|
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 900/2008
tas-16 ta’ Settembru 2008
li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li tirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4154/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3033/80 tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (2) ġie emendat (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat it-trattament uniformi ta’ l-importazzjoni mill-Komunità ta’ l-oġġetti koperti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (4), huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-metodi ta’ analiżi u d-dispożizzjonijiet oħra ta’ karattru tekniku filwaqt li tittieħed konsiderazzjoni ta’ l-evoluzzjoni xjentifika u teknika. |
|
(3) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tat-tariffi u l-istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi Komunitarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 3448/93 safejn f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-importazzjonijiet u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 (5), jew, fin-nuqqas ta’ metodi ta’ analiżi, in-natura ta’ l-operazzjonijiet analitiċi li għandhom jitwettqu jew dwar il-prinċipju ta’ metodu li għandu jkun applikat.
Artikolu 2
Skond id-definizzjonijiet ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1460/96 li jikkonċerna: l-kontenut f’lamtu/glukożju, l-kontenut f’sukrożju/zokkor invertit/il-kontenut f’iżoglukożju u għall-finijiet li jiġu implimentati l-Annessi II u III ta’ dak ir-Regolament, il-formuli, il-proċeduri u l-metodi li ġejjin għandhom jiġu użati għall-kontenuti f’lamtu/glukożju u f’sukrożju/zokkor invertit/iżoglukożju:
|
(1) |
Il-kontenut f’lamtu jew figlukożju: (espress bħala kontenut 100 % f’lamtu anidruż tal-prodotti kif ippreżentati)
fejn:
Fil-każ ta’ punt (a), meta l-preżenza f’lattożju idrolisat hija ddikjarata u/jew jinstabu fil-kwantitajiet tal-lattożju u l-galattożju, il-kontenut figlukożju jkun ekwivalenti għall-kontenut f’galattożju (determinat mill-HPLC) għandu jiġi mnaqqas mill-kontenut figlukożju (Z) qabel ma ssir xi kalkolazzjoni oħra. |
|
(2) |
Il-Kontenut f’suktożju/zokkor invertit/iżoglukożju: (espress bħala kontenut f’sukrożju tal-prodotti)
fejn:
Meta l-preżenza tal-lattożju idrolisat hija ddikjarata u/jew jinstabu kwantitajiet tal-lattożju u l-galattożju, il-kontenut figlukożju (G), ekwivalenti għall-kontenut f’galattożju (determinat mill-HPLC) għandhom jitnaqqsu mill-kontenut f’glukożju qabel isir xi kalkolu ieħor. |
|
(3) |
Il-Kontenut fi grass tal-ħalib
|
|
(4) |
Il-Kontenut- fi proteina tal-ħalib
|
Artikolu 3
Għall-iskopijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1460/96, għandhom jintużaw il-metodi jew il-proċeduri segwenti:
|
(1) |
Għall-iskop li jiġu klassifikati prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0403 10 51 sa 0403 10 59 , 0403 10 91 sa 0403 10 99 , 0403 90 71 sa 0403 90 79 u 0403 90 91 sa 0403 90 99 , il-kontenut fi grass tal-ħalib għandu jkun iddeterminat bil-metodu riferut fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1704 10 11 sa 1704 10 99 u 1905 20 10 sa 1905 20 90 , il-kontenut f’sukrożju, li jinkludi iz-zokkor invertit espress bħala sukrożju, għandu jkun iddeterminat bil-metodu HPLC. Iz-zokkor invertiti espress bħala sukrożju tfisser is-somma ta’ l-ammonti egwali tal-glukożju u l-fruttożju immultiplikati bi 0,95. |
|
(3) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1806 10 10 sa 1806 10 90 , il-kotenut tas-sukrożju/zokkor invertit/iżoglukożju għandha tkun iddeterminat skond il-formuli, il-metodu u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 20 10 sa 3505 20 90 , il-lamtu, id-destrin jew kontenut f’lamtu ieħor mibdul għandu jkun iddeterminat skond il-formuli, il-metodu u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3809 10 10 sa 3809 10 90 , is-sustanza amilakuża għandha tkun iddeterminata bil-metodu stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu jew taħt il-kodiċi NM 1901 90 11 jew 1901 90 19 , id-distinzjoni bejn iż-żewġ kodiċi għandha ssir fuq il-bażi ta’ l-estratt xott determinat bit-tnixxif f’temperatura ta’ 103 ± 2 oC għall-piż kostanti. |
|
(7) |
Għall-iskop li jkunu klassifikati prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 1902 19 10 u 1902 19 90 , il-metodu stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi użat biex tinstab il-preżenza ta’ dqiq komuni tal-qamħ u s-smid fl-għaġin. |
|
(8) |
Il-kontenut f’mannitolu u D-glukitol (sorbitol) tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 2905 44 11 sa 2905 44 99 u 3824 60 11 sa 3824 60 99 , huma stabbiliti bl-użu ta’ HPLC. |
