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:363">EU:C:2010:363</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun meħtieġa teżamina l-kundizzjonijiet li fihom it-talba għal deċiżjoni preliminari tkun tressqet mill-qorti nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza PreussenElektra, C‑379/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:160">EU:C:2001:160</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39). Fil-fatt, l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni li jirregola l-funzjonament tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari jimplika li, min-naħa tagħha, il-qorti nazzjonali tikkunsidra l-funzjoni fdata lill-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri u mhux li tifformula opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi (sentenza Schmidberger, C‑112/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:333">EU:C:2003:333</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm fil-kuntest ta’ proċedura mressqa skont l-Artikolu 267 TFUE ma huwiex il-kompitu ta’ din tal-aħħar li tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ regoli tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni u lanqas li tinterpreta liġijiet jew regolamenti nazzjonali, hija għandha madankollu l-ġurisdizzjoni li tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni kollha li jikkonċernaw id-dritt tal-Unjoni u li jistgħu jippermettu lil din tiddeċiedi l-kawża li jkollha quddiemha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Paint Graphos <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑78/08 sa C‑80/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:550">EU:C:2011:550</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, diġà ġie deċiż li l-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni ma tipprekludix lil qorti nazzjonali milli tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ domanda preliminari, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ għajnuna (sentenza DM Transport, C‑256/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:332">EU:C:1999:332</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 15). B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ b’mod partikolari tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni kollha li jikkonċernaw id-dritt tal-Unjoni u li jippermettulha tiddetermina jekk miżura nazzjonali tistax tiġi kklassifikata li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-imsemmi dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fallimento Traghetti del Mediterraneo, C‑140/09, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:335">EU:C:2010:335</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qrati nazzjonali jistgħu jiġu aditi b’kawżi li jobbligawhom jinterpretaw u japplikaw il-kunċett ta’ għajnuna, imsemmi fl-Artikolu 107(1) TFUE, b’mod partikolari, bl-għan li jiġi ddeterminat jekk miżura tal-Istat kellhiex jew le tiġi suġġetta għal proċedura ta’ stħarriġ minn qabel stabbilit fl-Artikolu 108(3) TFUE, u, fejn xieraq, li tivverifika jekk l-Istat Membru kkonċernat ikkonformax ruħu ma’ dan l-obbligu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza P, C‑6/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:525">EU:C:2013:525</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar, u sa fejn, kif jirriżulta mill-punt 29 ta’ din s-sentenza, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju, din għandha, fejn ikun meħtieġ, tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew magħmula lilha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Byankov, C‑249/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:608">EU:C:2012:608</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, u għall-finijiet li tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, jeħtieġ li jiġu fformulati mill-ġdid, iż-żewġ domandi li hemm lok li jiġu eżaminati konġuntement, fis-sens li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-garanzija mill-Istat mogħtija mil-Istat Ungeriż fil-kuntest tad-Digriet tal-2001 tistax tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u, f’każ ta’ risposta affermattiva, jekk din kinitx suġġetta għall-obbligu ta’ notifika prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE u, fejn applikabbli, liema jkunu l-konsegwenzi naxxenti mill-inosservanza ta’ dan l-obbligu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istħarriġ tal-osservanza mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, hemm lok li jitfakkar, preliminarjament, il-mod kif id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-aħħar imsemmi artikolu jirrelataw bejniethom kif ukoll is-setgħat u r-responsabbiltajiet li dawn id-dispożizzjonijiet jagħtu minn naħa lill-Kummissjoni, u min-naħa l-oħra lill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>L-Artikolu 108 TFUE jistabbilixxi proċeduri distinti skont jekk l-għajnuna tkunx eżistenti jew ġdida. Filwaqt li l-għajnuna ġdida għandha, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, tiġi nnotifikata minn qabel lill-Kummissjoni, u ma tistax tiġi eżegwita qabel ma l-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali,<?PAGE NO="8"?