52004PC0553

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill Li tawtorizza l-Italja biex tapplika miżura li tidderoga minn Artiklu 2(1) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mat-taxxi tal-qligħ /* KUMM/2004/0553 finali */


Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Li tawtorizza l-Italja biex tapplika miżura li tidderoga minn Artiklu 2(1) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mat-taxxi tal-qligħ

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Taħt artiklu 30 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi tal-qligħ - Sistema komuni ta' taxxa tal-valur miżjud: bażi uniformi t'eżami, [1] il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jawtorizza kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ma' pajjiż terz jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali ftehim li jista' jkollu derogi minn din id-Direttiva.

[1] ĠU L 145, 13.6.1977, p.1. Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/92/KE (GU L 260, 11.10.2003, p.8)

2. F'talba sottomessa lill-Kummissjoni u reġistrata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-24.03.2004, il-Gvern Taljan fittex l-awtorizzazzjoni li jikkonkludi ftehim ma' l-Isvizzera li jinkludi provvedimenti li jidderogaw minn Artiklu 2(1) tad-Direttiva 77/388/KEE.

3. Skond Artiklu 30(2) tas-Sitt Direttiva, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra b'itttra datata 11.05.2004 bit-talba tal-Gvern Taljan u b'ittra datata 12.05.2004 il-Kummissjoni notifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha li hi tikkonsidra neċessarja għall-valutazzjoni tat-talba.

4. Artiklu 21(1) tad-Direttiva 77/388/KEE jistipula li l-provista ta' prodotti jew servizzi effettwati għall-konsiderazzjoni fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi tali tkun suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

5. L-iskop ta' din id-deroga mitluba mill-Italja hu biex tfittex l-awtorizzazzjoni biex tikkonkludi ftehim ma' l-Isvizzera li jinkludi provvedimenti li jidderogaw minn Artiklu 2(1) tad-Direttiva 77/388/KEE u jeżenta l-VAT minn fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo. Ir-raġunijiet għal din ir-rikjesta huma tnejn: L-ewwel, l-introduzzjoni tal-VAT fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo mill-1 ta' Jannar 2003 ġabet taqlib kompetittiv fil-bejgħ ta' biljetti staġjonali ta' multi-vjaġġar. It-tieni il-qasma fid-dħul għal skopijiet ta' VAT fi proporzjon tad-demarkazzjoni fiżika bejn il-pajjiżi tikkawża spejjeż kbar t'amministrazzjoni għaliex l-ispejjeż huma kkalkulati u mqassma skond il-kriterji ekonomiċi li jirriflettu il-qasma ta' l-ispejjeż ta' l-immaniġjar u ż-żamma tal-mina. Dawn l-ispejjeż ta' l-immaniġjar ma jikkonċernawx biss il-mina nnifisha iżda jinkludu awtostrada li tgħaqqad il-mina fit-territorju Taljan ma' xibka ta' toroq Taljani.

6. Artiklu 21 tal-Liġi Taljana Nru. 289 tas-27 ta' Diċembru 2002 (l-Estimi ta' l- 2003) neħħa Artiklu 9(11) (servizzi internazzjonali u servizzi relatati mal-kummerċ internazzjonali) tad-Digriet Presidenzjali Nru. 633 tas-26 t'Ottubru 1972 fuq l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li twassal għall-intaxxar tal-VAT (mill-operatur Taljan tal-mina) fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo mill-1 January 2003. Madanakollu, l-Isvizzera ma timponix VAT jew taxxa simili fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina; skond il-Konvenzjoni ta' l-1958 konkluża bejn l-Italja u l-Isvizzera qabel l-introduzzjoni tas-sistema tal-VAT komuni, l-Isvizzera ma tistax tkun obbligata li tapplika u tiġbor VAT Taljana fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo. Għalhekk l-introduzzjoni tal-VAT biss fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina miġbura mill-operatur Taljan wasslet għal differenza fl-ispejjeż ta' l-użu u qallbet il-kompetizzjoni fil-bejgħ tal-biljetti staġjonali. Dawk li jużaw il-mina jistgħu jħallsu għall-biljetti staġjonali ta' multi-vjaġġar f'kull tarf tal-mina u għalhekk jixtruhom minn fejn huma orħos, mill-Isvizzera.

