<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0400263701.case.xml"><NO.CASE>C-20/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0020</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-2660</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-2683</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>24</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20110407">7.4.2011</DATE> — KAWŻA C-20/09</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-PORTUGALL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20110407">7 ta’ April 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-20/09,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE, ippreżentat fil-<DATE ISO="20090115">15 ta’ Jannar 2009</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn R. Lyal u A. Caeiros, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża,</HT> irrappreżentata minn L. Inez Fernandes, C. Guerra Santos u J. Menezes Leitão, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-2661"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Arabadjiev, A. Rosas (Relatur), U. Lõhmus u P. Lindh, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20100617">17 ta’ Ġunju 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkonstata li, billi, fil-kuntest tar-regolarizzazzjoni fiskali stabbilita bil-liġi Nru 39-A/2005, tad-<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Diàrio da República</HT> I, série A, Nru 145, tad-<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE>), ipprevediet trattament fiskali preferenzjali għat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa biss mill-Istat Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar<?PAGE NO="I-2662"?> iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim ŻEE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Fil-qafas tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti fuq il-moviment ta’ kapital li jappartjeni lil persuni li huma residenti fi Stati Membri tal-KE jew fi Stati ta’ l-EFTA u ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni msejsa fuq iċ-ċittadinanza jew fuq il-post ta’ residenza tal-partijiet jew fuq il-post fejn dak il-kapital hu investit. L-Anness XII fih id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jigi implimentat dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-imsemmi Anness XII, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Moviment Liberu tal-Kapital<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jirreferi għad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE>, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat (Artikolu mħassar bit-Trattat ta’ Amsterdam) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2663"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Is-sistema eċċezzjonali ta’ regolarazzazzjoni fiskali ta’ elementi patrimonjali li ma kinux jinsabu fit-territorju Portugiż fil-<DATE ISO="20041231">31 ta’ Diċembru 2004</DATE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>regime excepcional de regularização tributária de elementos patrimoniais que não se encontrem no território português em <DATE ISO="20041231">31 de Dezembro de 2004</DATE><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>SERF<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) ġiet stabbilita permezz tal-Liġi Nru 39-A/2005.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tas-SERF jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Is-[SERF] tapplika għall-elementi patrimonjali li ma jinsabux fit-territorju Portuġiż fil-<DATE ISO="20041231">31 ta’ Diċembru 2004</DATE>, li jikkonsistu f’depożiti, ċertifikati ta’ depożitu, titoli trasferibbli u strumenti finanzjarji oħrajn, inklużi poloz ta’ assigurazzjoni fil-qasam tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ħajja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> marbuta ma’ fondi ta’ investiment u operazzjonijiet ta’ kapitalizzazzjoni fil-qasam tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ħajja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/>.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tas-SERF, jistgħu jibbenefikaw minnha l-persuni fiżiċi li jipposjedu l-elementi patrimonjali msemmija fl-Artikolu 1.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tas-SERF jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għall-finijiet ta’ din is-sistema, il-persuni taxxabbli għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali prevista fl-Artikolu 5;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-2664"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>iħallsu l-ammont li jikkorrispondi għall-applikazzjoni ta’ rata ta’ 5 % fuq il-valur tal-elementi patrimonjali inklużi fid-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tas-SERF jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali li għaliha jirreferi l-Artikolu 2(2)(a), issegwi l-mudell approvat b’digriet tal-Ministru tal-Finanzi u għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti li jagħtu prova tal-proprjetà u tad-depożitu jew tar-reġistrazzjoni tal-elementi patrimonjali inklużi fiha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali għandha tiġi ddepożitata sas-<DATE ISO="20051216">16 ta’ Diċembru 2005</DATE> fil-Banco de Portugal jew fi kwalunkwe bank ieħor stabbilit fil-Portugall.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-ħlas previst fl-Artikolu 2(2)(b), għandu jsir f’wieħed mill-korpi msemmija fil-paragrafu (2) (ta’ dan l-artikolu), flimkien mad-depożitu tad-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu (2)(a), (ta’ dan l-Artikolu 2) jew fl-10 ijiem ta’ xogħol segwenti, ikkalkolati mid-data li fiha l-imsemmija dikjarazzjoni tiġi riċevuta.