> l-għajnuna eżistenti tista’, skont l-Artikolu 108(1) TFUE, tiġi eżegwita b’mod regolari kemm-il darba l-Kummissjoni ma tkunx ikkonstatat l-inkompatibbiltà tagħha (sentenza P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:525">EU:C:2013:525</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din is-sistema ta’ stħarriġ, il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali jeżerċitaw responsabbiltajiet u setgħat differenti (sentenza Namur-Les assurances du crédit, C‑44/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:311">EU:C:1994:311</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, dawn il-qrati jistgħu jiġu aditi b’kawżi li jobbligawhom li jinterpretaw u japplikaw il-kunċett ta’ għajnuna, imsemmija fl-Artikolu 107(1) TFUE, b’mod partikolari bil-għan li jiġi ddeterminat jekk miżura tal-Istat kellhiex jew le tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ stħarriġ stabbilita fl-Artikolu 108(3) TFUE. Jekk l-imsemmija qrati jaslu għall-konstatazzjoni li l-miżura kkonċernata kellha effettivament tiġi nnotifikata minn qabel lill-Kummissjoni, huma għandhom jiddikjarawha illegali. Għall-kuntrarju, dawn l-istess qrati ma għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern, peress li dan l-istħarriġ jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:525">EU:C:2013:525</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, u sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, jeħtieġ, fl-ewwel lok, li jiġi ddeterminat jekk il-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. F’dan ir-rigward, għandhom jingħataw lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni neċessarji tal-kundizzjonijiet li għalihom l-Artikolu 107(1) TFUE jissuġġetta l-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat, jiġifieri l-finanzjament ta’ din il-miżura mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, is-selettività ta’ tali miżura, kif ukoll l-effett ta’ dawn tal-aħħar fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn din il-miżura. Għalhekk, hemm lok li dawn it-tliet kundizzjonijiet jiġu eżaminati suċċessivament.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kundizzjoni dwar finanzjament tal-miżura mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikolu 107(1) TFUE jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ għajnuna huwa iktar ġenerali minn dak ta’ sussidju, peress li dan jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, bħas-sussidji nfushom, iżda wkoll, interventi li, taħt forom diversi, itaffu l-ispejjeż li normalment huma inklużi fil-baġit ta’ impriża u li, bl-istess mod, mingħajr ma huma sussidji fil-veru sens tal-kelma, huma tal-istess natura u għandhom effetti identiċi (ara, b’mod partikolari s-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑222/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:8">EU:C:2006:8</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 131 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża prinċipali, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minn naħa, il-garanzija mill-Istat kienet prevista fil-kuntratt ta’ kummissjoni konkluż fil-<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE> bejn il-ministeru tal-komunitajiet lokali, it-teżor pubbliku u OTP Bank, abbażi tal-Artikolu 24(15) tad-Digriet tal-2001.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, waqt sejħiet trimestrali għall-garanzija mill-Istat, l-istabbilimenti ta’ kreditu bagħtu t-talbiet tagħhom lill-ministeru tal-komunitajiet lokali jew lill-ministeru tal-ekonomija, li tawhom l-għajnuna u l-antiċipi mitluba billi imputawhom fuq il-krediti tal-baġit ġenerali allokati għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Għajnuna oħra għall-akkomodazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fil-kontabbiltà amministrata mit-teżor pubbliku.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-garanzija mill-Istat tikkostitwixxi għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kundizzjoni dwar in-natura selettiva tal-miżura</P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>L-Artikolu 107(1) jipprojbixxi l-għajnuna li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jiġifieri l-għajnuna selettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-garanzija mill-Istat hijiex ta’ natura li tiffavorixxi ċerti impriżi jew produzzjonijiet meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jinsabu, fir-rigward tal-għan tal-miżura inkwistjoni, f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi rrilevat li d-Digriet tal-2001, li abbażi tiegħu ngħatat din il-garanzija, jirregola l-għajnuna maħsuba sabiex tiffavorixxi l-aċċess għall-akkomodazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ unitajiet domestiċi. Għalhekk, l-Artikolu 24(1) ta’ dan id-digriet jipprevedi li huma l-istabbiliment ta’ kreditu li