<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-264/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0264</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:261">EU:C:2020:261</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Saugmandsgaard Øe – Kawża C-264/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Constantin Film Verleih</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Saugmandsgaard Øe</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20200402">2 ta’ April 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑264/19</HT></P><P>Constantin Film Verleih GmbH</P><P>vs</P><P>YouTube LLC,</P><P>Google Inc.</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-awtur u drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Pjattaforma ta’ qsim ta’ filmati fuq l-internet</KEYWORD><KEYWORD>YouTube</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid online ta’ film mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju</KEYWORD><KEYWORD>Kawża relatata ma’ ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/48/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-proprjetarju għall-informazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(2)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Indirizz tal-posta elettronika, indirizz IP u numru tat-telefon</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari taqa’ fil-kuntest ta’ tilwima bejn Constantin Film Verleih GmbH, kumpannija distributriċi ta’ films stabbilita fil-Ġermanja, minn naħa, u YouTube LLC u l-kumpannija omm tagħha Google Inc., it-tnejn li huma stabbiliti fl-Istati Uniti, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-tilwima tirrigwarda r-rifjut ta’ YouTube u ta’ Google li jipprovdu ċerta informazzjoni mitluba minn Constantin Film Verleih, dwar utenti li tellgħu diversi films online bi ksur tad-drittijiet esklużivi ta’ operat ta’ Constantin Film Verleih. B’mod iktar speċifiku, din tal-aħħar titlob lil YouTube u lil Google jagħtuha l-indirizzi tal-posta elettronika, in-numri tat-telefon u l-indirizzi IP użati minn dawn l-utenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il‑Ġermanja) tistaqsi, essenzjalment, jekk tali informazzjoni hijiex koperta bl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</P></NOTE>, li permezz tiegħu l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jistgħu jordnaw il-komunikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> ta’ ċerti kategoriji ta’ persuni relatati mal-merkanzija jew mas-servizzi li jiksru dritt tal-proprjetà intellettwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet li ser nesponi f’dawn il‑konklużjonijiet, jiena konvint li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, inkluż fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 iċċitata iktar ’il fuq, ma jinkludi ebda informazzjoni minn dik imsemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 10 u 32 tad-Direttiva 2004/48 jaqraw kif ġej:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>(2)</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali għandha tħalli l-inventur jew il-kreatur li jikseb profitt leġittimu mill-invenzjoni jew il-kreazzjoni tiegħu/tagħha. Għandha tħalli wkoll it-tixrid l-aktar wiesa’ possibbli tax‑xogħlijiet, idejat u tagħrif ġdid. Fl-istess ħin, ma għandix tfixkel il‑libertà ta’ l-espressjoni, il-moviment liberu ta’ l-informazzjoni, jew il‑protezzjoni ta’ data personali, inkluż l-Internet.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-għan ta’ din id-Direttiva hija li tqarreb is-sistemi leġislattivi sabiex tassigura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju fis‑suq intern.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(32)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva il‑prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari bil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></NOTE>. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tassigura r-rispett sħiħ għall-proprjetà intellettwali, skond l‑Artikolu 17(2) [tal-]Karta.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Firxa ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu u fil-paragrafu 3(a) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-mezzi li huma jew li jistgħu jiġu pprovduti [fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni] jew fil-leġislazzjoni nazzjonali, sakemm dawk il‑mezzi jistgħu ikunu aktar favorevoli għall-proprjetarji tad-drittijiet, il‑miżuri, il-proċeduri u r-rimedji provduti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw, skond l-Artikolu 3, għal kull kontravvenzjoni tad-drittijiet tal‑proprjetà intellettwali provduti bil-liġijiet [tal-Unjoni] u/jew bil‑liġijiet ta’ l-Istat Membru konċernat.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva ma għandix taffettwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet [tal-Unjoni] li jiggvernaw il-liġi sostantiva dwar il-proprjetà intellettwali, id-Direttiva 95/46/KE […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-dritt għall‑informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fil-kuntest tal-passi legali li jikkonċernaw il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali u b’risposta għal talba ġustifikata u proporżjonali ta’ min għamel il-klejm, l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji jistgħu jordnaw li l-informazzjoni fuq n-networks ta’ l-oriġini u tad-distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew is‑servizzi li tikser id-dritt għall-proprjetà intellettwali għandu jkun pprovdut mill-kontravventur u/jew xi persuna oħra li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>instab f’possessjoni ta’ l-oġġetti li jikkontravjenu fuq skala kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>instab juża is-servizzi li jikkontravjenu fuq skala kummerċjali;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>instab li qed jipprovdi fuq skala kummerċjali