Artikolu 4
1. Għandu jitħejja rapport dwar it-testijiet.
2. Ir-rapport dwar it-testijiet għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja:
|
— |
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun identifikat il-kampjun, |
|
— |
il-metodu Komunitarju użat u r-referenza preċiża għall-istrument legali li fih jinstab, jew, meta xieraq, ir-referenza dettaljata għall-metodu, waqt li tiġi speċifikata n-natura ta’ l-operazzjonijiet analitiċi jew il prinċipju tal-metodu li għandu jkun applikat, kif indikat f dan ir-Regolament, |
|
— |
kwalunkwe fatturi li setgħu jinfluwenzaw dawn ir-riżultati, |
|
— |
ir-riżultati ta’ l-analiżi, filwaqt li jitqies il-mod li bih jitfissru fil-metodu użat biex jiġu espressi u l-metodu ta’ l-espressjoni iddettata mill-ħtiġiet tad-dwana jew tad-dipartimenti amministrattivi li jkunu talbu l-analiżi. |
Artikolu 5
Ir-Regolament (KEE) Nru 4154/87 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(2) ĠU L 392, 31.12.1987, p. 19.
(3) Ara l-Anness IV.
ANNESS I
Il-mod ta’ kif ikun iddeterminat il-kontenut f’lamtu u tad-degredazzjoni tal-prodotti tiegħu inkluż il-glukożju
1. L-ISKOP U L-QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI
|
(a) |
Dan il-metodu jippermetti d-determinazzjoni tal-kontenut f’lamtu, il-prodotti tad-degredazzjoni tiegħu li jinkludu l-glukożju li minn issa ’l quddiem huwa referut bħala “lamtu”. |
|
(b) |
Il-kontenut f’“lamtu” riferut f’punt (a) huwa ugwali għall-valur ta’ E, kif kalkolat f’punt 6 (a) ta’ dan l-Anness. |
2. IL-PRINĊIPJU
Il-kampjun jitkisser permezz ta’ l-idrossidu tas-sodju u l-“lamtu” jinqasam f’unitajiet ta’ glukożju ma’ l-amiloglukosidażju. Id-determinazzjoni tal-glukożju għandha ssir permezz tar-rotta enżimatika.
3. KIMIKA
(Irid jintuża ilma distillat darbtejn).
3.1. 0,5 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (0,5 mol/l).
3.2. Mill-inqas 96 % aċidu glaċċjali (aċidiku).
3.3. Soluzzjoni ta’ amiloglukossidu:
Immedjatament qabel l-użu, għandu jinħall madwar 10 mg ta’ l-amiloglukossidu (KE 3.2.1.3) (60 U/mg) f’ ml wieħed ta’ l-ilma (1).
3.4. Is-soluzzjoni ta’ barriera tat-tritanolamina:
Dewweb 14,0 tat-tritanolamina idroklorika (tris (2-idrosietilu) kloridu ammoniaku) u 0,25 g tas-sulfat tal-manjeżju (MgSO47H2O) fi 80 ml ta’ ilma, żid approssimament 5 ml ta 5 N soluzzjoni idrossidu tas-sodju (5 mol/l) u l-pH għandu jkun aġġustat sa 7,6, filwaqt li jintuża 1 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (1 mol/l).