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Malli jsir il-ħlas, il-korp bankajru intervenjenti għandu joħroġ lid-dikjarant, dokument maħruġ f’isem il-persuna li jagħti prova tad-depożitu tad-dikjarazzjoni u tal-ħlas li jikkorrispondi għaliha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-limiti ta’ din il-liġi, id-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali ma tista’ bl-ebda mod tiġi użata bħala prova jew element meħud inkunsiderazzjoni fi kwalunkwe proċeduri fiskali, kriminali jew ta’ ksur ikun liema jkun, peress li l-banek intervenjenti għandhom jiggarantixxu l-kunfidenzjalità fir-rigward tal-informazzjoni mogħtija.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-2665"?><PARAG IDENTIFIER="005.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ fejn id-depożitu tad-dikjarazzjoni u l-ħlas ma jsirux direttament fil-Banco de Portugal, il-bank intervenjenti għandu jgħaddi l-imsemmmija dikjarazzjoni lill-Banco de Portugal flimkien ma’ kopja ta’ dokument ta’ prova fi żmien 10 jiem ta’ xogħol mid-data tad-depożitu tad-dikjarazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 6, il-bank intervenjenti għandu jittrasferixxi l-ammonti riċevuti lill-Banco de Portugal fi żmien 10 jiem tax-xogħol mill-ħlas ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tas-SERF jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-elementi patrimonjali kollha jew xi wħud minnhom koperti mid-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali huma titoli tal-Istat Portugiż, ir-rata msemmija fl-Artikolu 2(2)(b), titnaqqas bin-nofs għall-parti li tikkorrispondi għal dawn it-titoli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-tnaqqis ta’ rata msemmi fil-paragrafu preċedenti japplika wkoll għal elementi patrimonjali oħra jekk il-valur tagħhom jiġi investit mill-ġdid f’titoli tal-Istat Portugiż sad-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>F’każ ta’ investiment mill-ġdid parzjali, it-tnaqqis tar-rata jkun jikkonċerna biss il-parti tal-valur investit mill-ġdid.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-2666"?><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>It-titoli tal-Istat Portugiż li jibbenefikaw mis-sistema prevista f’dan l-artikolu għandhom jibqgħu proprjetà tad-dikjarant għal perijodu ta’ minn tal-inqas tliet xhur dekorribbli mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali u indipendentement mid-data tal-akkwist tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>In-nuqqas ta’ osservanza tal-perijodu minimu ta’ detenzjoni previst fil-paragrafu preċedenti jwassal għall-ħlas tad-differenza fir-rigward tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata msemmija fl-Artikolu 2(2)(b), miżjuda b’interessi kumpensatorji korrispondenti miżjuda b’ħames punti perċentwali.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara li tressaq ilment, il-Kummissjoni bagħtet, fid-<DATE ISO="20051219">19 ta’ Diċembru 2005</DATE>, ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika Portugiża, li tqis li dan l-Istat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE sa fejn huwa applika, fil-kuntest tas-SERF, rata iktar favorevoli għar-regolarizzazzjoni tal-elementi patrimonjali li jikkonsistu f’titoli tal-Istat Portuġiż jew f’elementi patrimonjali investiti mill-ġdid f’titoli tal-Istat Portugiż sa mhux iktar tard mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>sistema kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20060227">27 ta’ Frar 2006</DATE>, ir-Repubblika Portugiża qajmet kwistjoni preliminari dwar l-iskadenza tas-SERF. Skont dan l-Istat Membru, minħabba l-iskadenza u n-nuqqas ta’ tiġdid tas-SERF, u għaldaqstant, tas-sistema kontenzjuża, l-intimazzjoni kellha tiġi kkunsidrata bħala li ma kellhiex skop, peress li l-leġiżlazzjoni li tikkostitwixxi n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat ma kinitx għadha teżisti.<?PAGE NO="I-2667"?> Fir-rigward tal-mertu, l-imsemmi Stat Membru kkunsidra li l-ebda inkompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ma setgħet tiġi stabbilita u li, fi kwalunkwe każ, is-sistema kontenzjuża kienet iġġustifikata minn raġunijiet ta’ interess ġenerali rikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-għan tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li ma kinitx issodisfatta b’din ir-risposta, fil-<DATE ISO="20070511">11 ta’ Mejju 2007</DATE>, il-Kummissjoni indirizzat lir-Repubblika Portugiża opinjoni motivata li fiha hija kkontestat ir-rilevanza tal-kwistjoni preliminari relattiva għall-iskadenza tas-SERF u akkużat lil dan l-Istat Membru li ta trattament fiskali preferenzjali lit-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa biss minnu. Il-Kummissjoni stiednet lir-Repubblika Portugiża tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha ma’ din l-opinjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċiviha.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li fit-tweġiba tagħha għall-imsemmija opinjoni motivata r-Repubblika Portugiża żammet il-pożizzjoni preċedenti tagħha, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tikkunsidra li r-rikors ippreżentat mill-Kummissjoni huwa inammissibbli għal żewġ motivi. Minn naħa, hemm nuqqas ta’ qbil bejn l-ittra ta’ intimazzjoni u l-opinjoni motivata msemmija, rispettivament, fil-punti 10 u 12 tas-sentenza preżenti. Min-naħa l-oħra, peress li s-SERF, u għaldaqstant is-sistema kontenzjuża, skadiet, l-imsemmi rikors huwa bla skop.