servizzi użati biex jagħmlu attivitajiet li jikkontravjenu; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>kien indikat mill-persuna li għaliha saret riferenża fil-punti (a), (b) jew [(c)] bħala li kienet involuta fil-produzzjoni, manifattura jew distribuzzjoni ta’ l-oġġetti jew tal-provvista tas-servizzi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-informazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1, kif inhu xieraq, tikkomprendi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi, manifatturi, distributuri, fornituri u detenturi oħra ta’ qabel ta’ l-oġġetti jew servizzi, kif wkoll intiżi l-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>informazzjoni fuq il-kwantitajiet prodotti, manifatturati, mibjugħa, mgħotija jew ordnati, kif wkoll il-prezz miksub għal dawn l-oġġetti jew servizzi in kwestjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet statutorji oħra li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jagħtu d-detentur tad-dritt biex jirċievi aktar informazzjoni sħiħa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jiggvernaw l-użu tal-passi legali ċivili jew kriminali ta’ l‑informazzjoni kkomunikata skond dan l-Artikolu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jiggvernaw ir-risponsabbilità ta’ l-użu ħażin tad-dritt ta’ l‑informazzjon; jew;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jaffordjaw opportunità li jirrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni li tisforza il-persuna li għaliha saret riferenza fil-paragrafu 1 biex tammetti l-parteċipazzjoni tiegħu/tagħha jew ta’ familjari viċini li kien hemm kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jiggverna il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ta’ l‑informazzjoni jew il-proċessar tad-data personali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 101(1) tal‑Urheberrechtsgesetz (il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>UrhG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), il-persuna li, fuq livell kummerċjali, tippreġudika d-dritt tal-awtur jew dritt ieħor protett minn din il-liġi tista’ tintalab mill-persuna leża tagħti immedjatament informazzjoni dwar l-oriġini u l-kanal ta’ distribuzzjoni ta’ kopji kontrafatti jew ta’ prodotti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>F’każ ta’ ksur manifest, mingħajr preġudizzju għall‑Artikolu 101(1) tal-UrhG, dan id-dritt għal informazzjoni jista’ jiġi eżerċitat ukoll, skont il-punt 3 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 101(2) ta’ din il-liġi, kontra persuna li fuq livell kummerċjali pprovdiet servizzi użati sabiex jiġu eżerċitati attivitajiet ta’ kontrafazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-persuna li hija obbligata tipprovdi l-informazzjoni għandha, skont il-punt 1 tal-Artikolu 101(3) tal-UrhG, tindika l-ismijiet u l-indirizzi ta’ produtturi, ta’ fornituri u ta’ detenturi preċedenti oħra ta’ kopji jew prodotti oħra, ta’ utenti tas-servizzi kif ukoll ta’ bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Constantin Film Verleih hija kumpannija distributriċi ta’ films stabbilita fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>YouTube, kumpannija stabbilita fl-Istati Uniti u miżmuma minn Google, topera l-pjattaforma internet bl-istess isem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil-Ġermanja, Constantin Film Verleih għandha drittijiet esklużivi ta’ operat fuq ix-xogħlijiet ċinematografiċi <HT TYPE="ITALIC">Parker</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Scary Movie 5</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Bejn ix-xahar ta’ Ġunju 2013 u x-xahar ta’ Settembru 2014, dawn iż-żewġ xogħlijiet ittellgħu online fuq il-pjattaforma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>YouTube<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> mingħajr il-kunsens ta’ Constantin Film Verleih. Fid‑<DATE ISO="20130629">29 ta’ Ġunju 2013</DATE>, ix-xogħol ċinematografiku <HT TYPE="ITALIC">Parker</HT> tqiegħed online fil-verżjoni integrali tiegħu u bil-Ġermaniż taħt l-isem ta’ utent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>N1<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Sal-mument li ġie bblokkat fl‑<DATE ISO="20130814">14 ta’ Awwissu 2013</DATE>, dan ġie vviżwalizzat iktar minn <FT TYPE="NUMBER">45000</FT> darba. Fix-xahar ta’ Settembru 2013, ix-xogħol ċinematografiku <HT TYPE="ITALIC">Scary Movie 5</HT> tqiegħed online fil-verżjoni integrali tiegħu u bil-Ġermaniż, taħt l-isem ta’ utent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>N2<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Sal-mument li ġie bblokkat fid‑<DATE ISO="20131029">29 ta’ Ottubru 2013</DATE>, dan ġie vviżwalizzat iktar minn <FT TYPE="NUMBER">6000</FT> darba. Fl‑<DATE ISO="20140910">10 ta’ Settembru 2014</DATE>, kopja oħra ta’ dan it-tieni xogħol tqiegħdet online taħt l-isem ta’ utent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>N3<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Sal-mument li ġie bblokkat fil‑<DATE ISO="20140921">21 ta’ Settembru 2014</DATE>, dan ġie vviżwalizzat iktar minn <FT TYPE="NUMBER">4700</FT> darba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Constantin Film Verleih talab sensiela ta’ informazzjoni mingħand YouTube u Google dwar kull wieħed mill-utenti li qiegħdu dawn ix-xogħlijiet online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kkonstatat li l-kundizzjonijiet tad-dritt għall-informazzjoni kienu ssodisfatti. Konsegwentement, il-portata tal-kawża prinċipali hija limitata għall-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn YouTube u/jew minn Google lil Constantin Film Verleih. Din il-kawża tirrigwarda b’mod iktar speċifiku l-informazzjoni segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-indirizz tal-posta elettronika tal-utent,</P></ITEM><ITEM><P>in-numru tat-telefon tal-utent,</P></ITEM><ITEM><P>l-indirizz IP użat mill-utent biex qiegħed il-fajls kontenzjużi online, bil-mument eżatt meta tqiegħdu online, u</P></ITEM><ITEM><P>l-indirizz IP użat l-iktar reċentement mill-utent sabiex jidħol fil-kont Google/YouTube tiegħu, bil-mument eżatt ta’ dan l-aċċess.