Żid sakemm isiru 100 ml bl-ilma. Din is-soluzzjoni ta’ barriera tista’ tinżamm għal mill-inqas erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.
3.5. Soluzzjoni ta’ NADP (nikotinamida adenina dinukleotida fosfat, melħ dissodju):
Dewweb 60 mg ta’ NADP f’ 6 ml ta’ l-ilma. Din is-soluzzjoni tista’ tinżamm għal mill-anqas erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.
3.6. Soluzzjoni ta’ ATP (adenossina – 5 – trifosfata – melħ dissodju):
Iridu jinħallu 300 mg ATP. 3H2O fl-ilma u 300 mg ta’ sodju ta’ l-idroġenu karbonat (NaHCO3) f’ 6 ml ta’ l-ilma. Din is-soluzzjoni tista’ tinżamm mill-anqas għal erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.
3.7. Is-sospensjoni ĦK/G6P-DĦ (Ħeksokinażi – KE 2.7.1.1) u glukożju-6-fosfat-deidroġinaże (KE 1.1.1.49):
issospendi 280 U ĦK u 140 U ta’ G6P-DĦ f’ml ta’ 3,2 M soluzzjoni tas-sulfat ta’ l-ammonju. Din is-sospensjoni tista’ tinżamm għal mill-inqas sena f’temperatura ta’ 4 °Ċ.
4. APPARAT
4.1. Banjumarija b’aġitatur manjetiku f’temperatura ta’ 60 °Ċ.
4.2. Vireg manjetiċi.
4.3. UV spettrofotometru b’ ċelloli ottiċi ta’ 1 ċm.
4.4. Pipetti għal analiżi enżimatiċi.
5. IL-METODU
5.1. Il-kampjun jiġi maħsul bl-etanol, maħlul fis-sodju idrossidu u l-“lamtu” soġġett għall-idroliżi enżimatika:
|
5.1.1. |
Il-piż tal-kampjun għandu jiġi magħżul kif ġej, skond il-kontenut “lamtu” (li ma jistax jeċċedi l-0,4 g kull kampjun kif ġej):
|
|
5.1.2. |
Iżen il-kampjun (eżattament sa 0,1 mg). |
|
5.1.3. |
Żid 50 ml ta’ 0,5 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (punt 3.1) u ħawwad kontinwament għal 30 minuta fil-banjumarija (punt 4.1) bi stikka manjetika fi 60 °Ċ. |
|
5.1.4. |
Żid ftit ml ta’ aċidu aċetiku kkonċentrat (punt 3.2) u wasal il-pH lejn 4,6 sa 4.8. |
|
5.1.5. |
Poġġi fil-banjumarija bl-istikka manjetika (punt 4.1) fi 60 °Ċ, żid 1,0 ml ta’ soluzzjoni ta’ l-enżimi (punt 3.3) u ħallihom bir-reazzjoni waqt li tħawwad kontinwament għal 30 minuta. |
|
5.1.6. |
Wara li jibirdu, trasferixxi l-kwantità f’garafina gradwata (punt 5.1.1) u żid bl-ilma sal-marka. |
|
5.1.7. |
Jekk meħtieġ, iffiltra minn filtru forma ta’ lembut (ara n-Nota 1). |
5.2. Determinazzjoni kwantitattiva tal-glukożju
|
5.2.1. |
Is-soluzzjoni tat-test għandha jkun fiha 10 sa 1 000 mg ta’ glujkożju kull litru, li jikkorrispondi għal ΔΕ340 ta’ bejn 0,1 - 1,0.