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2668"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq nuqqas ta’ qbil bejn l-ittra ta’ intimazzjoni u l-opinjoni motivata</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont ir-Repubblika Portugiża, huwa biss fl-opinjoni motivata mibgħuta fil-<DATE ISO="20070511">11 ta’ Mejju 2007</DATE>, jiġifieri wara l-iskadenza tas-sistema kontenzjuża fl-2005, li l-Kummissjoni spjegat li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat kien jinsab fit-trattament preferenzjali tat-titoli tal-Istat Portugiż meta mqabbel mhux mal-elementi patrimonjali l-oħra, kif kien ġie indikat fl-ittra ta’ intimazzjoni mibgħuta fid-<DATE ISO="20051219">19 ta’ Diċembru 2005</DATE>, iżda biss mat-titoli tad-dejn pubbliku ta’ Stati Membri oħra u ta’ Stati oħra partijiet fil-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, is-suġġett tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kif iddefinit fl-imsemmija opinjoni motivata ma jaqbilx ma’ dak deskritt fl-imsemmija ittra ta’ intimazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, min-naħa tagħha, li ma hemm l-ebda nuqqas ta’ qbil bejn l-ittra ta’ intimazzjoni u l-opinjoni motivata msemmija iktar ’il fuq f’dak li jikkonċerna s-suġġett tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat. Huwa wara l-argumenti invokati mir-Repubblika Portugiża fir-risposta tagħha għal din l-ittra ta’ intimazzjoni li l-Kummissjoni kienet ippreċiżat l-ilment tagħha f’din l-opinjoni motivata, mingħajr ma dan ibiddel bl-ebda mod l-ilmenti fformulati fl-imsemmija ittra ta’ intimazzjoni. Il-kontenut tal-ilment fiċ-ċentru ta’ dan ir-rikors kien, neċessarjament, diġà ġie inkluż f’dan tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-proċedura prekontenzjuża għandha bħala għan li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità, minn naħa, li jikkonforma<?PAGE NO="I-2669"?> ruħu mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jressaq b’mod effettiv l-argumenti tiegħu ta’ difiża kontra l-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20010510">10 ta’ Mejju 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/98" PAGE.ECR="I-3463" YEAR="2001">C-152/98, Ġabra p. I-3463</REF.DOC.ECR>, punt 23; tal-<DATE ISO="20021105">5 ta’ Novembru 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-476/98" PAGE.ECR="I-9855" YEAR="2002">C-476/98, Ġabra p. I-9855</REF.DOC.ECR>, punt 46, u tat-<DATE ISO="20080408">8 ta’ April 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-337/05" PAGE.ECR="I-2173" YEAR="2008">C-337/05, Ġabra p. I-2173</REF.DOC.ECR>, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-regolarità ta’ din il-proċedura tikkostitwixxi garanzija essenzjali mixtieqa mit-Trattat FUE, mhux biss għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-Istat Membru inkwistjoni, iżda wkoll sabiex jiġi żgurat li l-proċedura kontenzjuża eventwali jkollha bħala suġġett kawża ddefinita ċarament (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46, u tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/06" PAGE.ECR="I-2413" YEAR="2008">C-442/06, Ġabra p. I-2413</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Minn dan l-għan jirriżulta li l-ittra ta’ intimazzjoni hija intiża, minn naħa sabiex, tiddefinixxi s-suġġett tal-kawża u tindika lill-Istat Membru li jkun mistieden jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu l-elementi meħtieġa għall-preparazzjoni tad-difiża tiegħu, u, min-naħa l-oħra sabiex, tippermettilu jirregola ruħu qabel ma tiġi mressqa kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, punt 47, u tal-<DATE ISO="20080410">10 ta’ April 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitfakkar li, għalkemm l-opinjoni motivata għandha tinkludi espożizzjoni koerenti u ddettaljata tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni għall-konvinzjoni li l-Istat Membru kkonċernat naqas milli jwettaq wieħed mill-obbligi tiegħu taħt it-Trattat, l-ittra ta’ intimazzjoni ma tistax tkun suġġetta għal rekwiżiti ta’ preċiżjoni daqstant stretti bħal dawk li għandha tissodisfa l-opinjoni motivata, peress li din tista’ neċessarjament tinkludi biss sunt inizjali qasir tal-ilmenti. Għalhekk, xejn ma jipprekludi lill-Kummissjoni milli tagħti fid-dettall, fl-opinjoni motivata, l-ilmenti li hija diġà sostniet b’mod iktar ġenerali fl-ittra ta’ intimazzjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19840131">31 ta’ Jannar 1984</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="74/82" PAGE.ECR="317" YEAR="1984">74/82, Ġabra p. 317</REF.DOC.ECR>, punt 20; tat-<DATE ISO="19850328">28 ta’ Marzu 1985</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="274/83" PAGE.ECR="1077" YEAR="1985">274/83, Ġabra p. 1077</REF.DOC.ECR>,<?PAGE NO="I-2670"?> punt 21, u tas-<DATE ISO="20031106">6 ta’ Novembru 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-358/01" PAGE.ECR="I-13145" YEAR="2003">C-358/01, Ġabra p. I-13145</REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ittra ta’ intimazzjoni ppermettiet li r-Repubblika Portugiża tkun informata bin-natura tal-ilmenti indirizzati kontriha u tatha l-possibbiltà li tippreżenta d-difiża tagħha. Huwa minnu li fl-ittra ta’ intimazzjoni, il-Kummissjoni qabblet it-trattament preferenzjali relatat mat-titoli tad-dejn pubbliku tal-Istat Portugiż fir-rigward tal-elementi patrimonjali l-oħra kollha msemmija fis-SERF, filwaqt li, fl-opinjoni motivata, hija għamlet biss tqabbil bejn l-imsemmija titoli u t-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa minn Stati Membri oħra u mill-Istati oħra partijiet fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 21 tal-konklużjonijiet tiegħu, xorta jibqa’ l-fatt li l-imsemmija elementi patrimonjali jikkostitwixxu kategorija iktar ġenerali minn dik tat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa minn xi Stati, li tkopri neċessarjament it-tieni kategorija.