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza, il-Landgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) ċaħdet it-talba ta’ Constantin Film Verleih intiża sabiex tikseb il-provvista ta’ din l-informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fl-appell, l-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja) ikkundannat lil YouTube u Google sabiex jipprovdu l-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti kkonċernati, filwaqt li ċaħdet il-kumplament tat-talba ta’ Constantin Film Verleih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ippreżentat quddiem il‑Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja), Constantin Film Verleih talbet li YouTube u Google jiġu kkundannati jipprovdulha l-informazzjoni kollha hawn fuq imsemmija inklużi n-numri tat-telefon u l-indirizzi IP tal-utenti. Permezz tal-appell rispettiv tagħhom għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, YouTube u Google talbu li t-talba ta’ Constantin Film Verleih tiġi miċħuda kollha kemm hi, inkluż sa fejn tirrigwarda l-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Filwaqt li kkonstatat li s-soluzzjoni għaż-żewġ appelli għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> kienet tiddependi fuq l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> inkluż fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48, il‑Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-indirizzi tal-produtturi, manifatturi, distributuri, fornituri u detenturi preċedenti oħra ta’ oġġetti jew ta’ servizzi kif ukoll il-bejjiegħa bl-ingrossa u bl-imnut destinatarji msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) tad‑Direttiva [2004/48], li huma inklużi, skont il-każ, fl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) ta[’ din id-]direttiva, jinkludu wkoll</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-indirizzi tal-posta elettronika tal-utenti tas-servizzi u/jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>in-numri tat-telefon tal-utenti tas-servizzi u/jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-indirizzi IP użati mill-utenti ta’ servizzi sabiex jittellgħu fajls kontrafatti, kif ukoll il-mument preċiż ta’ dan it-tlugħ ta’ fajls?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-punt (c) tal-ewwel domanda jingħata risposta fl‑affermattiv:</TXT><P>L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikolu 8(2)(a) ta[l‑imsemmija] Direttiva 2004/49 tinkludi wkoll l-indirizz IP li l-utent li jkun preċedentement tella’ fajls kontrafatti uża l-iktar reċentement sabiex jikseb aċċess għall-kont ta’ utent tiegħu fuq Google/YouTube, kif ukoll il-mument preċiż ta’ dan l-aċċess, irrispettivament [mill-fatt] jekk kienx hemm jew le ksur ta’ drittijiet [ta’ proprjetà intellettwali] fil-kuntest ta’ dan l-iktar aċċess reċenti?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari ġiet irreġistrata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20190329">29 ta’ Marzu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Constantin Film Verlieh, YouTube u Google kif ukoll il-Kummissjoni ressqu osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta tat‑<DATE ISO="20200212">12 ta’ Frar 2020</DATE> dehru r-rappreżentanti ta’ Constantin Film Verlieh, ir-rappreżentanti ta’ YouTube u Google kif ukoll il-Kummissjoni sabiex instemgħu l-osservazzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jipprevedu, fl-ordinament ġuridiku tagħhom, il-possibbiltà li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jordnaw il-provvista ta’ ċertu informazzjoni fil-qafas ta’ azzjoni relatata ma’ ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalhekk, permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jipprevedu l-possibbiltà, għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, li jordnaw, fir-rigward ta’ utent li jkun qiegħed online fajls li jiksru dritt tal-proprjetà intellettwali, li jiġi pprovdut l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon, l-indirizz IP użat sabiex dawn il-fajls jitqiegħdu online u l-indirizz IP użat waqt l-aħħar aċċess għall-kont tal-utent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>YouTube u Google kif ukoll il-Kummissjoni jipproponu li r-riaposta għal dawn id-domandi tkun fin-negattiv, kuntrarjament għal Constantin Film Verleih.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Konformement mal-pożizzjoni sostnuta minn YouTube u Google kif ukoll mill-Kummissjoni, u għar-raġunijiet esposti iktar ’il quddiem, jiena tal-opinjoni li din id‑dispożizzjoni ma tkopri ebda informazzjoni msemmija fid-domandi preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Preliminarjament, nirrileva li l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 ma jinkludi ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri. Konsegwentement, u skont ġurisprudenza stabbilita, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jikkostitwixxi kunċett tad-dritt tal-Unjoni li għandu jingħata interpretazzjoni awtonoma u uniformi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>kumpens xieraq<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> użat fl-Artikolu 9(7) tad‑Direttiva 2004/48, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190912">12 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bayer Pharma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑688/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:722">EU:C:2019:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, dejjem dwar proprjetà intellettwali, is‑sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160622">22 