7. Il-mina taqsam fruntiera internazzjonali u hi mmexxija minn intrapriża bejn tnejn Italo-Svizzera u żewġ kumpaniji operattivi, bażati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. L-operatur Taljan, konformi mal-prinċipju tat-territorjalità, għandu jintaxxa il-VAT (b'20%) biss in kwantu l-parti tal-mina fuq l-art Taljana. Madanakollu, skond ftehim li legalment jorbot lill-operaturi konkluż fl-1963 u li applika sal-lum, il-qligħ li ġej mill-ħlas għad-dħul fil-mina ma jinqasamx fi proporzjon mad-demarkazzjoni fiżika bejn il-pajjiżi iżda għandu jinqasam skond kriterji ekonomiċi li jirrifletti il-qasma ta' l-immaniġjar tal-mina u l-ispejjeż tal-manutenzjoni (57,5% għall-kumpanija operattiva Taljana u 42,5% għall-kumpanija operattiva Svizzera). L-immaniġjar tal-mina u l-ispejjeż tal-manutenzjoni jinkludu ukoll l-użu ta' sezzjoni ta' l-awtostrada li tagħti aċċess lill-mina. Dan ifisser li l-ammont eżatt tal-qligħ maqsum u mqassam skond dawn il-kriterji jistgħu jkunu stabbiliti biss a posteriori. Għall-iskopijiet tal-VAT dan l-ammont irid imbagħad ikun rikalkulat biex jinħareġ id-dħul maqsum li jirrifletti il-prinċipju tat-territorjalità, biex b'hekk ikunu estrapolati l-ispejjeż ta' immaniġjar u manutenzjoni għall-użu ta' sezzjoni t'awtostrada li tagħti aċċess lill-mina. Tali kalkolazzjoni u kollezzjoni tqal tal-VAT jiġġeneraw spejjeż amministrattivi għoljin u ma tistax tkun magħmula konsistenti b'sistema ta' taxxa tal-konsum li tinħtieġ li l-VAT tkun imposta u miġbura immedjatament.

8. F'dan l-isfond, l-unika għażla vijabbli hi in fatti li tawtorizza l-Italja li tikkonkludi ftehim ma' l-Isvizzera bil-ħsieb li l-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo ikun eżentat mill-VAT. Id-deroga tagħti ċans lill-Italja tneħħi ir-riservi fuq l-implimentazzjoni t'Artiklu 8 tal-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Isvizzera li jistipula li: "Les questions de douane, de police, monétaires, fiscals et socials soulevées par la construction et l'exploitation du tunnel feront l'objet d'accords particuliers entre le Gouvernement italien et le Gouvernement Suisse." Id-deroga tirrapreżenta simplifikazzjoni ewlenija għall-intrapriża Italo-Svizzera u l-kumpaniji operattivi tagħha.