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-opinjoni motivata l-Kummissjoni ppreċiżat biss l-ilmenti esposti fl-ittra ta’ intimazzjoni. Hekk, hija limitat is-suġġett tal-kawża għat-trattament differenti tat-titoli tad-dejn pubbliku tal-Istat Portugiż meta mqabbla mat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa minn Stati Membri oħra u mill-Istati oħra partijiet fil-Ftehim ŻEE, mingħajr ma l-imsemmi suġġett ġie estiż (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="19991109">9 ta’ Novembru 1999</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-365/97" PAGE.ECR="I-7773" YEAR="1999">C-365/97, Ġabra p. I-7773</REF.DOC.ECR>, punt 25, u, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/04" PAGE.ECR="I-4515" YEAR="2006">C-221/04 Ġabra p. I-4515</REF.DOC.ECR>, punt 33).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-nuqqas ta’ qbil bejn l-ittra ta’ intimazzjoni u l-opinjoni motivata, imqajma mir-Repubblika Portugiża, għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2671"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq in-nuqqas ta’ skop tar-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża ssostni li r-rikors huwa inammissibbli minħabba nuqqas ta’ skop. Is-SERF ġiet applikata b’mod limitat ħafna <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, peress li tali limitazzjoni hija essenzjali fir-rigward tal-għan stabbilit minnha, jiġifieri li tħajjar lill-persuni taxxabbli jirregolarizzaw volontarjament is-sitwazzjoni fiskali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE huwa inammissibbli meta l-ksur tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni ma jibqax jeżisti fit-tmiem tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata. Dan huwa eżattament il-każ inkwistjoni, peress li l-possibbiltà li tiġi applikata s-sistema kontenzjuża spiċċat fi tmiem is-sena 2005. Fil-fatt, il-benefiċċju tal-imsemmija sistema kien issuġġettat għall-kundizzjoni li jitħallas l-ammont dovut għar-regolarizzazzjoni fiskali, li, skont l-Artikolu 5(2) u (3), tas-SERF, kellu jsir fl-għaxart ijiem ta’ xogħol mid-depożitu tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali li kellu jseħħ sas-<DATE ISO="20051216">16 ta’ Diċembru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ebda sitwazzjoni sostenibbli ma tippreżenta ruħha. Fil-fatt, il-ħlas sħiħ ta’ somma ftit jew wisq elevata huwa fatt instantanju. L-iżvantaġġ finanzjarju li batew il-persuni li ma setgħux jiksbu l-benefiċċju ta’ trattament fiskali iktar favorevoli waqaf fil-mument li wettqu l-ħlas tal-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata stabbilita mis-SERF. Huwa dan il-mument li huwa legalment rilevanti għall-iskop li jiġi vverifikat jekk in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat kienx diġà eżawrixxa l-effetti kollha tiegħu qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2672"?><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Insostenn tal-argumentazzjoni tagħha, ir-Repubblika Portugiża tinvoka b’mod partikolari l-punt 73 tas-sentenza tal-<DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-508/03" PAGE.ECR="I-3969" YEAR="2006">C-508/03, Ġabra p. I-3969</REF.DOC.ECR>), li jgħid li rikors intiż għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li, fid-data tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, ma kienx għadu jeżisti, ikun inammissibbli minħabba nuqqas ta’ skop.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tqis ir-rikors preżenti bħala ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Hija tikkunsidra li r-Repubblika Portugiża ma temmitx volontarjament in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat sabiex tistabbilixxi l-legalità mill-ġdid. Is-SERF ma kinitx għadha fis-seħħ, għaliex, sa mill-bidu nett u minħabba n-natura tagħha, din is-sistema kienet temporanja. Il-proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tista’ titkompla sabiex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru naqasx milli jwettaq l-obbligi tiegħu, anki meta s-sitwazzjoni inkwistjoni ma għadhiex teżisti, jekk ikun għad hemm interess li titkompla din il-proċedura. Skont il-Kummissjoni, dan l-interess jista’ jibqa’ jeżisti b’mod partikolari meta l-effetti ta’ miżura temporanja huma ta’ natura dejjiema. Issa, il-persuni li ma setgħux jiksbu l-benefiċċju ta’ trattament fiskali iktar favorevoli jibqgħu finanzjarjament żvantaġġati meta mqabbla ma’ dawk li kellhom din il-possibbiltà. Effett huwa dejjiemi minħabba li jinżamm, anki jekk dan ma jirrepetix ruħu.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-Kummissjoni żiedet li n-natura dejjiema tal-effetti tas-sistema kontenzjuża tintwera minn element addizzjonali, jiġifieri l-obbligu, impost fuq id-detenturi ta’ titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż li jixtiequ jibbenefikaw mir-rata ta’ regolarizzazzjoni iktar favorevoli mogħtija lilhom mis-SERF, li jżommu dawn it-titoli għal perijodu ta’ minn tal-inqas tliet snin mid-depożitu tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali tagħhom, skont l-Artikolu 6(4) tas-SERF.