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Nikolajeva</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑280/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:467">EU:C:2016:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Nintendo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑24/16 u C‑25/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:724">EU:C:2017:724</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> ma huwiex iddefinit fid‑Direttiva 2004/48. Dejjem skont ġurisprudenza stabbilita, id‑determinazzjoni tat-tifsira u tal-portata tal-kliem, li għalihom id-dritt tal-Unjoni ma jipprovdi ebda definizzjoni, għandha tiġi stabbilita konformement mas-sens abitwali fil-lingwa ta’ kuljum tagħhom, billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw u l-għanijiet li jridu jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha jifformaw parti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>McDonagh</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑12/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:43">EU:C:2013:43</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kreyenhop &amp; Kluge</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑471/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:681">EU:C:2018:681</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190912">12 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bayer Pharma</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑688/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:722">EU:C:2019:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>B’hekk, is-<HT TYPE="ITALIC">sens abitwali fil-lingwa ta’ kuljum</HT> għandu jkun il-punt tat-tluq fil-proċess ta’ interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> użat fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48. Ma hemm ebda dubju li, fil-lingwa ta’ kuljum, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> ta’ persuna, li fuqu tistaqsi b’mod partikolari l-qorti tar-rinviju, jirreferi għas-sempliċi indirizz postali kif korrettament sostnew YouTube u Google<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Jiena ma rajt ebda inkoerenza fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ din id‑dispożizzjoni, li kollha jinkludu l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>: ara, bħala eżempju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>direcciones<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> fil-verżjoni bil-lingwa Spanjola, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>adresse<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fil-verżjoni bil-lingwa Daniża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Adressen<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fil-verżjoni bil-lingwa Ġermaniża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>addresses<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> fil-verżjoni bil-lingwa Ingliża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>indirizzo<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fil-verżjoni bil-lingwa Taljana, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>adres<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fil-verżjoni bil-lingwa Olandiża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>endereços<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fil-verżjoni bil-lingwa Portugiża, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>adresele<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fil-verżjoni bil-lingwa Rumena, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>adress<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fil-verżjoni bil-lingwa Svediża.</P></NOTE>. Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata bid-definizzjoni li jagħti d-dizzjunarju tal-Académie française (l-Akkademja għal-Lingwa Franċiża, Franza) ta’ dan il‑kunċett, jiġifieri, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>la désignation du <HT TYPE="ITALIC">lieu</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE> où l’on peut joindre quelqu’un [<HT TYPE="ITALIC">il-post</HT> fejn persuna tista’ tiġi kkuntattjata]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-numru tat-telefon, it-tieni element ta’ informazzjoni msemmi fid-domandi preliminari, ma naħsibx li hemm il-ħtieġa ta’ diskussjoni fit-tul peress li ma għandux jiġi inkluż fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ta’ persuni, kif maħsub fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48, irrispettivament minn jekk huwiex fil-lingwa ta’ kuljum jew fi kwalunkwe kuntest ieħor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-fatt, invokat minn Constantin Film Verleih, li n-numru tat-telefon jista’ jkollu funzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>indirizz li jieħdok x’imkien ieħor<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għat-trażmissjoni ta’ data, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ telefonati jew ta’ applikazzjonijiet li jużaw in-numru tat-telefon bħal WhatsApp, ma jistax ixejjen il-konvinzjoni tiegħi f’dan ir-rigward. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> ta’ <HT TYPE="ITALIC">persuni</HT>, kif indikat fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, evidentement ma jinkludi ebda rabta mad-destinazzjoni funzjonali tal-fluss ta’ data, minkejja l-fatt li din tal-aħħar tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>indirizz li jieħdok x’imkien ieħor<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-qagħda taż-żewġ elementi ta’ informazzjoni l-oħra msemmija f’dawn id-domandi, jiġifieri l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz IP, timmerita ftit iktar attenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Kif għadni kif spjegajt, fil-lingwa ta’ kuljum, li hija l-punt tat-tluq tal-proċess interpretattiv, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>adresse [indirizz]<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> jirreferi għall-indirizz