għandhom jagħtu jew li jħallsu s-self u li jiddeterminaw il-modalitajiet tar-rimborsi u tal-għajnuna. Bħala korrispettiv, l-Artikolu 25(1) u (2) tal-imsemmi digriet jagħti l-imsemmija garanzija lill-istabbilimenti ta’ kreditu kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta għajnuna tingħata taħt forma ta’ garanzija, huwa essenzjali li l-qrati nazzjonali jidentifikaw il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna li jistgħu jkunu jew min jissellef, jew min isellef jew, f’ċerti każijiet, it-tnejn li huma flimkien (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Residex Capital IV, C‑275/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:814">EU:C:2011:814</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt 46 ta’ din is-sentenza, id-digriet tal-2001 jipprevedi li huma l-istabbilimenti ta’ kreditu li għandhom jimplimentaw l-imsemmi digriet u b’hekk li jibbenefikaw mill-garanzija mill-Istat. Għaldaqstant, il-miżura inkwistjoni tidher li hija ta’ profitt esklużivament għas-settur tal-istabbilimenti ta’ kreditu.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għajnuna tista’ tkun selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE anki jekk din tkun tikkonċerna settur ekonomiku sħiħ (ara b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenzi Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C‑75/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:311">EU:C:1999:311</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33, kif ukoll Paint Graphos <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:550">EU:C:2011:550</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 53).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-garanzija mill-Istat tista’ tiġi kkunsidrata bħala li hija ta’ natura selettiva. Iċ-ċirkustanza li, fejn applikabbli, din tal-aħħar tkun ta’ profitt ukoll għal benefiċjarji li ma humiex stabbilimenti ta’ kreditu, bħal, f’dan il-każ, ċerti unitajiet domestiċi li d-dħul tagħhom ma jippermettilhomx, waħidhom, li jipprevedu l-akkwist ta’ proprjetà, ma tpoġġix f’dubju lil din il-konstatazzjoni, li hija suffiċjenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Jeħtieġ madankollu li jiġi osservat li waqt id-dibattiti li saru waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, issemmiet emenda tad-Digriet tal-2001, li saret matul is-sena 2008, li estendiet il-possibbiltà li dan id-digriet jiġi implementat favur operaturi ekonomiċi oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li hija kwistjoni ta’ fatt, hija ċertament il-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-veraċità ta’ dawn l-elementi u li tevalwa jekk dawn humiex ta’ natura li jpoġġu f’dubju n-natura selettiva tal-garanzija mill-Istat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-kundizzjonijiet marbuta mal-effett tal-miżura fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u mad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tista’ tirriżulta minnha</P></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>L-Artikolu 107(1) TFUE jipprojbixxi għajnuna li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat, għandu jkun hemm lok mhux li jiġi stabbilit effett reali tal-għajnuna inkwistjoni fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni, iżda li jiġi eżaminat biss jekk l-għajnuna tistax taffettwa dan il-kummerċ u li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni, C‑372/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:234">EU:C:2004:234</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44, u Unicredito Italiano, C‑148/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:774">EU:C:2005:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>B’mod partikolari, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta pparagunata ma’ impriżi kompetituri oħra fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma influwenzati mill-għajnuna (ara s-sentenza Unicredito Italiano, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:774">EU:C:2005:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma huwiex neċessarju li l-impriża benefiċjarja stess tkun qed tipparteċipa fil-kummerċ intra-Komunitarju. Fil-fatt, meta Stat Membru jagħti għajnuna lil impriża, l-attività interna tista’ tinżamm jew tiżdied, bir-riżultat li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom inqas possibbiltà li jippenetraw is-suq ta’ dan l-Istat Membru. Barra minn hekk, tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta’ impriża li, sa dak iż-żmien, ma kinitx tipparteċipa fil-kummerċ intra-Komunitarju jista’ jqegħidha f’sitwazzjoni li tippermettilha li tippenetra s-suq ta’ Stat Membru ieħor (sentenza Unicredito Italiano, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:774">EU:C:2005:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kawża prinċipali, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-garanzija mill-Istat tippermetti lill-istabbilimenti ta’ kreditu li jikkonkludu self mingħajr ma jkollhom jassumu r-riskju ekonomiku