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2673"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata abbażi tas-sitwazzjoni tal-Istat Membru fit-tmiem tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-525/03" PAGE.ECR="I-9405" YEAR="2005">C-525/03, Ġabra p. I-9405</REF.DOC.ECR>, punt 14, u tas-<DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/05" PAGE.ECR="I-10517" YEAR="2007">C-456/05, Ġabra p. I-10517</REF.DOC.ECR>, punt 15).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-terminu stabbilit għar-Repubblika Portugiża fl-opinjoni motivata sabiex tikkonforma ruħha ma’ din tal-aħħar skada matul ix-xahar ta’ Lulju 2007.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi vverifikat jekk, f’din id-data, is-sistema kontenzjuża kinitx għadha tipproduċi effetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20051027">27 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16; tat-<DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25, u tas-<DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 16).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mis-SERF jirriżulta li l-benefiċċju tagħha kien suġġett għall-kundizzjoni li jitħallas l-ammont dovut għar-regolarizzazzjoni fiskali, li kellu jsir fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol mid-depożitu tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali. Dan id-depożitu kellu jseħħ, skont l-Artikolu 5(2) tas-SERF, sas-<DATE ISO="20051216">16 ta’ Diċembru 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li t-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż, miżmuma minn persuni taxxabbli li kienu jixtiequ jibbenefikaw minn trattament fiskali preferenzjali, kellhom, skont l-Artikolu 6(4) u (5) tas-SERF, jibqgħu proprjetà ta’ dawn il-persuni taxxabbli għal perijodu ta’ minn tal-inqas<?PAGE NO="I-2674"?> tliet snin mid-data tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali, indipendentement mid-data li fiha dawn ġew akkwistati, u fin-nuqqas ta’ dan, il-persuni taxxabbli kellhom iħallsu d-differenza bejn is-somma li tikkorrispondi għall-applikazzjoni tar-rata ġenerali ta’ regolarizzazzjoni u dik li huma kienu ħallsu abbażi tar-rata preferenzjali, b’interessi kumpensatorji relattivi miżjuda b’5 punti perċentwali.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 49 tal-osservazzjonijiet tiegħu, il-benefiċċju tat-trattament fiskali preferenzjali seta’ jkun akkwistat kompletament biss wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ tliet snin mill-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali, jiġifieri bejn it-tmiem tax-xahar ta’ Lulju 2008, l-iktar kmieni, u s-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, l-iktar tard.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-Artikolu 6(5) tas-SERF kien jagħti lil dan l-Istat Membru l-possibbiltà li japplika, wara l-perijodu ta’ applikazzjoni tas-SERF, ir-rata ġenerali ta’ 5 %, b’interessi kumpensatorji, fir-rigward tal-persuni taxxabbli li kienu ttrasferew it-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż, li l-pussess tagħhom kien iġġustifika l-applikazzjoni tar-rata speċjali ta’ 2.5 % matul il-perijodu ta’ tliet snin imsemmi fl-Artikolu 6(4) tas-SERF. Għaldaqstant, ir-Repubblika Portugiża kellha l-possibbilità li tapplika, sas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, trattament differenzjat għall-persuni taxxabbli li jittrassferixxu t-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż meta mqabbla ma’ dawk li żammew tali titoli. Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li din il-possibbiltà kienet dejjem applikabbli fil-mument tal-iskadenza tat-terminu stabbilit sabiex wieħed jikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li s-sistema kontenzjuża kienet tkompli tipproduċi effetti fit-tmiem tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Matul is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, ir-Repubblika Portugiża essenzjalment sostniet li l-Kummissjoni ma takkużahiex li imponiet obbligu ta’ żamma għal tliet snin tat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż li ta lok għall-applikazzjoni tar-rata ta’ regolarizzazzjoni preferenzjali, iżda tillimita ruħha li titlobha testendi<?PAGE NO="I-2675"?> t-trattament preferenzjali għad-detenturi ta’ titoli maħruġa minn Stati Membri oħra jew minn Stati oħra partijiet fil-Ftehim ŻEE. Issa, skont l-Istat Membru konvenut, l-obbligu inkwistjoni ma jikkostitwixxix vantaġġ, iżda piż fuq il-persuni taxxabli kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li din l-argumentazzjoni tar-Repubblika Portugiża ma tidhirx rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk is-sistema kontenzjuża kinitx eżawriet jew le l-effetti kollha tagħha fit-tmiem tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, il-Kummissjoni għandha d-dmir li tivverifika <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> u fl-interess ġenerali li d-dritt Komunitarju jiġi applikat mill-Istati Membri u li tikkonstata, bil-għan li jintemmu, l-eżistenza ta’ nuqqasijiet eventwali ta’ twettiq tal-obbligi li jinsiltu minnu (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20010201">1 ta’ Frar 2001</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-333/99" PAGE.ECR="I-1025" YEAR="2001">C-333/99, Ġabra p. I-1025</REF.DOC.ECR>, punt 23, u tat-<DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-394/02" PAGE.ECR="I-4713" YEAR="2005">C-394/02, Ġabra p. I-4713</REF.DOC.ECR>, punt 15). Issa, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ġustament tillimita ruħha titlob biss lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu allegat u tistieden lir-Repubblika Portugiża ttemm l-imsemmi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, mingħajr ma tordnalha, kuntrarjament għal dak li jallega dan l-Istat Membru, tadotta aġir partikolari sabiex tistabbilixxi mill-ġdid it-trattament ugwali allegatament miksur.