<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑154/14 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0154</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:543">EU:C:2015:543</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WAHL – KAWŻA C‑154/14 P</P><P>SKW STAHL-METALLURGIE U SKW STAHL-METALLURGIE HOLDING vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑154/14 P</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">SKW Stahl-Metallurgie GmbH</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">SKW Stahl-Metallurgie Holding AG</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 12 u 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004</KEYWORD><KEYWORD>Regoli proċedurali applikabbli għall-investigazzjonijiet ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD><KEYWORD>Seduta għas-sottomissjonijiet orali</KEYWORD><KEYWORD>Seduta in camera quddiem il-Kummissjoni</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Impriżi bla dubju għandhom dritt li jinstemgħu b’rabta ma’ investigazzjonijiet ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. Madankollu, hemm dritt li jinstemgħu fil-privat? Din fil-qofol hija l-mistoqsija li tirrigwarda dan l-appell. Għar-raġunijiet mogħtija iktar ’il quddiem, l-opinjoni tiegħi hija li din id-domanda għandha tingħata risposta fin-negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tħassar sentenza tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SKW Stahl-Metallurgie Holding u SKW Stahl-Metallurgie vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑384/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:27">EU:T:2014:27</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</P></NOTE>, li kkonfermat deċiżjoni tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-<DATE ISO="20090722">22 ta’ Lulju 2009</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE [Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)] (Każ COMP/39.396 – Reaġenti b’bażi tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju għall-industriji tal-azzar u l-gass) (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2009">ĠU C 301, p. 18</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE> li imponiet fuqhom multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">13300000</FT> talli pparteċipaw f’akkordju fis-setturi tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju. It-talba ewlenija tal-appellanti hija li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma wissitx lill-Kummissjoni talli rrifjutat it-talba tagħhom għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> għas-sottomissjonijiet orali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>F’dawn il-konklużjonijiet b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> nifhem laqgħa bejn parti u l-awtorità li tiddeċiedi mingħajr ma jkunu preżenti partijiet oħra (<HT TYPE="ITALIC">ex parte in camera</HT>), u mhux seduta li ma hijiex miftuħa għall-pubbliku.</P></NOTE> matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Dwar l-aggravji l-oħra miġjuba mill-appellanti, ser inqishom fil-qosor, billi nikkonċentra volontarjament fuq l-ewwel aggravju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE>, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol, 2, p. 205), kif emendat.</P></NOTE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Seduta tal-partijiet, l-ilmenti u oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġu meħuda d-deċiżjonijiet kif previsti mil-Artikoli 7, 8, 23 u l-Artikolu 24(2), il-Kummissjoni ħa tagħti l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li huma suġġetti għal proċeduri kondotti mil-Kummissjoni l-opportunità li jiġu msemma’ fuq matterji li l-Kummissjoni kellha oġġezzjoni fuqhom. Il-Kummissjoni ħa tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq l-oġġezzjonijiet li l-partijiet konċernati kienu kapaċi jikkummentaw fuqhom. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt[ijiet] tad-difiża tal-partijiet konċernati ħa jkunu rispettati kompletament fil-proċeduri. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 33(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni ħarġet dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni dwar, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-arranġamenti prattiċi għas-seduti previsti mill-Artikolu 27 tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet jinsabu fir-Regolament Nru 773/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE>, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), kif emendat.</P></NOTE>. Intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Dritt ta’ smigħ orali (seduta)<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 773/2004 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet li lihom tkun indirizzat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>DO<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom waqt seduta għas-sottomissjonijiet orali, jekk huma jitolbu dan fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 773/2004 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Tmexxija tas-smigħ orali (seduta)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.006"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>6.