9. L-eżenzjoni mitluba se kollha impatt fuq ir-riżorsi tal-Komunitajiet Ewropej stess mit-taxxa fuq il-valur miżjud. Il-gvern Taljan ikkalkula l-impatt possibbli abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija operattiva Taljana għas-sena 2002. Fis-sena 2002 il-mina ta' Monte Bianco kienet magħluqa minħabba xogħol li kien qed isir u konsegwentement traffiku akbar beda jgħaddi mill-mina ta' Gran San Bernardo. Għalhekk l-ammont ikkalkulat fuq din il-bażi għandu jitqies bħala "valur għoli" li se jkun aktar baxx fis-snin ta' wara. Id-dikjarazzjonijiet tal-kumpanija operattiva jirriflettu ammont taxxabbli ta' bejn wieħed u ieħor EUR 7.5 miljun fl-2002. Il-gvern Taljan jistima li l-eżenzjoni mill-VAT għaldaqstant ma taqbiżx it-telf mid-dħul ta' bejn wieħed u ieħor EUR 1.5 miljun kull sena. Skond il-Gvern Taljan kwart tas-servizzi huma mogħtija lil persuni li jnaqqsu l-VAT, sabiex l-ammont taxxabbli għandu attwalment ikun aktar viċin tas-somma ta' EUR 5.625 miljun fis-sena u it-telf mid-dħul kawżat mid-deroga tkun EUR 1.125 miljun. F'termini ta' riżorsi it-telf mid-dħul possibbli għall-baġit tal-Komunità mid-deroga tkun f'kwalunkwe każ anqas minn EUR 28125 mis-sena 2004 'il quddiem, jekk ikun intaxxat fuq EUR 5.625 miljun bir-rata massima ta' 0.5% skond id-deċiżjoni ta' Berlin ta' l-24-25 ta' Marzu 1999. Għalhekk hu neċessarju li r-Repubblika Taljana tistima kull sena l-ammont ta' telf ta' VAT fl-istadju finali tal-konsum u tgħodd kumpens ekwivalenti lill-bażi tal-VAT li tkun użata biex tistabilixxi l-kontribuzzjonijiet tagħha lir-riżorsi tal-Komunità stess.

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Li tawtorizza l-Italja biex tapplika miżura li tidderoga minn Artiklu 2(1) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatati mat-taxxi tal-qligħ

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Fil-waqt li ħa nota tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi tal-qligħ - Sistema komuni ta' taxxa tal-valur miżjud: bażi uniformi t'eżami [2], u partikolarment Artiklu 30 sussegwenti,

[2] ĠU L 145, 13.6.1977, p.1. Direttiva l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/92/KE (ĠU L 260, 11.10.2003, p.8)

Fil-waqt li ħa nota tal-proposta mill-Kummissjoni [3],

[3] ĠU Ċ , , p. .

Fejn:

1) F'talba sottomessa lill-Kummissjoni u reġistrata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-24.03.2004, il-Gvern Taljan fittex l-awtorizzazzjoni li jikkonkludi ftehim ma' l-Isvizzera li jinkludi provvedimenti li jidderogaw minn Artiklu 2(1) tad-Direttiva 77/388/KEE.

2) Ir-raġunijiet għal din ir-rikjesta huma tnejn: L-ewwel, l-introduzzjoni tal-VAT fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo mill-1 ta' Jannar 2003 ġabet taqlib kompetittiv fil-bejgħ ta' biljetti staġjonali ta' multi-vjaġġar. It-tieni, il-qasma fid-dħul għal skopijiet ta' VAT fi proporzjon tad-demarkazzjoni fiżika bejn il-pajjiżi tikkawża spejjeż kbar t'amministrazzjoni għaliex l-ispejjeż huma kkalkulati u mqassma skond il-kriterji ekonomiċi li jirriflettu l-qasma ta' l-ispejjeż ta' l-immaniġjar u ż-żamma tal-mina. Dawn l-ispejjeż ta' l-immaniġjar ma jikkonċernawx biss il-mina nnifisha iżda jinkludu awtostrada li tgħaqqad il-mina fit-territorju Taljan ma' xibka ta' toroq Taljani.