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, u mingħajr ma huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-iżvantaġġ finanzjaru li batew il-persuni li ma setgħux jibbenefikaw mit-trattament fiskali preferenzjali meta mqabbla ma’ dawk li kellhom din il-possibbiltà jikkostitwixxi, bħala tali, effett dejjiemi tas-sistema kontenzjuża, għandu jiġi kkonstatat li din is-sistema tkompli tipproduċi effetti fid-data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors, b’mod li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà bbażata fuq nuqqas ta’ suġġett tiegħu għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2676"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni takkuża lir-Repubblika Portugiża li kisret l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE meta tat, fil-kuntest tas-SERF, trattament fiskali preferenzjali f’dak li jikkonċerna t-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li, b’applikazzjoni tal-Artikoli 2 u 6 tas-SERF, ir-rata ta’ 5 % applikabbli fuq il-valur tal-elementi patrimonjali msemmija fid-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali tnaqqset għal 2.5 % sew f’dak li jirrigwarda l-elementi patrimonjali li jikkonsistu f’titoli tal-Istat Portugiż, kif ukoll f’dak li jirrigwarda elementi patrimonjali oħra jekk il-valur tagħhom kien ġie investit mill-ġdid f’tali titoli qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-imsemmija dikjarazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalkemm ma tikkontestax il-fatt li t-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa minn Stati jistgħu jibbenefikaw minn trattament preferenzjali, il-Kummissjoni tikkunsidra li rata ta’ tassazzjoni iktar baxxa applikabbli biss għall-elementi ta’ patrimonju rregolarizzati li huma titoli tal-Istat Portugiż tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital ipprojbita mill-Artikolu 56 KE, sa fejn il-persuni taxxabbli li setgħu jibbenefikaw mis-SERF ġew skuraġġuti milli jżommu l-elementi patrimonjali regolarizzati tagħhom taħt forom oħra barra f’titoli tal-Istat Portugiż. Issa, dispożizzjoni fiskali nazzjonali li tista’ tiskoraġġixxi lill-persuni taxxabbli milli jagħmlu investimenti fi Stati Membri oħra tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital skont l-Artikolu 56 KE, b’referiment għas-sentenza tal-<DATE ISO="20021121">21 ta’ Novembru 2002</DATE>, X u Y (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-436/00" PAGE.ECR="I-10829" YEAR="2002">C-436/00, Ġabra p. I-10829</REF.DOC.ECR>, punt 70). Skont il-Kummissjoni, tali restrizzjoni ma tistax tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 58(1) KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-2677"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Insostenn tal-argumentazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tinvoka s-sentenza tas-<DATE ISO="20000606">6 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Verkooijen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/98" PAGE.ECR="I-4071" YEAR="2000">C-35/98, Ġabra p. I-4071</REF.DOC.ECR>, punti 43 u 44). Ma jkun hemm ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għall-applikazzjoni ta’ żewġ rati ta’ regolarizzazzjoni differenti, sakemm il-persuni taxxabbli kkonċernati kollha jkunu jinsabu f’pożizzjoni identika, ikkaratterizzata mix-xewqa li jirregolaw is-sitwazzjoni fiskali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-replika tagħha, il-Kummissjoni żżid li d-Direttiva tal-Kunsill 2004/48/KE, tat-<DATE ISO="20030603">3 ta’ Ġunju 2003</DATE>, dwar tassazzjoni ta’ riżervi fuq id-dħul fil-forma ta’ pagamenti ta’ mgħax (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 369) ma tippermettix li jiġi ġġustifikat it-trattament preferenzjali mogħti fir-rigward tat-titoli maħruġa mill-Istat Portugiż.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tqis li s-sistema kontenzjuża hija ġġustifikata fir-rigward tal-għan ta’ interess ġenerali li hija trid tilħaq, li jikkonsisti fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni fiskali. F’dan il-kuntest, hija tinvoka l-Artikolu 58(1)(b) KE, u tippreċiża li s-sistema kontenzjuża tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu, u tirreferi wkoll għall-kunċett ta’ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, filwaqt li tirreferi f’dan ir-rigward għas-sentenza tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Lenz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-315/02" PAGE.ECR="I-7063" YEAR="2004">C-315/02, Ġabra p. I-7063</REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tfakkar li s-SERF ġiet stabbilita bil-għan tar-regolarizzazzjoni fiskali ta’ elementi patrimonjali li għalihom ma tħallsitx taxxa fil-Portugall. F’dan il-kuntest, il-ħlas tal-ammont li jikkorrispondi għall-applikazzjoni ta’ rata ta’ 2.5 % jew ta’ 5 % kien tabilħaqq jikkostitwixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>prezz tar-regolarizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tas-sitwazzjoni fiskali tal-persuni kkonċernati. Dan il-ħlas kien ħa l-forma ta’ ħlas kumpensatorju li jippermetti l-estinzjoni tal-obbligi fiskali dovuti lill-Istat Portugiż għall-elementi patrimonjali li kienu s-suġġett ta’ dikjarazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Din il-funzjoni kumpensatorja tiġġustifika li prezz ta’ regolarizzazzjoni mnaqqas ikun previst biss fil-każ tat-titoli tal-Istat Portugiż, peress li, fil-kuntest tas-SERF, kienu d-dħulijiet mit-taxxa ta’ dan l-Istat Membru li ttieħdu inkunsiderazzjoni, minħabba<?PAGE NO="I-2678"?