relatat. Għalhekk, l-istabbilimenti ta’ kreditu li jkunu kkonkludew kuntratt ta’ kummissjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jkollhomx neċessarjament jeżaminaw is-solvenza tal-persuni li jissellfu u lanqas li jipprevedu primjum ta’ garanzija. Barra minn hekk, il-persuni li jissellfu, ħafna drabi jitolbu servizzi addizzjonali mingħand dawn l-istabbilimenti, bħall-ftuħ ta’ kont kurrenti. Għaldaqstant, il-garanzija mill-Istat tikkonferixxi lill-imsemmija stabbilimenti vantaġġ peress li din għandha l-effett li tkabbar il-klijentela tagħhom u żżid id-dħul tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-garanzija mill-Istat għandha l-effett li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu meta mqabbla ma’ dawk ta’ operaturi oħra tas-suq u li tirrendi iktar diffiċli d-dħul fis-suq Ungeriż mill-operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra. Għaldaqstant, din il-garanzija tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-garanzija mill-Istat mogħtija b’mod esklużiv lill-istabbilimenti ta’ kreditu tikkostitwixxi, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva ta’ tali garanzija billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk, wara l-emenda tad-Digriet tal-2001, li allegatament saret matul is-sena 2008, din il-garanzija tistax tingħata lil operaturi ekonomiċi oħra minbarra l-istabbilimenti ta’ kreditu u, f’każ ta’ risposta pożittiva, jekk din iċ-ċirkustanza hijiex ta’ natura li tpoġġi f’dubju n-natura selettiva tal-imsemmija garanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tikklassifika l-garanzija mill-Istat li hija tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, jeħtieġ, sabiex din tkun tista’ tevalwa l-legalità tagħha, tiddetermina jekk din tal-aħħar ġietx suġġetta għall-proċedura ta’ notifika prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE. Sabiex isir dan, hemm lok li jiġi stabbilit jekk l-imsemmija garanzija tikkostitwixxix għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jirriżulta li tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, mingħajr preġudizzju għall-punt 3 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni, kull għajnuna eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat FUE fl-Istat Membru kkonċernat, jiġifieri l-iskemi ta’ għajnuna u ta’ għajnuna individwali li ġew eżegwiti qabel, u applikabbli wara l-imsemmi dħul fis-seħħ.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-punt 3 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni jipprovdi li l-miżuri kollha li jkunu għadhom applikabbli wara d-data tal-adeżjoni li jikkostitwixxu għajnuna pubblika u li ma jissodisfaw l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fil-punt 3(1) tal-imsemmi anness huma kkunsidrati bħala għajnuna ġdida fid-data tal-adeżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ li jiġi rrilevat li d-Digriet tal-2001, li abbażi tiegħu ngħatat il-garanzija mill-Istat, daħal fis-seħħ wara l-<DATE ISO="19941210">10 ta’ Diċembru 1994</DATE>, li ma ssemmiex fil-lista ta’ għajnuna elenkata fl-appendiċi tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni u li ma ġiex innotifikat lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ta’ tranżizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> imsemmija fil-punt 3(1)(ċ) tal-Anness IV ta’ dan l-att.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-garanzija mill-Istat ma tissodisfax it-tliet kundizzjonijiet elenkati fil-punt 3(1) tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni u għandha, għaldaqstant, fejn xieraq, tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 108(3) TFUE, l-għajnuna ġdida għandha tiġi nnotifikata minn qabel lill-Kummissjoni u ma tistax tidħol fis-seħħ qabel mal-proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, miżura ta’ għajnuna eżegwita bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 108(3) TFUE hija illegali (sentenza Distribution Casino France <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑266/04 sa C‑270/04, C‑276/04 u C‑321/04 sa C‑325/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:657">EU:C:2005:657</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tal-kawża prinċipali, jidher li l-Ungerija ma nnotifikatx il-garanzija mill-Istat lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal preċedentement jirriżulta li, anki jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tikklassifika l-garanzija mill-Istat li hija tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tali garanzija għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida, u hija, abbażi ta’ dan, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-Istat Membru kkonċernat kkonformax ruħu ma’ dan l-obbligu u, jekk dan ma jkunx il-każ, li tiddikjara din il-garanzija illegali.