1982L0475 — MT — 01.07.1998 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Ġunju 1982

li telenka l-kategoriji ta’ ►M2  materjali ta' l-għalf ◄ li jistgħu jintużaw għall-iskopijiet ta’ l-ittikkettjar ta’ għalf kompost għall-annimali domestiċi

(82/475/KEE)

(ĠU L 213, 21.7.1982, p.27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 91/334/KEE tas-6 ta’ Ġunju 1991

  L 184

27

10.7.1991

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 98/67/KE Test b' relevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Settembru 1998

  L 261

10

24.9.1998




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Ġunju 1982

li telenka l-kategoriji ta’ ►M2  materjali ta' l-għalf ◄ li jistgħu jintużaw għall-iskopijiet ta’ l-ittikkettjar ta’ għalf kompost għall-annimali domestiċi

(82/475/KEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id -Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-marketing ta’ għalf kompost ( 1 ), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 80/695/KEE ( 2 ), u b’mod partikolari Artikolu 10(b) tagħha,

Billi d-Direttiva hawn fuq imsemmija tistipula li l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu jew jippermettu li l-ingredjenti użati fil-manifattura ta’ għalf kompost jiġu ddikjarati; billi, waqt li l-adozzjoni ta’ disposizjonijiet Komunitarji tkun għadha pendenti, l-Istati membri jistgħu jippermettu li d-dikjarazzjoni ta’ ingredjenti tiġi sostitwita b’dikjarazzjoni ta’ kategoriji li jinkludu diversi ingredjenti;

Billi d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ xi Stati Membri jippermettu t-tqassim ta’ ingredjenti f’kategoriji differenti; billi għalhekk għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet identiċi dwar l-ittikkettjar sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ bejn Stati Membri;

Billi dawn ir-regoli għandhom japplikaw biss għall-għalf kompost għal annimali domestiċi;

Billi r-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ittikkettjar ta’ għalf kompost iridu primarjament jiżguraw li jkun hemm informazzjoni adegwata għall-utenti tal-prodotti;

Billi kategorija tista’ tiġi indikata biss meta l-ingredjent jew ingredjenti użati jkunu koperti mid-definizzjoni tal-kategorija partikolari;

Billi, b’analoġija mad-dispożizzjonijiet stipulati għad-dikjarazzjoni ta’ ingredjenti, il-lista ta’ kategoriji għandha tingħata, skond id-dispożizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri, jew billi jiġi indikat l-ammont ta’ kull kategorija presenti jew f’ordni dixxendenti tal-proporzjon tagħhom skond il-piż fl-għalf kompost;

Billi, madanakollu, mhuwiex possibbli li wieħed jistabbilixxi kategoriji li jkopru l-ingredjenti kollha ta’ għalf kompost; billi, għalhekk, il-manifattur irid jindika wkoll kull ingredjenti li ma jaqgħux taħt ebda kategorija elenkata fl-Anness;

Billi l-miżuri preskritti minn din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Għalf tal-Bhejjem,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



▼M1

Artikolu 1

Jekk, skond l-Artikolu 5ċ (3) tad-Direttiva 79/373/KEE, l-indikazzjoni ta’ l-isem speċifiku ta’ ►M2  l-materjali ta' l-għalf ◄ tista’ tiġi mibdula bl-isem tal-kategorija li taħtha jaqa’ ►M2  l-materjali ta' l-għalf ◄ , il-kategoriji elenkati fl-Anness biss jistgħu jiġu indikati fuq l-ippakkjar, il-kontenitur jew it-tikketta ta’ l-għalf kompost għall-annimali domestiċi.

▼B

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1985 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni fil-pront.

Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

Kategoriji ta' ►M2  materjali ta' l-għalf ◄ li jistgħu jiġu indikati minnflok ►M2  materjali ta' l-għalf ◄ individwali



Deskrizzjoni tal-kategorija

Definizzjoni

1.Laħam u derivattivi mill-annimali

Il-partijiet mlaħħmin kollha ta' annimali ta' l-art ta' demm sħun maqtulin, friski jew ippreservati permezz ta' trattament xieraq, u

l-prodotti kollha u d-derivattivi tal-karkassa jew ta' parti mill-karkassa ta' annimali ta' l-art ta' demm sħun

2.Ħalib u derivattivi tal-ħalib

Il-prodotti kollha tal-ħalib, friski jew ippreservati permezz ta' trattament xieraq, u d-derivattivi mill-ipproċessar tagħhom

3.Bajd u derivattivi tal-bajd

Il-prodotti tal-bajd kollha friski jew ippreservati permezz ta' trattament xieraq u d-derivattivi mill-iproċessar tagħhom

4.Żjut u xaħmijiet

Iż-żjut u x-xaħmjiet kollha mill-annimali u mill-ħxejjex

5.Ħmira

Kull tip ta' ħmira, li ċ-ċelloli tagħha jkunu nqatlu u mnixxfa

6.Ħut u derivattivi tal-ħut

Ħut jew partijiet ta' ħut, friski jew ippreservati permezz ta' trattament xieraq, u derivattivi mill-iproċessar tagħhom

7.Ċereali

Kull tip ta' ċereal, minkejja il-presentazzjoni tagħhom, jew prodotti magħmula mill-endosperma illamtata.

8.Ħxejjex.

Kull tip ta' ħxejjex u legumi, friski jew ippreservati permezz ta' trattament xieraq

9.Derivattivi ta' oriġini veġetali

Derivattivi li jirrisultaw mit-trattament ta' prodotti veġetali, b'mod partikolari ċereali, ħxejjex, legumi u żerriegħa taż-żejt

10.Estratti ta' proteina mill-ħxejjex

Il-prodotti kollha ta' oriġini veġetali li fihom il-proteini ġew ikkonċentrati permezz ta' proċess adwegwat b'mod li jkun fihom ta' mill-inqas 50 % proteina mhux raffinata, meta mqabbla mal-materjal niexef, u li jistgħu jiġu ristrutturati (minsuġa)

11.Minerali

Is-sustanzi inorganiċi kollha addattati għall-għalf tal-bhejjem

12.Diversi varjetajiet ta' zokkor

It-tipi kollha ta' zokkor

13.Frott

It-tipi kollha ta' frott, frisk, jew ippreservat permezz ta' trattament xieraq

14.Ġwież

Il-qalba kollha mill-qxur

15.Żerriegħa

It-tipi kollha ta' żerriegħa kif inhuma jew mitħuna

16.Alga

Alga, friska jew ippriservata permezz ta' trattament xieraq

17.Molluski u krustaċi

t-tipi kollha ta' molluski, krustaċi, ħut tal-qoxra, friski jew ippreservati permezz ta' trattament xieraq, u d-derivattivi ta' l-iproċessar tagħhom

18.Insetti

It-tipi kollha ta' insetti u l-istadji ta' l-iżvilupp tagħhom

19.Prodotti ta' l-ifran

Il-prodotti kollha tal-ħobż, kejkijiet, gallettini u għaġin



( 1 ) ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 30.

( 2 ) ĠU L 188, tat-22.7.1980, p. 23.