L-assorbenza tas-soluzzjoni tat-test fi 1 + 30 trattib bl-ilma m’għandhiex teċċedi 0,4 (imkejla kontra l-arja), fi 340 nm. |
|
5.2.2. |
Wassal is-soluzzjoni tal-barriera (punt 3.4) sat-temperatura ambjentali (20 °Ċ). |
|
5.2.3. |
It-temperatura tar-reaġenti u tal-kampjun għandha tkun ta’ bejn 20 °Ċ u 25 °Ċ. |
|
5.2.4. |
Kejjel l-assorbenza fi 340 nm kontra l-arja (i.e. bl-ebda ċellola ottika fil-passaġġ tar-referenza). |
|
5.2.5. |
Ipproċedi bi qbil mal-grafika tal-pipetta, ta’ hawn taħt:
|
||||||||||||||||||||||||||||
|
5.2.6. |
Għandhom imbagħad ikunu kkalkulati d-differenzi fl-assorbiment għall-kimika u l-kampjun E2 – E1. Naqqas id-differenza fl-assorbenza tal-kimika minn dak tal-kampjun (= ΔΕ):
ΔΕ = ΔΕ sample – ΔΕ reagent blank Din id-differenza tagħti lill-kontenut fi glukożju s-soluzzjoni tat-test: Il-kontenut fi glukożju li jkun jinsab fis-soluzzjoni tat-test, g/l Gl = ((3,22 × 180,16)/(6,3 × 1 × 0,1 × 1 000)) × ΔΕ340 = 0,921 × ΔΕ340 (3,22: il-volum tas-soluzzjoni għandha tkun mwieżna; il-volum tas-soluzzjoni tal-kampjun; il-piż molekulari tal-glukożju huwa 180,16 (g/mol). |
|
5.2.7. |
Jekk, għal xi raġuni, ma jistax isir kejl ta’ 340 nm, il-kejl jista’ jsir b’tul ta’ mewġa ta’ 365 nm jew ta’ 334 nm. Il-figura 6,3 fil-formola ta’ G1 ta’ hawn fuq għandha tieħu post il-figura 3,5 jew 6,18 rispettivament. |
6. KALKOLAZZJONI U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
|
(a) |
E = il-kontenut f’“lamtu” fi g/100 g: E = ((100 × 0,9 × Gl)/(p × f)) |
|
(b) |
Z = Il-Kontenut fi“Glukożju” kull g/100 g: Z = ((100 × Gl)/(p × f)) |
meta:
|
Gl |
= |
glukożju fi g/l (5.2.6); |
|
f |
= |
il-fattur tat-trattib (5.1.1); |
|
p |
= |
il-piż tal-kampjun fi g; |
|
0,9 |
= |
skond il-fattur tal-konverżjoni tal-glukożju għal-lamtu. |
Noti:
|
1. |
Meta s-soluzzjoni tat-test ma tistax tkun iffiltrata skond punt 5.1.7 għandhom jiġu adottati metodi xierqa biex tinħareġ soluzzjoni ċara. |
|
2. |
Meta jkun hemm inibizzjoni ta’ l-enżima, huwa konsiljabbli li jkun applikat metodu li jinvolvi ż-żieda ta’ ammonti magħrufin ta’ lamtu pur. |
(1) U hija l-unità internazzjonali ta’ l-attività ta’ l-enżima.
L-ANNESS II
Id-determinazzjoni tal-lamti jew tad-destrini jew tal-kontenut f’lamtu ieħor modifikat fil-prodotti tal-kodiċi NK 3505 20 10 sa 3505 20 90 u tal-kontenut amilaċeji tas-sustanzi fil-prodotti tal-kodiċi NK 3809 10 10 sa 3809 10 90
I. PRINĊIPJU
Il-lamtu jiġi konvertit bl-aċidu idroliżu f’zokkor li huma determinati bil-volum bl-użu tas-soluzzjoni ta’ Fehling.
