3.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/11


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1099

tal-1 ta' Awwissu 2018

li temenda l-Anness XI tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jittrattaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2018/136 tal-Kummissjoni fir-rigward tad-denominazzjoni ta' laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea nnominat għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer

(notifikata bid-dokument C(2018) 4987)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE and 91/665/KEE u tammenda d-Direttiva 92/46/KEE (1), b'mod partikolari l-Artikoli 67(2) u 69(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/85/KE tistipula l-miżuri minimi ta' kontroll li jridu jiġu applikati fil-każ ta' tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer u ċerti miżuri ta' prevenzjoni bl-għan li jrawmu iktar kuxjenza u jżidu t-tħejjija tal-awtoritajiet kompetenti u tal-komunità agrikola fir-rigward ta' dik il-marda.

(2)

Il-miżuri ta' prevenzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2003/85/KE jinkludu r-rekwiżit li l-laboratorji approvati biss, li huma mniżżla fl-Anness XI ta' dik id-Direttiva, jittrattaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għar-riċerka, għad-dijanjożi u għall-manifatturar tat-tilqimiet.

(3)

Il-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE tagħti l-lista ta' laboratorji nazzjonali awtorizzati li jittrattaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal għanijiet dijanjostiċi u ta' riċerka. Il-Parti B ta' dak l-Anness tagħti lista ta' laboratorji li huma awtorizzati li jittrattaw il-virus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tal-vaċċin u r-riċerka relatata.

In-Netherlands ressqu talba lill-Kummissjoni biex jibdlu l-isem tal-laboratorju nazzjonali tiegħu għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkat fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE għal “Wageningen Bioveterinary Research (WBVR), Lelystad”, minħabba bidliet organizzazzjonali.

Il-Belġju ressaq talba lill-Kummissjoni biex jibdel l-isem tal-laboratorju nazzjonali tiegħu għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkat fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE. Il-laboratorju nazzjonali Belġjan għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, iċ-Ċentru tar-Riċerka Veterinarja u Agrokimika (CODA-CERVA), issa sar parti miċ-ċentru l-ġdid tar-riċerka federali Belġjan, Sciensano, wara l-fużjoni tal-CODA-CERVA u l-Istitut Xjentifiku tas-Saħħa Pubblika (WIV-ISP), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2018. Sciensano ħa f'idejh id-drittijiet u d-dmirijiet kollha tal-predeċessuri tiegħu, inklużi dawk CODA-CERVA.

Il-Greċja ressqet talba lill-Kummissjoni biex tlesti l-isem tal-laboratorju nazzjonali tagħha għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer elenkat fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE, li huwa wkoll responsabbli għad-dijanjosi tal-infezzjonijiet tar-rickettsial.

(4)

Il-Pirbright Institute, li jinsab fir-Renju Unit, jipprovdi s-servizzi ta' laboratorju ta' referenza nazzjonali għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer lill-Bulgarija, lill-Kroazja, lill-Estonja, lill-Finlandja, lill-Irlanda, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil Malta, lill-Portugall, lis-Slovenja, lill-Iżvezja u lir-Renju Unit, u dan hu elenkat tajjeb fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE. Bħala konsegwenza tan-notifika tar-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit mhux ser jibqa' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea mit-30 ta' Marzu 2019. Skont l-Artikolu 68(2), il-Pirbright Institute ma jistax jipprovdi s-servizzi ta' laboratorju ta' referenza nazzjonali għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer lill-Bulgarija, lill-Kroazja, lill-Estonja, lill-Finlandja, lill-Irlanda, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil Malta, lill-Portugall, lis-Slovenja u lill-Iżvezja wara d-data tad-29 ta' Marzu 2019.

(5)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, huwa importanti li l-lista ta' laboratorji nazzjonali għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer stabbilita fil-Parti A tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE tinżamm aġġornata. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi emendat l-isem tal-laboratorji nazzjonali rispettivi fil-Belġju, fin-Netherlands u fil-Greċja u tiġi indikata d-data tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea bħala d-data sa meta l-Pirbright Institute jista' jipprovdi s-servizzi ta' laboratorju ta' referenza nazzjonali għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer lil Stati Membri oħra, u li sa dik id-data Stat Membru ieħor jista' juża s-servizzi tal-Pirbright Institut bħala laboratorju ta' referenza nazzjonali għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer.

(6)

Wara bidliet fl-organizzazzjoni li jaffettwaw il-laboratorju awtorizzat li jittratta l-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tat-tilqim elenkati fil-Parti B tal-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE, in-Netherlands ressqu talba lill-Kummissjoni biex jibdlu l-isem ta' dak il-laboratorju li jinsab fit-territorju tiegħu għal “Boehringer Ingelheim Animal Health Netherlands B.V.”.