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-konsegwenzi li jirriżultaw minn tali illegalità, u b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għajnuna illegali, jeħtieġ qabel xejn, li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod ripetut li huma l-qrati nazzjonali li għandhom jisiltu l-konsegwenzi tal-ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħhom, kemm fir-rigward tal-validità tal-atti li jinvolvu l-eżekuzzjoni tal-miżuri tal-għajnuna kif ukoll tal-irkupru tal-appoġġ finanzjarju mogħti bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi van Calster <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑261/01 u C‑262/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:571">EU:C:2003:571</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64; Xunta de Galicia, C‑71/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:493">EU:C:2005:493</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49, kif ukoll CELF u ministre de la Culture et de la Communication, C‑199/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Il-konsegwenza loġika tal-konstatazzjoni tal-illegalità ta’ għajnuna hija t-tneħħija tagħha permezz tal-irkupru sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni preċedenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni, C‑328/99 u C-399/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:252">EU:C:2003:252</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 66, kif ukoll Mediaset vs Il-Kummissjoni, C‑403/10 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:533">EU:C:2011:533</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 122).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>B’hekk, l-għan prinċipali tal-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat imħallsa illegalment huwa li tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv mogħti mit-tali għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C‑277/00, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:238">EU:C:2004:238</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 76, u Il-Kummissjoni vs MTU Friedrichshafen, C‑520/07 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:557">EU:C:2009:557</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 57). Fil-fatt, bir-rimbors tal-għajnuna, il-benefiċjarju jitlef il-vantaġġ li huwa kellu fis-suq meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu, u b’dan il-mod terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni eżistenti qabel l-għoti tal-għajnuna (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, C‑350/93, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:96">EU:C:1995:96</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Huwa biss jekk ikun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali, li jista’, fejn applikabbli, ma jkunx xieraq li jiġi ordnat ir-rimbors tal-għajnuna (ara s-sentenza Residex Capital IV, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:814">EU:C:2011:814</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li ġiet invokata l-eżistenza ta’ tali ċirkustanzi eċċezzjonali quddiem il-qorti tar-rinviju. Konsegwentement, il-qorti nazzjonali hija obbligata, fil-prinċipju, li tordna r-rimbors tal-għajnuna inkwistjoni f’din il-kawża, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li jitfakkar li hija biss il-Kummissjoni li hija kompetenti sabiex tevalwa l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern, billi twettaq dan l-eżami anki fil-każ fejn l-Istat Membru jikser il-projbizzjoni, imsemmija fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, tal-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna. Fil-fatt, il-qrati nazzjonali, f’tali sitwazzjoni, sempliċement tissalvagwardja, sad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, id-drittijiet tal-partijiet fil-kawża mill-ksur possibbli, mill-awtoritajiet tal-Istat, ta’ din il-projbizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CELF u ministre de la Culture et de la Communication, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:79">EU:C:2008:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-Kummissjoni li għandha teżamina l-kompatibbiltà tal-garanzija mill-Istat mas-suq intern sabiex, b’mod partikolari, tevalwa jekk l-imsemmija għajnuna tistax tibbenefika mill-eżenzjoni marbuta mal-għajnuna ta’ natura soċjali prevista fl-Artikolu 107(2)(a) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu, anki jekk jiġi preżunt li l-Kummissjoni tiddikjara, f’deċiżjoni finali li għandha tingħata, li l-garanzija mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern, il-qorti nazzjonali tibqa’ obbligata li tordna r-rimbors ta’ din l-għajnuna mill-Istat, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħha. Fil-fatt, sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett dirett tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE u ma jinkisrux l-interessi tal-partijiet fil-kawża li l-qrati nazzjonali għandhom l-għan li jippreżervaw, l-imsemmija deċiżjoni finali tal-Kummissjoni ma għandhiex il-konsegwenza li tirregolarizza, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, l-atti ta’ eżekuzzjoni li kienu invalidi minħabba li ġew adottati bi ksur tal-projbizzjoni msemmija f’dan l-artikolu. Kull interpretazzjoni oħra twassal sabiex tiffavorixxi n-nuqqas ta’ osservanza, mill-Istat Membru kkonċernat, tal-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu u sabiex iċaħħadha mill-effett utli tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires u Syndicat national des négociants et transformateurs de saumon, C‑354/90, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:440">EU:C:1991:440</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 16, kif ukoll SFEI <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑39/94, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:285">EU:C:1996:285</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 67 sa 69).