14.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9861 — Unilabs/Medbase/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 342/06)

1.   

Fis-6 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Unilabs Holding AB (“Unilabs”, l-Isvezja),

—

Medbase AG (“Medbase”, l-Isvizzera)

Unilabs u Medbase jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (“il-JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Unilabs: il-provvista ta’ servizzi ta’ ttestjar bijomediku, servizzi ta’ teħid ta’ immaġni medika, servizzi ta’ mediċina riproduttiva u servizzi ta’ żvilupp tal-mediċini f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej,

—

Medbase: il-provvista ta’ servizzi mediċi u terapewtiċi esklużivament fl-Isvizzera,

—

il-JV: il-provvista ta’ servizzi ta’ dijanjostika fil-laboratorju mediku esklużivament fl-Iżvizzera u fil-biċċa l-kbira fil-Lvant tal-Isvizzera.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9861 — Unilabs/Medbase/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.