3) Mill-1 ta' Jannar 2003, l-operatur Taljan tal-mina beda jimponi u jiġbor VAT fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernard. Madanakollu, l-Isvizzera ma timponix VAT jew taxxa simili fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina; skond il-Konvenzjoni ta' l-1958 konkluża bejn l-Italja u l-Isvizzera qabel l-introduzzjoni tas-sistema tal-VAT komuni, l-Isvizzera ma tistax tkun obbligata li tapplika u tiġbor VAT Taljana fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo. Għalhekk l-introduzzjoni tal-VAT biss fuq il-ħlas għad-dħul fil-mina miġbura mill-operatur Taljan wasslet għal differenza fl-ispejjeż ta' l-użu u qallbet il-kompetizzjoni fil-bejgħ tal-biljetti staġjonali. Dawk li jużaw il-mina jistgħu jħallsu għall-biljetti staġjonali ta' multi-vjaġġar f'kull tarf tal-mina u għalhekk jixtruhom minn fejn huma orħos, mill-Isvizzera.

4) Il-mina taqsam fruntiera internazzjonali u hi mmexxija minn intrapriża bejn tnejn Italo-Svizzera u żewġ kumpaniji operattivi, bażati fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. L-operatur Taljan, konformi mal-prinċipju tat-territorjalità, għandu jintaxxa il-VAT (b'20%) biss in kwantu l-parti tal-mina fuq l-art Taljana. Madanakollu, skond ftehim li legalment jorbot lill-operaturi konkluż fl-1963 u li applika sal-lum, il-qligħ li ġej mill-ħlas għad-dħul fil-mina ma jinqasamx fi proporzjon mad-demarkazzjoni fiżika bejn il-pajjiżi iżda għandu jinqasam skond kriterji ekonomiċi li jirrifletti l-qasma ta' l-immaniġjar tal-mina u l-ispejjeż tal-manutenzjoni. L-immaniġjar tal-mina u l-ispejjeż tal-manutenzjoni jinkludu ukoll l-użu ta' sezzjoni ta' l-awtostrada li tagħti aċċess lill-mina. Dan ifisser li l-ammont eżatt tal-qligħ maqsum u mqassam skond dawn il-kriterji jistgħu jkunu stabbiliti biss a posteriori. Għall-iskopijiet tal-VAT dan l-ammont stabbilit għandu jinqasam skond il-prinċipju ta' territorjalità, biex b'hekk ikunu estrapolati l-ispejjeż ta' l-immaniġjar u manutenzjoni għall-użu ta' sezzjoni t'awtostrada li tagħti aċċess lill-mina. Din il-kalkolazzjoni u kollezzjoni ex post tal-VAT hi tqila u tiġġenera spejjeż amministrattivi għoljin. Ma tistax tkun magħmula konsistenti b'sistema ta' taxxa tal-konsum li tinħtieġ li l-VAT tkun imposta u miġbura immedjatament.

5) F'dan l-isfond, l-unika għażla vijabbli hi in fatti li tawtorizza l-Italja li tikkonkludi ftehim ma' l-Isvizzera bil-ħsieb li l-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo ikun eżentat mill-VAT. Id-deroga tirrapreżenta simplifikazzjoni ewlenija għall-intrapriża Italo-Svizzera u l-kumpaniji operattivi tagħha.

6) Madankollu, id-deroga mitluba se jkollha impatt fuq ir-riżorsi tal-Komunitajiet Ewropej mit-taxxa fuq il-valur miżjud u għaldaqstant tinħtieġ miżuri ta' kumpens.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artiklu 1

B'deroga minn Artiklu 2(1) tad-Direttiva 77/388/KEEir-Repubblika Taljana hi hawnhekk awtorizzata li tikkonkludi ftehim ma' l-Isvizzera bil-ħsieb li teżenta l-ħlas għad-dħul fil-mina ta' Gran San Bernardo mill-VAT. L-awtorizzazzjoni hi mogħtija bil-kundizzjoni li r-Repubblika Taljana tistima kull sena l-ammont ta' telf ta' VAT fl-istadju finali tal-konsum u tgħodd kumpens ekwivalenti lill-bażi tal-VAT li jintuża biex tistabbilixxi il-kontribuzzjonijiet tagħha lir-riżorsi tal-Komunità.

Artiklu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussel,

Għall-Kunsill

Il-President