II. L-APPARAT U L-KIMIKA
|
1. |
Garafina ta’ madwar 250 ml; |
|
2. |
Garafina gradwata ta’ 200 ml; |
|
3. |
Buretta gradwata 25 ml; |
|
4. |
Aċtu idrokloriku b’densità ta’ 1,19; |
|
5. |
Soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju; |
|
6. |
Faħam tal-kannol għad-dekolarizzazzjoni; |
|
7. |
Is-Soluzzjoni Fehling; |
|
8. |
Soluzzjoni blu tal-metilene (1 %). |
III. METODU:
Figarafina ta’ 250 ml poġġi kampjun li jkun fih madwar 1 g ta’ lamtu. Żid 100 ml ta’ l-ilma distillat u 2 ml ta’ aċidu idrokloriku. Wassal għat-togħlija u għal rifluss għal tliet sigħat.
Ittrasferixxi l-kontenut tal-garafina u tat-tlaħlil figarafina gradwata ta’ 200 ml. Berred u kważi nnewtralizza bis-soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju. Żid ilma distillat sa 200 ml u ffiltrah fuq ftit faħam tal-kannol tal-dikolarizzazzjoni.
Ferra s-soluzzjoni f’buretta gradwata u naqqas għal 10 ml tas-soluzzjoni Fehling bil-metodu segwenti:
Figarafina bil-qiegħ ċatt ta’ madwar 250 ml ferra 10 ml tas-soluzzjoni Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B). Ħawwad sakemm isir ċar u żid 40 ml ta’ ilma distillat u kwantità żgħira ta’ kwarz jew ħaffiefa.
Il-garafina għandha titpoġġa fuq dixx kwadru ta’ l-asbestos li jkollu toqba tonda ta’ diametru ta’ madwar 6 ċm fiċ-ċentru, filwaqt li l-asbestos jitpoġġa fuq garża tal-fildiferru. Saħħan il-garafina fir-rata tali li l-likwidu jibda jagħli wara xi żewġ minuti.
Mill-buretta, żid mal-likwidu jagħli kwantitajiet suċċessivi tas-soluzzjoni taz-zokkor sakemm il-kulur blu tas-soluzzjoni ta’ Fehling bilkemm jibqa’ jintagħraf; imbagħad għandhom jiżdiedu 2 jew 3 qatriet tas-soluzzjoni blu tal-metilene bħala indikatur u, għandha titkompla t-titrazzjoni billi kwantitajiet oħra jiżiedu mas-soluzzjoni taz-zokkor, qatra wara qatra sakemm il-kulur blu ta’ l-indikatur jisparixxi.
Għal aktar eżattezza t-titrazzjoni għandha tirrepeti ruħha taħt l-istess kondizzjonijiet, pero’ għandha tinżied mingħajr ebda pawsa s-soluzzjoni taz-zokkor meħtieġa biex tirriduċi s-soluzzjoni ta’ Fehling. F’din it-tieni titrazzjoni, it-tnaqqis tas-soluzzjoni ta’ Fehling għandha ssir fi żmien tliet minuti. Għandha tkompli tagħli għal preċiżament żewġ minuti oħra, filwaqt li tinżied il-kimika f’ħin ta’ minuta qatra b’qatra għas-soluzzjoni tat-togħlija sakemm il-kulur blu jisparixxi.
Dan il-persentaġġ bil-piż tal-lamtu fil-kampjun għandu jiġi determinat skond il-formula li ġejja:
lamtu % = ((T × 200 × 100)/(n × p)) × 0,95
meta:
|
T |
: |
hija il-kwantita tal-grammi tad-destrożju anidrożju li jikkorrispondi sa 10 ml tas-soluzzjoni ta’ Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B). Din it-titrazzjoni tikkorrispondi għal 0,04945 g tad-destrożju androżju tas-soluzzjoni A li jkun fiha 17,636 g ta’ ramm għal kull litru; |
|
n |
: |
hija in-numru ta’ ml tas-soluzzjoni taz-zokkor użata għat-titrazzjoni; |
|
p |
: |
hija il-piż ta’ l-ammont tal-kampjun; |
|
0,95 |
: |
hija ir-rata tal-konverżjoni tad-destrożju anidruż fil-lamtu. |
IV. IL-PREPARAZZJONI TAS-SOLUZZJONIJIET TA’ FEHLING
|
Soluzzjoni A |
: |
F’garafina gradwata għandu jkun maħlul 69,278 g ta’ sulfat tar-ramm kristallizzat – Reaġent Analitiku (CuSO4 5H2O) - ħieles mill-ħadid f’ilma distillat u li jwassal il-volum ta’ litru wieħed bl-ilma distillat. Il-qawwa korretta ta’ din is-soluzzjoni għandha tkun verifikata b’determinazzjoni kwantitattiva tar-ramm. |
|
Soluzzjoni B |
: |
F’garafina gradwata 100 g ta’ sodju idrossidu u 346 g ta’ tarttrat tas-sodju tal-potassju doppju (melħ ta’ Rochelle) għandhom jinħallu f’ilma distillat u l-volum għandu jiżdied għal-litru wieħed b’ilma distillat. |
Iż-żewġ soluzzjoni A u B għandhom ikunu imħaltin bi kwantitajiet egwali immedjatament qabel l-użu. 10 ml ta’ soluzzjoni ta’ Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B) huma kompletament imnaqqsa, taħt il-kondizzjonijiet deskritti fil-punt III, bi 0,04945 g ta’ destrożju anidruż.