postali biss. B’hekk, dan it-terminu, meta jintuża mingħajr xi spjegazzjoni oħra, ma jinkludix l-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz IP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Dan huwa wisq iżjed minnu f’kuntest li jiena nikkwalifika bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, jiġifieri li jmur lil hinn mill-qafas speċifiku tal-internet, kif inhu l-każ tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata minn eżami ta’ testi oħra leġiżlattivi tal-Unjoni li jkopru l-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz IP. Fil-fatt, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jirreferi għall-indirizz tal-posta elettronika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>F’dak li jirrigwarda l-indirizz tal-posta elettronika jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>elettroniku<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, ara b’mod partikolari l-Artikolu 88(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> li jistabbilixxi l-proċedura għall‑implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="284" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="288" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 288, p. 58</REF.DOC.OJ>); l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 524/2013, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20130521">21 ta’ Mejju 2013</DATE> dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal‑konsumaturi) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="165" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 165, p. 1</REF.DOC.OJ>); l-Artikolu 54(2) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 275, p. 68</REF.DOC.OJ>), kif ukoll l-Artikolu 45(2)(a) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE> dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d‑Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 337, p. 35</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="97" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 102, p. 97</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jew għall-indirizz IP<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>F’dak li jirrigwarda l-indirizz IP, ara b’mod partikolari l-Artikolu 10(1)(e) tad‑Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014 L 130, p. 1</REF.DOC.OJ> u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="143" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 143, p. 16</REF.DOC.OJ>); l‑Artikolu 5(1)(k) tar-Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE> dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas‑servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 168, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="198" PAGE.FIRST="42" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 198, p. 42</REF.DOC.OJ>); l-Artikolu 17(8), l-Artikolu 34(4)(j) kif ukoll l-Artikolu 52(2)(g) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20180912">12 ta’ Settembru 2018</DATE> li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall‑Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="236" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018 L 236, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, huwa għamel dan b’mod espress, billi kkwalifika t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>adresse<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, kif enfasizzaw YouTube u Google. Sa fejn naf jien, ma hemm ebda eżempju ta’ leġiżlazzjoni tal‑Unjoni fejn it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, użati waħedhom u f’kuntest ġenerali, jinkludu n-numru tat-telefon, l-indirizz IP jew l-indirizz tal-posta elettronika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Konsegwentement, minn interpretazzjoni litterali tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 jirriżulta li t-termini użati mil-leġiżlatur tal-Unjoni, jiġifieri t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, ma jinkludu ebda informazzjoni msemmija mid-domandi preliminari, kif sostnew YouTube u Google kif ukoll il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-interpretazzjoni storika esposta mill-Kummissjoni. Fil-fatt, ix-xogħlijiet preparatorji li wasslu għall-adozzjoni tad-Direttiva 2004/48<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, b’mod partikolari, il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri u proċeduri sabiex jiġi żgurat ir-rispett ta’ drittijiet tal-proprjetà intelletwali tat‑<DATE ISO="20030130">30 ta’ Jannar 2003</DATE> [COM (2003) 46 final], kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad‑<DATE ISO="20031029">29 ta’ Ottubru 2003</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="032" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 32, p. 15</REF.DOC.OJ>) u r‑rapport tal-Parlament Ewropew tal-<DATE ISO="20031205">5 ta’ Diċembru 2003</DATE> (A5-0468/2003) dwar din il-proposta. Il-proposta għal direttiva ma fiha ebda spjegazzjoni dwar is-sens li għandu jingħata lit-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Barra minn hekk, il-Parlament ma pproponiex emendi f’dak li jirrigwarda l-formulazzjoni ta’ dak li sar l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48.