|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7384 |
4.12.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11791 – HIG CAPITAL / THOMA BRAVO / CERTAIN COMPTIA ASSETS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7384)
1.
Fis-27 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
H.I.G. Advantage Buyout Fund II, L.P. (l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn H.I.G. Advantage Advisors II, L.L.C., fond ta’ investiment ġestit minn H.I.G. Capital, L.L.C. (“H.I.G. Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
Thoma Bravo Discover Fund IV, L.P. (l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Thoma Bravo UGP, L.L.C., fond ta’ investiment ġestit minn Thoma Bravo, L.P. (“Thoma Bravo”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Is-sussidjarji u l-assi ta’ Computing Technology Industry Association, Inc. (“CompTIA”, l-Istati Uniti tal-Amerka) li jiffurmaw iċ-ċertifikazzjonijiet tal-IT tagħha kif ukoll il-kontenut edukattiv u n-negozji tat-taħriġ tagħha (in-“Negozju fil-Mira”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
H.I.G. Capital u Thoma Bravo se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tan-Negozju fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni ssir permezz tax-xiri tal-assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
H.I.G. Capital hija kumpanija globali tal-investiment ta’ ekwità privata u assi alternattivi li tispeċjalizza fil-forniment kemm ta’ dejn kif ukoll ta’ kapital ta’ ekwità lil kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju, |
|
— |
Thoma Bravo hija kumpanija ta’ ekwità privata ffukata fuq is-setturi tas-softwer u tas-servizzi bbażati fuq it-teknoloġija, |
|
— |
CompTIA hija assoċjazzjoni kummerċjali li tipprovdi informazzjoni dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti teknoloġiċi, inkluża ċ-ċibersigurtà; l-edukazzjoni, it-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-forza tax-xogħol globali tat-teknoloġija; it-teknoloġiji ġodda u emerġenti; il-leġiżlazzjoni u l-politiki li jaffettwaw id-data, l-iżvilupp u x-xejriet tal-industrija u tal-forza tax-xogħol. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11791 – HIG CAPITAL / THOMA BRAVO / CERTAIN COMPTIA ASSETS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7384/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)