Official Journal L 372 , 31/12/1985 P. 0042 - 0042
Finnish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0087
Spanish special edition: Chapter 06 Volume 3 P. 0037
Swedish special edition: Chapter 16 Volume 1 P. 0087
Portuguese special edition Chapter 06 Volume 3 P. 0037
Id-Direttiva Tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 li temenda, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, id-Direttiva 85/433/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn ta’ kwalifiki formali fil-farmaċija, inklużi miżuri sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’stabbiliment fir-rigward ta’ ċerti attivitajiet fil-qasam tal-farmaċija (85/584/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u b’mod partikolari l-Artikolu 396 tiegħu, Billi, minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, huwa neċessarju li jsiru ċerti emendi għad-Direttiva 85/433/KEE [1] sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ugwali tagħha mir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża u l-Istat Membri l-oħrajn kolha; Billi skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw qabel l-adeżjoni l-miżuri msemmija fl-Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, bil-miżuri li jidħlu fis-seħħ soġġetti għal u fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ l-imsemmi Trattat, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 "(k) fi Spanja: título de licenciado en farmacia (grad universitarju fil-farmaċija mogħti mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni u x-Xjenza jew mill-universitajiet) (l) fil-Portugall: Carta de curso de licenciatura em Ciências Farmacêuticas (iċ-ċertifikat fix-xjenzi farmaċewtiċi mogħti mill-universitajiet)." L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fil-limitu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 85/433/KEE. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fl-20 ta Diċembru 1985. Għall-Kunsill Il-President R. Krieps [1] ĠU L 253, ta' l-24. 9. 1985, p. 37. --------------------------------------------------