European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2397

12.9.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2397

tal-11 ta’ Settembru 2024

dwar standard armonizzat għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li hu abbozzat b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 u għar-Regolament (UE) 2019/2024

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom iqisu prodott li għalih ikunu ġew applikati standards armonizzati, u li jkollu n-numri ta’ referenza tiegħu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bħala prodott li hu konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-miżura ta’ implimentazzjoni applikabbli li dawn l-istandards jirrigwardaw.

(2)

Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2022) 2764 final — Talba għal standardizzazzjoni M/582 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati b’appoġġ għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 (5).

(3)

Abbażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2022) 2764 final, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat EN ISO 23953-2:2023 dwar il-klassifikazzjoni, ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet tat-test għall-kabinetti tal-wiri refriġerati.

(4)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandard armonizzat EN ISO 23953-2:2023 huwiex konformi mat-talba M/582.

(5)

L-istandard EN ISO 23953-2:2023 jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan ikopri, u li hemm stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 u fir-Regolament (UE) 2019/2024. Għalhekk jixraq li r-referenza ta’ dak l-istandard tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenza ta’ standard armonizzat għall-apparati refriġerati b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li hu abbozat b’appoġġ għar-Regolament Delegat (UE) 2019/2018 u elenkat fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-referenza ta’ standard armonizzat għall-apparati refriġerati b’funzjoni ta’ bejgħ dirett, li hu abbozzat b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2019/2024 u elenkat fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni hija b’dan ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12,.ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.

(2)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/125/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2022 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika b’appoġġ għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-apparati refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett.

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2018 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparati refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 155, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2018/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparati refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 5.12.2019, p. 313, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2024/oj).


ANNESS I

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN ISO 23953-2:2023

Kabinetti tal-wiri refriġerati - il-Parti 2: Klassifikazzjoni, rekwiżiti u kundizzjonijiet tat-test (ISO 23953-2:2023)


ANNESS II

Nru

Referenza tal-istandard

1.

EN ISO 23953-2:2023

Kabinetti tal-wiri refriġerati - il-Parti 2: Klassifikazzjoni, rekwiżiti u kundizzjonijiet tat-test (ISO 23953-2:2023)


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2397/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)