</P></NOTE> ma fihom ebda ħjiel li jissuġġerixxi, anki jekk b’mod impliċitu, li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> użat fl‑Artikolu 8(2)(a) ta’ din id-direttiva għandu jinftiehem bħala li ma jinkludix biss l-indirizz postali, iżda wkoll l-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz IP tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Dwar dan is-suġġett, il-Kummissjoni spjegat li l-leġiżlatur tal-Unjoni, waqt l-adozzjoni tad-Direttiva 2004/48 matul is-sena 2004, qatt ma kellu l-intenzjoni li jinkludi forom iktar moderni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>indirizz<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, bħalma huma l‑indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz IP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għalhekk, minn interpretazzjoni storika jirriżulta li d-Direttiva 2004/48 għandha tiġi interpretata b’riferiment biss għall-użu klassiku ta’ dan it-terminu, jiġifieri l-indirizz postali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li skont interpretazzjoni kemm litterali kif ukoll storika, l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 ma jinkludix l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon u l-indirizzi IP użati mill-persuni msemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Constantin Film Verleih tikkontesta din l-interpretazzjoni billi tirreferi għall-għan tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48 kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, għall-għanijiet li għandhom jintlaħqu minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skont Constantin Film Verleih, l-għan tal-Artikolu 8 tad‑Direttiva 2004/48 huwa li jippermetti lill-proprjetarju ta’ drittijiet tal-proprjetà intellettwali jidentifika lill-persuni msemmija minn din id-dispożizzjoni. B’hekk, u indipendentement mill-formulazzjoni tiegħu, il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>kull informazzjoni li tippermetti li jiġu identifikati<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> dawn il-persuni, fejn l-imsemmija informazzjoni tkun tista’ tinkludi, skont jekk ikunux disponibbli, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika, l-indirizz IP jew ukoll id-dettalji tal-bank.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, l-adozzjoni ta’ din l-interpretazzjoni tkun tfisser li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun qiegħda tikteb din id-dispożizzjoni mill-ġdid. Nifhem, naturalment, li proprjetarju ta’ drittijiet bħal Constantin Film Verleih juri x-xewqa li d-Direttiva 2004/48 tiġi emendata b’tali mod li tippermettilu jidentifika b’mod iktar faċli kontrafatturi possibbli fil-kuntest speċifiku tal-internet. Madankollu, tali kitba mill-ġdid ta’ din id-dispożizzjoni ma taqax taħt il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, iżda taqa’ taħt dik tal-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Kien ikun possibbli għal-leġiżlatur, li kieku kellu din l-intenzjoni, li jinkludi, fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2004/48, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>kull informazzjoni li tippermetti li jiġu identifikati<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> il-persuni kkonċernati. Waqt is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-Kummissjoni enfasizzat li l-leġiżlatur tal-Unjoni kien espressament għażel li jipproċedi b’armonizazzjoni minima limitata għall-ismijiet u l-indirizzi, mingħajr ma jinkludi elementi oħra ta’ informazzjoni li jippermettu li tiġi identifikata persuna bħan-numru tat-telefon jew in-numru tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Nippreċiża li interpretazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>dinamika<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> jew teleoloġika ta’ din id-dispożizzjoni, kif mixtieqa minn Constantin Film Verleih, għandha tiġi eskluża f’dan il-kuntest. Fil-fatt, it-termini użati fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 ma jagħtux marġni ta’ intepretazzjoni suffiċjenti li tippermetti tali interpretazzjoni bil-għan li tiġi inkluża l-informazzjoni msemmija fid-domandi preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, naqbel kompletament mar-raġunament żviluppat mill-Avukat Ġenerali Bobek fil-punti 33 sa 35, 38 u 39 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja. Skont il-projbizzjoni ta’ interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> u l-prinċipju ta’ separazzjoni tal-poteri, il-possibbiltà ta’ interpretazzjoni dinamika jew teleoloġika hija miftuħa biss meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>it-test tad-dispożizzjoni nnifsha <HT TYPE="ITALIC">għandu jkun jista</HT>’ jingħata interpretazzjonijiet differenti, li jippreżentaw ċertu element ta’ ambigwità u nuqqas ta’ preċiżjoni testwali<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑220/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:534">EU:C:2016:534</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Issa, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża. Kif spjegajt preċedentement, l-interpretazzjonijiet litterali u storika jeskludu kull ambigwità fil-portata tat-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> użati fl-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Constantin Film Verleih issemmi wkoll, b’mod iktar ġenerali, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva 2004/48. Fl-opinjoni tiegħi, dan l-argument ma jistax iqiegħed inkwistjoni l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq, minħabba n-nuqqas ta’ ambigwità fil-kliem tagħha. Madankollu, iktar ’il quddiem ser neżamina dan l-argument għal finijiet ta’ kompletezza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Ċertament, ma huwiex kontestabbli li d-Direttiva 2004/48 hija intiża sabiex tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern, kif spjegat fil-premessi 10 u 32 tagħha, u b’mod konformi mal-Artikolu 17(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Lanqas ma huwa kontestabbli li l-interpretazzjoni proposta minn Constantin Film Verleih iżżid il-livell ta’ protezzjoni tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Madankollu, huwa meħtieġ li jitfakkar li d-Direttiva 2004/48, bħal kull leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-proprjetà intellettwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>SABAM</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:85">EU:C:2012:85</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Funke Medien