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, u fir-rigward b’mod partikolari tal-benefiċjarji tal-garanzija mill-Istat, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, fid-dawl tan-natura imperattiva tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat imwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 TFUE, minn naħa l-impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna jista’ jkollhom, fil-prinċipju, aspettattivi leġittimi fir-regolarità tal-għajnuna tagħhom biss jekk din tal-aħħar tkun ingħatat b’osservanza tal-proċedura prevista f’dan l-artikolu u, min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku diliġenti għandu normalment ikun f’pożizzjoni li jiżgura ruħu li din il-proċedura ġiet osservata. B’mod partikolari, meta għajnuna tiġi eżegwita mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, b’tali mod li din tkun illegali skont l-Artikolu 108(3) TFUE, il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jistax ikollu, f’dan il-mument, aspettattivi leġittimi fir-regolarità tal-għoti ta’ din tal-aħħar (sentenza Unicredito Italiano, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:774">EU:C:2005:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 104 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-benefiċjarji ta’ garanzija mill-Istat, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u, għaldaqstant, illegali, ma għandhomx rimedju skont id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-garanzija mill-Istat mogħtija b’mod esklużiv lill-istabbilimenti ta’ kreditu tikkostitwixxi, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva ta’ tali garanzija billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk wara l-emenda tad-Digriet tal-2001, li allegatament saret matul is-sena 2008, din il-garanzija tistax tingħata lil operaturi ekonomiċi oħra minbarra l-istabbilimenti ta’ kreditu u, f’każ ta’ risposta pożittiva, jekk din iċ-ċirkustanza hijiex ta’ natura li tpoġġi f’dubju n-natura selettiva tal-imsemmija garanzija.</P></ITEM><ITEM><P>anki jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tikklassifika l-garanzija mill-Istat li hija tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tali garanzija għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida, u hija, abbażi ta’ dan, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-Istat Membru kkonċernat kkonformax ruħu ma’ dan l-obbligu u, jekk dan ma jkunx il-każ, li tiddikjara din il-garanzija illegali.</P></ITEM><ITEM><P>il-benefiċjarji ta’ garanzija mill-Istat bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u, għaldaqstant, illegali, ma għandhomx rimedju skont id-dritt tal-Unjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-garanzija mogħtija mill-Istat Ungeriż skont l-Artikolu 25(1) u (2) tad-Digriet tal-Gvern Nru 12/2001, tal-<DATE ISO="20010131">31 ta’ Jannar 2001</DATE>, dwar l-għajnuna maħsuba li tiffavorixxi l-aċċess għall-akkomodazzjoni mogħtija b’mod esklużiv lill-istabbilimenti ta’ kreditu tikkostitwixxi, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva ta’ tali garanzija billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk wara l-emenda ta’ dan id-digriet, li allegatament saret matul is-sena 2008, din il-garanzija tistax tingħata lil operaturi ekonomiċi oħra minbarra l-istabbilimenti ta’ kreditu u, f’każ ta’ risposta pożittiva, jekk din iċ-ċirkustanza hijiex ta’ natura li tpoġġi f’dubju n-natura selettiva tal-imsemmija garanzija.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Anki jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tikklassifika l-garanzija mill-Istat li hija tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>għajnuna mill-Istat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tali garanzija għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida, u hija, abbażi ta’ dan, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-Istat Membru kkonċernat kkonformax ruħu ma’ dan l-obbligu u, jekk dan ma jkunx il-każ, li tiddikjara din il-garanzija illegali.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-benefiċjarji ta’ garanzija mill-Istat, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u, għaldaqstant, illegali, ma għandhomx rimedju skont id-dritt tal-Unjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>