(7)

Għalhekk, l-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/136 (2) innominat il-konsorzju ANSES & CODA-CERVA stabbilit mil-Laboratorju tal-Aġenzija għas-Saħħa tal-Annimali tal-Aġenzija għall-Ikel, l-Ambjent u s-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali (ANSES), f'Maisons-Alfort, Franza, u ċ-Ċentru tar-Riċerka Veterinarja u Agrokimika (CODA-CERVA), f'Uccle, il-Belġju bħala l-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal perjodu indeterminat. Hemm bżonn li tiġi emendata dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni, sabiex tirreferi għal Sciensano, minflok għal CODA-CERVA. Għalhekk, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/136 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE huwa sostitwit skont l-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/136 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-konsorzju ANSES & CODA-CERVA stabbilit mil-Laboratorju tal-Aġenzija għas-Saħħa tal-Annimali tal-Aġenzija għall-Ikel, l-Ambjent u s-Sikurezza u s-Saħħa Okkupazzjonali (ANSES), f'Maisons-Alfort, Franza, u l-Laboratorju għall-Vajrusijiet Eżotiċi u l-Mard Partikolari taċ-ċentru tar-riċerka federali Sciensano, f'Uccle, il-Belġju, huwa b'dan innominat bħala l-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer għal perjodu indeterminat.”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/136 tal-25 ta' Jannar 2018 li tinnomina laboratorju ta' referenza tal-UE għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer u li temenda l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE f'dak li jirrigwarda l-laboratorju ta' referenza tal-Unjoni Ewropea għall-marda vexxikulari tal-ħnieżer (ĠU L 24, 27.1.2018, p. 3).


ANNESS

L-Anness XI tad-Direttiva 2003/85/KE hu sostwitit b'dan li ġej:

“ANNESS XI

PARTI A

Il-laboratorji nazzjonali awtorizzati li jittrattaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer

L-Istat Membru fejn jinsab il-laboratorju

Il-laboratorju

L-Istati Membri li jagħmlu użu mis-servizzi tal-laboratorju

Kodiċi ISO

Isem

AT

L-Awstrija

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit

Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

Il-Laboratorju għall-Vajrusijiet Eżotiċi u l-Mard Partikolari taċ-ċentru tar-riċerka federali Sciensano, Uccle

Il-Belġju

Il-Lussemburgu

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Státní veterinární ústav Praha, Praha

Ir-Repubblika Ċeka

DE

Il-Ġermanja

Friedrich-Loeffler-Institut

Bundesforschungsinstitut für Tiergesundheit,

Greifswald — Insel Riems

Il-Ġermanja

Is-Slovakkja

DK

Id-Danimarka

Danmarks Tekniske Universitet, Veterinærinstituttet, Afdeling for Virologi, Lindholm

L-Università Teknika Daniża, l-Istitut Veterinarju, id-Dipartiment tal-Viroloġija, Lindholm

Id-Danimarka

Il-Finlandja

L-Iżvezja

EL

Il-Greċja

Διεύθυνση Κτηνιατρικού Κέντρου Αθηνών, Τμήμα Μοριακής Διαγνωστικής, Αφθώδους Πυρετού, Ιολογικών, Ρικετσιακών και Εξωτικών Νοσημάτων, Αγία Παρασκευή Αττικής

Il-Greċja

ES

Spanja

—

Laboratorio Central de Sanidad Animal, Algete, Madrid

—

Centro de Investigación en Sanidad Animal (CISA), Valdeolmos, Madrid;

Spanja

FR

Franza

Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (ANSES), Laboratoire de santé animale de Maisons-Alfort

Franza

HU

L-Ungerija

Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal, Állategészségügyi Diagnosztikai Igazgatóság (NÉBIH-ÁDI), Budapest

L-Ungerija

IT

L-Italja

Istituto zooprofilattico sperimentale della Lombardia e dell'Emilia-Romagna, Brescia

L-Italja

Ċipru

NL

In-Netherlands

Wageningen Bioveterinary Research (WBVR), Lelystad

In-Netherlands

PL

Il-Polonja

Zakład Pryszczycy Państwowego Instytutu Weterynaryjnego – Państwowego Instytutu Badawczego, Zduńska Wola

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

Institutul de Diagnostic și Sănătate Animală, București

Ir-Rumanija

IR-RENJU UNIT

Ir-Renju Unit

The Pirbright Institute

Ir-Renju Unit

Il-Bulgarija (1)

Il-Kroazja (1)

L-Estonja (1)

Il-Finlandja (1)

L-Irlanda (1)

Il-Latvja (1)

Il-Litwanja (1)

Malta (1)

Il-Portugall (1)

Is-Slovenja (1)

L-Iżvezja (1)

PARTI B

Il-laboratorji awtorizzati li jittrattaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer għall-produzzjoni tat-tilqimiet

L-Istat Membru fejn jinsab il-laboratorju

Il-laboratorju

Kodiċi ISO

Isem

DE

Il-Ġermanja

Intervet International GmbH/MSD Animal Health, Köln

NL

In-Netherlands

Boehringer-Ingelheim Animal Health Netherlands BV, Lelystad

IR-RENJU UNIT

Ir-Renju Unit

Merial, S.A.S., Pirbright Laboratory, Pirbright (2)

”

(1)  L-użu ta' servizzi skont l-Artikolu 68(2) sad-29 ta' Marzu 2019.

(2)  Applikabbli sad-29 ta' Marzu 2019