NRW</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑469/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:623">EU:C:2019:623</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑476/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:624">EU:C:2019:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Spiegel Online</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑516/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:625">EU:C:2019:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, tistabbilixxi <HT TYPE="ITALIC">bilanċ</HT> bejn, minn naħa, l-interess tad-detenturi għall-protezzjoni tad-dritt tal‑proprjetà intellettwali tagħhom, stabbilita fl-Artikolu 17(2) tal-Karta u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-interessi u tad-drittijiet fundamentali tal-utenti ta’ oġġetti protetti kif ukoll tal-interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Kif spjegat diversi drabi l-Qorti tal-Ġustizzja, la mill-Artikolu 17(2) tal-Karta u lanqas mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżulta b’xi mod li d-dritt tal-proprjetà intellettwali stabbilit b’din id-dispożizzjoni huwa intanġibbli u li l-protezzjoni tiegħu għandha tiġi għalhekk żgurata b’mod assolut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Promusicae</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:54">EU:C:2008:54</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>SABAM</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑360/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:85">EU:C:2012:85</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120419">19 ta’ April 2012</DATE>, <NAME.CASE>Bonnier Audio <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:219">EU:C:2012:219</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140903">3 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Deckmyn u Vrijheidsfonds</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2132">EU:C:2014:2132</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Funke Medien NRW</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑469/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:623">EU:C:2019:623</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 17(2) tal-Karta ma jirrikjedix li għandhom jiġu implimentati l-mezzi tekniċi kollha disponibbli sabiex detentur ikun jista’ jidentifika kontrafatturi possibbli, mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-kliem tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/48.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda b’mod iktar partikolari l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/48, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tispjega, fis‑sentenza Coty Germany, li din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tirrikonċilja r-rispett ta’ drittijiet differenti, b’mod partikolari d-dritt tad-detenturi għal informazzjoni u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tal-utenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑580/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:485">EU:C:2015:485</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, huwa preżunt li d-data mitluba minn Constantin Film Verleih tikkostitwixxi data personali fis-sens tal‑Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355). Skont l-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>data personali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tfisser kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli.</P></NOTE>, li sar l-Artikolu 4(a) tar‑Regolament (UE) 2016/679<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 119, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 127, p. 2</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, peress li għandha tippermettilha tidentifika l-persuni kkonċernati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità li tiddeċiedi li l-indirizz IP, anki waħdu, jista’ jikkostitwixxi data personali. Ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Scarlet Extended</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑70/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:771">EU:C:2011:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Breyer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑582/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:779">EU:C:2016:779</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Issa, għalkemm mill-premessa 32 tad-Direttiva 2004/48 jirriżulta li din hija intiża sabiex tiżgura r-rispett sħiħ għall-proprjetà intellettwali, konformement mal‑Artikolu 17(2) tal-Karta, fl-istess ħin, mill-Artikolu 2(3)(a) ta’ din id-direttiva kif ukoll mill-premessi 2 u 15 tagħha jirriżulta li l-protezzjoni tal‑proprjetà intellettwali ma għandhiex tkun ta’ ostakolu, b’mod partikolari, għall-protezzjoni tad-data personali ggarantita fl-Artikolu 8 tal-Karta, b’tali mod li l-imsemmija direttiva ma għandhiex, b’mod partikolari, taffettwa d-Direttiva 95/46<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Coty Germany</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑580/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:485">EU:C:2015:485</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, nenfasizza l-importanza tal-Artikolu 8(3)(b) sa (e) tad-Direttiva 2004/48, li jipprevedi li dan l-artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet li jirregolaw, jew saħansitra jillimitaw, id-dritt tad-detentur għal informazzjoni, u b’mod partikolari għal dispożizzjonijiet li jirregolaw it-trattament ta’ data personali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>F’kuntest bħal dan, jiena tal-opinjoni li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li temenda l-portata tat-termini użati mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2004/48, għaliex dan ikollu l-effett li jqiegħed fid-dubju l-bilanċ mixtieq mil-leġiżlatur waqt l-adozzjoni ta’ din id-direttiva, peress li t-twettiq ta’ dan il-bilanċ jaqa’ fil-kompetenza tiegħu biss<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Mc