ANNESS III
Skoperta ta’ dqiq tal-qamħ komuni jew smida f’makkaroni, spagetti u prodotti simili (Għaġin)
(bil-metodu Young u Giles, modifikat minn Bernaerts u Gruner)
I. PRINĊIPJU
Estratt tal-kampjun ta’ l-għaġin għall-analiżi li huwa ppreparat billi jintuża solvent mhux polari.
Dan l-estratt huwa kromatografat fuq saff irqiq ta’ ġel silika biex jiġu separati l-isterols preżenti fid-diversi frazzjonijiet tal-band form.
Huwa possibli li jiġi determinat jekk il-prodott eżaminat ġiex manifatturat esklużivament minn qamħ durum jew minn qamħ komuni, jew minn taħlita tat-tnejn skond in-numru ta’ bands b’kuluri vivaċi. Huwa possibli li jiġi determinat ukoll jekk ġewx miżjuda bajd.
II. L-APPARAT U L-KIMIKA
|
1. |
Omoġenizzatur jew mitħna biex jinkiseb qamħ għat-tħin li jkun jista’ jgħaddi minn passatur ta’ qies standard b’ xibka ta’ 0,200 mm. |
|
2. |
Passatur ta’ qies standard b’xibka ta’ 0,200 mm. |
|
3. |
Evaporatur b’banjumarija għall-evaporazzjoni taħt pressjoni mnaqqsa. |
|
4. |
Folja rqiqa tal-ħġieġ, pjanċa rqiqa ta’ l-aluminju jew rinforz xieraq ieħor b’qisien ta’ 20 ċm × 20 ċm miksi b’saff irqiq ta’ ġel silika. Jekk is-saff irqiq jrid jiġi ppreparat, għandu jiġi użat ġel silika mħallat b’13 % ġips, u għandu jiġi applikat f’saff ta’ 0,25 mm b’apparat xieraq skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |
|
5. |
Mikropipetta biex tqis 20 mikrolitri. |
|
6. |
Kontenitur bl-għatu tajjeb biex jiġu żviluppati il-kromatogrammi. |
|
7. |
Atomizzatur. |
|
8. |
Etere tal-petroleum b’punt tat-tgħollija bejn l-40 °Ċ u s-60 °Ċ, iddistillat mill-ġdid qabel jintuża. |
|
9. |
Etere etile anidru għall-analiżi. |
|
10. |
Karbonju tetrakloridu għall-kromatografija, iddistillat mill-ġdid qabel jintuża. |
|
11. |
Aċidu fosfomolibdiku għall-analiżi. |
|
12. |
94° alkoħol etile. |
III. METODU
Itħan madwar 20 g tal-kampjun għall-analiżi ħalli jgħaddi mill-passatur. Poġġi l-kampjun fi flixkun Erlenmeyer u iksi b’150 ml etere tal-petroleum. Ħallih f’temperatura normali sal-ġurnata ta’ wara. Ħawwad minn ħin għall-ħin.