> l-estinzjoni tal-obbligi fiskali relattivi għall-elementi patrimonjali kkonċernati. L-Istat Portugiż għaldaqstant kiseb, b’mod indirett, dħulijiet mit-taxxa dovuti lilu.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prospett ta’ tnaqqis tar-rata seta’ jipprovoka adeżjoni iktar ġenerali għas-SERF, li kkontribwixxa għal ġlieda b’mod iktar effettiv kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sistema kontenzjuża hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u proporzjonali mal-għan li jrid jintlaħaq sa fejn din kienet limitata għal kategorija ddefinita b’mod tajjeb ta’ titoli u ma wasslet fl-ebda każ għal segmentazzjoni tas-swieq.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tibbaża ruħha wkoll fuq id-Direttiva 2003/48. Peress li din id-direttiva ppermettiet dan it-tip ta’ differenzjar għat-titoli ta’ dejn negozjabbli maħruġa minn amministrazzjoni pubblika, ġie wkoll ikkunsidrat leġittimu, fil-kuntest tal-adozzjoni tas-SERF, li jingħata trattament preferenzjali lit-titoli maħruġa mill-Istat Portugiż.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-miżuri imposti minn Stat Membru li huma ta’ natura li jiddiswadu lir-residenti tagħhom milli jidħlu f’kuntratti ta’ self jew milli jagħmlu investimenti fi Stati Membri oħra jikkostitwixxu restrizzjonijiet għall-moviment<?PAGE NO="I-2679"?> liberu tal-kapital, fis-sens tal-Artikolu 56 KE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19951114">14 ta’ Novembru 1995</DATE>, Svensson u Gustavsson, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-484/93" PAGE.ECR="I-3955" YEAR="1995">C-484/93, Ġabra p. I-3955</REF.DOC.ECR>, punt 10; tas-<DATE ISO="19990316">16 ta’ Marzu 1999</DATE>, Trummer u Mayer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/97" PAGE.ECR="I-1661" YEAR="1999">C-222/97, Ġabra p. I-1661</REF.DOC.ECR>, punt 26, kif ukoll tal-<DATE ISO="19991014">14 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Sandoz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/97" PAGE.ECR="I-7401" YEAR="1999">C-439/97, Ġabra p. I-7401</REF.DOC.ECR>, punt 19).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, huwa stabbilit li l-persuni taxxabbli li jżommu titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż setgħu jibbenefikaw minn trattament fiskali preferenzjali, previst fl-Artikolu 6(1) tas-SERF, meta mqabblin mal-persuni taxxabbli li jżommu titoli tad-dejn pubbliku maħruġa minn Stati Membri oħra. Fil-fatt, filwaqt li dawn tal-aħħar kellhom iħallsu ammont li jikkorrispondi għall-applikazzjoni ta’ rata ta’ 5 % fuq il-valur tal-elementi patrimonjali msemmija fid-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali tagħhom, il-persuni taxxabbli li investew f’titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż kienu suġġetti biss għal rata mnaqqsa ta’ 2.5 % fuq il-parti li tikkorrispondi għalihom. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 6(2) tas-SERF, din ir-rata mnaqqsa kienet ukoll applikabbli għal kull element patrimonjali ieħor iddikjarat jekk il-valur tiegħu kien ġie investit mill-ġdid f’titoli tal-Istat Portugiż fil-mument tal-presentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sistema kontenzjuża kienet tipprevedi trattament differenzjat skont jekk il-persuni taxxabbli kinux iżommu titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż jew titoli tad-dejn pubbliku maħruġa minn Stati Membri oħra, sfavorevoli għat-tieni kategorija ta’ persuni taxxabbli. Għalhekk, tali differenza fit-trattament tista’ twassal biex tiskoraġġixxi lill-persuni taxxabbli milli jinvestu f’titoli tad-dejn pubbliku maħruġa minn Stati Membri oħra jew li jżommu tali titoli.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li s-sistema kontenzjuża tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, ipprojbita, essenzjalment, mill-Artikolu 56(1) KE.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2680"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat jekk ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital hekk ikkonstatata tistax tiġi oġġettivament iġġustifikata minn interessi leġittimi rikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament, il-moviment liberu tal-kapital jista’ jiġi limitat minn leġiżlazzjoni nazzjonali biss jekk din tkun iġġustifikata minn waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 58 KE jew għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20020604">4 ta’ Ġunju 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/98" PAGE.ECR="I-4731" YEAR="2002">C-367/98, Ġabra p. I-4731</REF.DOC.ECR>, punt 49, u tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, C-274/06, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li l-oġġettivi tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa, invokati mir-Repubblika Portugiża, jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa, is-sentenza tas-<DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-478/98" PAGE.ECR="I-7587" YEAR="2000">C-478/98, Ġabra p. I-7587</REF.DOC.ECR>, punt 39, u, fir-rigward tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, is-sentenza tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/07" PAGE.ECR="I-10983" YEAR="2009">C-540/07, Ġabra p. I-10983</REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Huwa madankollu wkoll neċessarju li r-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital tkun idonea sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta’ dawn l-għanijiet u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tilħaqhom (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’Novembru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk jitqies li r-regolarizzazzjoni fiskali implementata mis-SERF setgħet tikkontribwixxi, b’mod ġenerali, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali u l-evitar tat-taxxa, jidher li s-sistema<?PAGE NO="I-2681"?