|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1570 |
30.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1570
tad-29 ta’ Lulju 2025
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-informazzjoni dwar l-apparati kwalifikati ċċertifikati għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u l-apparati kwalifikati ċċertifikati għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(3) u 39(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex jiġi stabbilit sors trasparenti u affidabbli tal-informazzjoni dwar l-apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u dwar l-apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi li jkunu ġew iċċertifikati, jew li ma jkunx għadhom iċċertifikati, mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni b’kanal elettroniku sigur li tipprovdi l-Kummissjoni. |
|
(2) |
Biex il-Kummissjoni jkollha żmien biżżejjed biex taġġusta l-kanal eżistenti għan-notifiki tal-informazzjoni fir-rigward tal-istatus taċ-ċertifikazzjoni tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wara 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) japplikaw għall-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. |
|
(4) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u ta l-opinjoni tiegħu nhar is-6 ta’ Ġunju 2025. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. In-notifika msemmija fl-Artikolu 31(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 għandu jkun fiha mqar l-informazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament u għandha ssir elettronikament b’kanal elettroniku sigur li tipprovdi l-Kummissjoni.
2. Meta jsiru xi bidliet fl-informazzjoni sottomessa wara s-sottomissjoni inizjali, inkluż bidliet fl-istatus taċ-ċertifikazzjoni ta’ apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi, u ta’ apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-informazzjoni aġġornata bid-dokumenti ta’ akkumpanjament rilevanti mill-kanal imsemmi fil-paragrafu 1.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-19 ta’ Diċembru 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(3) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ANNESS
Informazzjoni li jridu jinnotifikaw l-Istati Membri skont l-Artikolu 31(1)
1.
L-identifikazzjoni tal-apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi jew tal-apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi, kif kopert min-notifika taċ-ċertifikazzjoni jew min-notifika ta’ kanċellazzjoni taċ-ċertifikazzjoni, u speċifikata bl-elementi li ġejjin:|
(a) |
isem il-prodott; |
|
(b) |
referenza għall-komponent tas-software kkonfigurat, inkluż il-verżjoni rilevanti; |
|
(c) |
referenza għall-komponent tal-hardware konfigurat, inkluż il-verżjoni rilevanti; |
|
(d) |
il-verżjoni; |
2.
L-identità tal-korp li jkun applika għaċ-ċertifikazzjoni;
3.
Id-deskrizzjoni tal-apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi jew tal-apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi, inkluż|
(a) |
jekk hux apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u/jew apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi; |
|
(b) |
għal liema kategoriji minn dawn li ġejjin jappartjeni l-apparat:
|
4.
Iċ-ċertifikat tal-konformità tal-apparat mar-rekwiżiti tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 910/2014;
5.
Referenza għar-rapport taċ-ċertifikazzjoni maħruġ f’konformità mal-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 li m’għandhiex tinbidel imqar għall-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat tal-konformità;
6.
L-identità tal-emittent tar-rapport taċ-ċertifikazzjoni, inkluż referenza xierqa għall-kwalifika tiegħu bħala korp taċ-ċertifikazzjoni ddeżinjat minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u bħala konformi għaċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk l-apparati f’konformità mal-Artikolu 30(3) ta’ dak ir-Regolament;
7.
Lokalizzatur uniformi tar-riżorsi (“URL”) tal-lok imnejn il-pubbliku jkun jista’ jinkiseb ir-rapport taċ-ċertifikazzjoni mingħajr ħlas;
8.
Id-data effettiva tal-bidu taċ-ċertifikazzjoni;
9.
L-istatus taċ-ċertifikazzjoni;
10.
Id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikazzjoni;
11.
Jekk hux ippjanat li ċ-ċertifikazzjoni titwaqqaf malli tintemm iċ-ċertifikazzjoni attwali għall-konfigurazzjoni attwali tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi jew tal-apparati kwalifikati għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi;
12.
Id-dettalji tal-kuntatt tal-korp iddeżinjat;
13.
Jekk il-metodu taċ-ċertifikazzjoni hux konformi mal-Artikolu 30(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) jew il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 u, kif applikabbli, ir-referenza u l-URL għall-proċeduri alternattivi li ġew innotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament;
14.
Ir-rapporti taċ-ċertifikazzjoni relatati kollha stabbiliti f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 30(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, inkluż:|
(a) |
referenza għal kull rapport taċ-ċertifikazzjoni; |
|
(b) |
l-identifikazzjoni tal-emittent ta’ kull rapport taċ-ċertifikazzjoni; |
|
(c) |
lokalizzatur uniformi tar-riżorsi (“URL”) tal-lok imnejn il-pubbliku jkun jista’ jinkiseb kwalunkwe rapport taċ-ċertifikazzjoni mingħajr ħlas; |
|
(d) |
id-data tal-ħruġ ta’ kull rapport taċ-ċertifikazzjoni; |
|
(e) |
meta disponibbli għall-pubbliku, verżjoni tad-dokument korrispondenti fil-mira tas-sigurtà li jiddeskrivi l-apparat, jew xi komponenti tiegħu, li tkun fil-mira tal-evalwazzjoni taċ-ċertifikazzjoni koperta mir-rapport taċ-ċertifikazzjoni. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1570/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)