Imbgħad iffiltra minn lembut Büchner li għandu apparat ta’ filtrazzjoni jew minn filtru sintered. Ittrasferixxi is-soluzzjoni ċara hekk miksuba bil-mod il-mod fi flixkun ikkalibrat ta’ 100 ml. Evaporizza s-solvent taħt pressjoni mnaqqsa billi ssaħħan il-flixkun f’banjumarija f’temperatura ta’ 40 °Ċ sa 50 °Ċ. Meta s-solvent ikun evaporizza, saħħan taħt pressjoni imnaqqsa għal-għaxar minuti oħra.
Meta l-flixkun jiksaħ, iddetermina il-piż ta’ l-estratt. Iddilwixxi l-estratt bl-etile etere fuq bażi ta’ 1 ml etile etere għal kull 60 mg ta’ l-estratt.
Attiva s-saffi rqaq billi twassalhom għal temperatura ta’ 130 °Ċ għal tlett sigħat. Ħallihom jiksħu f’dessikatur li jikkontjeni ġel silika. Folji li mhumiex użati mmedjatament jistgħu jiġu ppreservati fl-istess dessikatur.
Applika, qatra qatra, 20 mikrolitru tas-soluzzjoni ċara biex tifforma band ta’ wisa’ konstanti u tul ta’ 3 ċm fuq saff preferibbilment attivat riċentement. Ħalli s-solvent jevaporizza.
Uża kontenitur kromatografiku li l-ħitan tiegħu huma miksija b’karta li tiffiltra mxarrba kompletament bis-solvent biex tiżviluppa l-kromatogramma taħt temperatura normali b’karbonju tetrakloridu. Madwar xi siegħa wara s-solvent jilħaq għoli ta’ 18 ċm. Neħħi l-folja u ħalli s-solvent jevaporizza fil-miftuħ. Għall-separazzjoni aħjar tal-bands, żviluppa l-kromatogramma għat-tieni darba. Erġa’ ħalli s-solvent jevaporizza fil-miftuħ.
Sprejja s-saff irqiq tal-ġel silika b’soluzzjoni ta’ 20 % aċidu fosfomolibdiku f’alkoħol etile. Il-kulur tas-saff jrid ikun isfar uniformi. Żviluppa l-bands billi ssaħħan il-folja sprejjata b’temperatura 110 °Ċ għal ħames minuti.
IV. INTERPRETAZZJONI TAL-KROMATOGRAMMA
Jekk il-kromatogramma turi band waħedha ewlenija b’kulur vivaċi b’Rf ta’ madwar 0,4 sa 0,5, il-qamħ użat għall-manifattura tal-għaġin in kwistjoni huwa qamħ durum. Jekk, minflok, jidhru żewġ bands ewlenin ta’ vivaċità ugwali, il-materja prima użata huwa il-qamħ komuni. Taħlitiet ta’ qamħ durum u qamħ komuni jistgħu jiġu assessjati b’valutazzjoni tal-vivaċità relatttiva taż-żewġ bands.
Jekk hemm tlett bands (żewġ bands ta’ għoli bħal-dak tal-bands ewlenin għal-qamħ kumuni u band oħra fosthom) ikun ġie miżjud bajd ma’ l-għaġin. F’dan il-każ, il-materja prima użata huwa qamħ durum jekk il-band tan-nofs hija iktar vivaċi mill-band ta’ fuq. Imma, jekk il-band ta’ fuq hija iktar vivaċi mill-band tan-nofs, il-materja prima użata huwa qamħ komuni.
ANNESS IV
Regolament imħassar flimkien mal-lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4154/87 |
|
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/98 |
ANNESS V
Tabella ta’ Korrelazzjoni
|
Regolament (KEE) Nru 4154/87 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikoli 1 sa 4 |
Artikoli 1 sa 4 |
|
Artikolu 5 |
— |
|
— |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
|
Annessi I, II u III |
Annessi I, II u III |
|
— |
Anness IV |
|
— |
Anness V |