> kontenzjuża, billi pprevediet trattament differenzjat f’dak li jikkonċerna t-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż meta mqabbla ma’ dawk maħruġa minn Stati Membri oħra, ma tosservax dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jitfakkar li din is-sistema kienet tipprevedi, fil-kuntest tal-imsemmija regolarizzazzjoni fiskali, l-applikazzjoni ta’ rati ta’ regolarizzazzjoni differenti skont jekk l-elementi patrimonjali ddikjarati kinux titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż jew titoli tad-dejn pubbliku maħruġa minn Stati Membri oħra, minkejja l-fatt li r-regoli l-oħra tas-SERF applikabbli għall-persuni taxxabbli li jixtiequ jirregolarizzaw is-sitwazzjoni fiskali tagħhom kienu japplikaw, min-naħa tagħhom, indipendentement mill-Istat ta’ oriġini tal-elementi patrimonjali.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika Portugiża li din id-differenza fir-rata ta’ regolarizzazzjoni hija ġġustifikata mill-fatt li l-ħlas tal-ammont li jikkorrispondi għall-applikazzjoni ta’ tali rata jikkostitwixxi ħlas kumpensatorju li jista’, essenzjalment, ikun ikbar għall-investimenti regolarizzati li jirrigwardaw titoli maħruġa minn Stati Membri oħra, din l-allegazzjoni, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 89 tal-konklużjonijiet tiegħu, tammonta għal tentattiv li tiġi ġġustifikata miżura restrittiva għall-moviment liberu tal-kapital biex jiġi segwit għan ta’ natura ekonomika, jiġifieri l-kumpens tat-telf ta’ dħul fiskali tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għan ta’ natura purament ekonomika ma jistax jiġġustifika restrizzjoni għal libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19980428">28 ta’ April 1998</DATE>, Decker, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-120/95" PAGE.ECR="I-1831" YEAR="1998">C-120/95, Ġabra p. I-1831</REF.DOC.ECR>, punt 39; Verkooijen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 48, u tat-<DATE ISO="20100708">8 ta’ Lulju 2010</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-171/08" PAGE.ECR="I-6817" YEAR="2010">C-171/08, Ġabra p. I-6817</REF.DOC.ECR>, punt 71).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tar-Repubblika Portugiża li d-Direttiva 2003/48 tippermetti li tiġi ġġustifikata differenza fit-trattament bejn titoli ta’ dejn negozzjabbli maħruġa<?PAGE NO="I-2682"?> minn amministrazzjoni pubblika u tali titoli maħruġa minn persuni privati, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk l-imsemmija direttiva tawtorizza l-istabbiliment ta’ tali differenza fit-trattament, din ma tippermettix li tiġi ġġustifikata differenza fit-trattament bejn titoli tal-istess natura, jiġifieri, f’dan il-każ, it-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa mill-Istat Portugiż u dawk maħruġa minn Stati Membri oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital li tirriżulta mis-sistema kontenzjuża ma tistax tiġi ġġustifikata mill-motivi invokati mir-Repubblika Portugiża.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Sa fejn l-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE għandhom l-istess portata ġuridika bħad-dispożizzjonijiet, identiċi fis-sustanza, tal-Artikolu 56 KE (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Pajjiżi l-Baxxi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-521/07" PAGE.ECR="I-4873" YEAR="2009">C-521/07, Ġabra p. I-4873</REF.DOC.ECR>, punt 33, u tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-562/07" PAGE.ECR="I-9553" YEAR="2009">C-562/07, Ġabra p. I-9553</REF.DOC.ECR>, punt 67), il-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq jistgħu, f’ċirkustanzi bħal dawk fir-rikors preżenti, jiġu trasposti <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għall-imsemmi Artikolu 40.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors ippreżentat mill-Kummissjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, billi pprevediet, fil-kuntest tas-SERF, stabbilita bil-liġi Nru 39-A/2005, trattament fiskali preferenzjali għat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa biss mill-Istat Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-2683"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Repubblika Portugiża tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi pprevediet, fil-kuntest tas-sistema eċċezzjonali ta’ regolarizzazzjoni fiskali ta’ elementi patrimonjali li ma jinsabux fit-territorju Portugiż fil-31 ta’ Diċemrbu 2004 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>regime excepcional de regularização tributária de elementos patrimoniais que não seencontrem no território português em <DATE ISO="20041231">31 de Dezembro de 2004</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), stabbilita bil-liġi Nru 39-A/2005, tad-<DATE ISO="20050729">29 ta’ Lulju 2005</DATE>, trattament preferenzjali għat-titoli tad-dejn pubbliku maħruġa biss mill-Istat Portugiż, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>