Fadden</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑484/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:689">EU:C:2016:689</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Sabiex nikkompleta s-sentenza li użajt fil-punt 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-adozzjoni tal-interpretazzjoni ssuġġerita minn Constantin Film Verleih tkun tfisser li l-Qorti tal-Ġustizzja mhux biss tikteb mill-ġdid l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2004/48, iżda barra minn hekk, tqiegħed fid-dubju, f’sens favorevoli għall-interessi tal-proprjetarji ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, il-bilanċ stabbilit mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Inżid li l-interpretazzjoni dinamika ssuġġerita minn Constantin Film Verleih tmur ukoll kontra l-istruttura ġenerali tad-Direttiva 2004/48, li hija bbażata fuq armonizzazzjoni minima mixtieqa mil-leġiżlatur tal-Unjoni, kif enfasizzat il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Ġustament, din l-istituzzjoni tirrileva, fil-fatt, li tali interpretazzjoni dinamika ma hijiex adattata f’dan il-każ, sa fejn, skont l-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2004/48, il-leġiżlatur tal-Unjoni espressament ippreveda l-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jirrispondu għal din il-preokkupazzjoni dinamika billi jagħtu lill-proprjetarji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>id-dritt li jirċievu informazzjoni iktar wiesgħa<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, interpretazzjoni dinamika tad-Direttiva 2004/48 mill-qorti tal-Unjoni, sabiex tadattaha għall-aġir ġdid fuq l-internet, ma huwiex neċessarju peress li l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jadottaw miżuri supplimentari dwar dan l-aġir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Sabiex inkun eżawrjenti, niġbed l-attenzjoni finalment li l-Artikolu 47 tal-Ftehim TRIPs<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirrigwardaw il‑kummerċ, li jifforma l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakesh fil‑<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE>, u li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE> dwar il‑konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil‑kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ Negozjati Multilaterali fl‑Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>Ftehim TRIPs<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>). Skont l-Artikolu 47 ta’ dan il-ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>Dritt ta’ informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>[il]‑Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet ġudizzjarji għandu jkollhom l‑awtorità, sakemm din tkun barra mill-proporzjon għas-serjetà tal-ksur, sabiex jordnaw lil min jikser ir-regoli sabiex jinfurma lid-detentur tad-drittijiet ta’ l-identità ta’ persuni terzi involuti fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ksur ta’ l-oġġetti jew servizzi u tal-kanali tagħhom ta’ distribuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</P></NOTE>, li sempliċement jistabbilixxi possibbiltà li jingħata dritt għal informazzjoni, ma għandux jiġi invokat insostenn tal-interpretazzjoni proposta minn Constantin Film Verleih<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Fl-istess sens, ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080129">29 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Promusicae</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑275/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:54">EU:C:2008:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fi kwalunkwe każ, minkejja li t-testi tad-dritt tal-Unjoni għandhom ċertament jiġu interpretati <HT TYPE="ITALIC">kemm jista’ jkun</HT> fid-dawl tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari meta dawn it-testi jkunu intiżi sabiex jimplimentaw ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>SGAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:764">EU:C:2006:764</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), l-Artikolu 47 tal-Ftehim TRIPs ma għandux jawtorizza lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tillibera ruħha mill-formulazzjoni ċara tal-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, inqis li l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> inkluż f’din id-dispożizzjoni ma jkoprix, f’dak li jirrigwarda utent li qiegħed fajls online bi ksur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon, l-indirizz IP użat sabiex dawn il-fajls tqiegħdu online jew l-indirizz IP użat matul l-aħħar aċċess għall-kont tal-utent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, li jipprevedu l-possibbiltà, għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, li jordnaw l-għoti ta’ din l-informazzjoni fil-kuntest ta’ kawża relatata ma’ ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi bil-mod segwenti għad-domandi preliminari tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja):</TXT><P>L-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>ismijiet u indirizzi<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> inkluż f’din id-dispożizzjoni ma jkoprix, f’dak li jirrigwarda utent li qiegħed fajls online bi ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali, l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon, l-indirizz IP użat sabiex dawn il-fajls jitqiegħdu online jew l-indirizz IP użat waqt l-iktar aċċess reċenti għall-kont tal-utent.</P><P>Għalhekk, l-Istati Membri ma għandhomx l-obbligu, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, li jipprevedu l-possibbiltà, għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti, li jordnaw l-għoti ta’ din l-informazzjoni f’kawża relatata ma’ preġudizzju għal dritt tal-proprjetà intellettwali.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>