</NO.PARAG><ALINEA>Is-smigħ orali (seduta) m’għanudx [ma għandux] ikun pubbliku. Kull persuna tista’ tinstema’ separatament jew fil-preżenza ta’ persuni oħra mistiedna biex jattendu, filwaqt li jkunu kkunsidrati l-interessi leġittimi ta’ l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u informazzjoni konfidenzali oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-Uffiċjal tas-Smigħ (seduta) jista’ jippermetti lill-partijiet li lilhom dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet indirizzata, lil min jagħmel l-ilment, persuni oħra mistiedna għas-smigħ (seduta), is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri biex jagħmlu mistoqsijiet matul is-smigħ (seduta).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dikjarazzjonijiet magħmula minn kull persuna li nstemgħet għandhom ikunu rridordjati [rrikordjati]. Wara talba, l-irrekordjar tas-smigħ (seduta) għandu jintgħamel disponibbli lill-persuni li attendew is-smigħ (seduta). Konsiderazzjoni għandha tingħata lill-interessi leġittimi tal-partijiet fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u informazzjoni konfidenzali oħra.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 16(1) tar-Regolament Nru 773/2004 jipprovdi li informazzjoni, inklużi dokumenti, ma għandhiex tiġi kkomunikata jew issir aċċessibbli mill-Kummissjoni jekk ikun fiha sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra ta’ xi persuna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest tal-proċeduri</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sommarju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Sa fejn huwa rilevanti għal dawn il-proċeduri, skont is-sentenza appellata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Isir riferiment għall-punti 1 sa 4 tas-sentenza appellata (disponibbli biss fil-verżjoni Ġermaniża u Franċiża).</P></NOTE>, il-Kummissjoni qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li l-fornituri ewlenin ta’ karbonat tal-kalċju u ta’ manjeżju maħsuba għall-industriji tal-azzar u tal-gass kienu kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, mis-<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE> sas-<DATE ISO="20070116">16 ta’ Jannar 2007</DATE>, fi ksur wieħed u kontinwat ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Il-ksur kien jikkonsisti fi qsim tas-suq, kwoti, allokazzjoni ta’ konsumaturi, iffissar ta’ prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva bejn fornituri ta’ kristalli tal-karbur tal-kalċju u tal-manjeżju f’parti sostanzjali tas-suq taż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>il-ksur inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet, fl-Artikolu 1(f) tad-deċiżjoni kkontestata, li SKW Stahl-Metallurgie GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>SKW<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) kienet ipparteċipat fil-ksur inkwistjoni mit-<DATE ISO="20040422">22 ta’ April 2004</DATE> sas-<DATE ISO="20070116">16 ta’ Jannar 2007</DATE>, u li SKW Stahl-Metallurgie Holding AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>SKW Holding<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) kienet ipparteċipat fil-ksur mit-<DATE ISO="20040830">30 ta’ Awwissu 2004</DATE> sas-<DATE ISO="20070116">16 ta’ Jannar 2007</DATE>. Il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li impjegati ta’ SKW kellhom x’jaqsmu direttament fl-akkordji u/jew fil-prattiki miftiehma deskritti fid-deċiżjoni kkontestata fil-perijodu msemmi iktar ’il fuq. Bejn it-<DATE ISO="20040830">30 ta’ Awwissu 2004</DATE> u s-<DATE ISO="20070116">16 ta’ Jannar 2007</DATE>, SKW Holding kienet il-proprjetarja diretta ta’ 100 % ta’ SKW. Dan wassal lill-Kummissjoni sabiex tqis, abbażi ta’ preżunzjoni li toħroġ minn dik il-proprjetà, li SKW Holding kienet teżerċita kontroll effettiv fuq SKW – preżunzjoni li, fil-fehma tal-Kummissjoni, kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ikkonfermata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> minn elementi fattwali addizzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Dawn l-elementi kienu jinkludu (i) li SKW kienet tagħmel parti mit-taqsima Powders and Granulates ta’ SKW Holding; (ii) li SKW Holding kellha x’taqsam fil-kuntatti ta’ kuljum tan-negozju tas-sussidjarji tagħha; (iii) li SKW Holding kienet responsabbli mill-iżvilupp strateġiku ta’ SKW; (iv) li SKW Holding kienet ħadet deċiżjonijiet relatati ma’ persunal, reklutaġġ u finanzi; (v) li SKW kienet tirrapporta informazzjoni finanzjarja lil SKW Holding darba kull xahar; (<HT TYPE="BOLD">v</HT>i) li SKW kellha bżonn il-firma ta’ membru tal-bord ta’ SKW Holding sabiex tikkonkludi kuntratti ma’ banek; u (vii) li d-dħul ta’ SKW kien jikkontribwixxi għall-informazzjoni tal-prestazzjoni ekonomika ta’ SKW Holding. Il-Kummissjoni ma sabitx sostenn għall-fehma li SKW Holding kienet sempliċement rappreżentanta tal-bejgħ għal Evonik Degussa GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Degussa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) jew investitriċi finanzjarja.</P></NOTE> – u li SKW Holding kienet tagħmel parti minn unità ekonomika waħda ma’ SKW, u, b’hekk, setgħet tinżamm responsabbli għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettqa minn SKW.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Isir riferiment għall-punti 24 sa 33 tas-sentenza appellata.</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħhom tas-<DATE ISO="20081006">6 ta’ Ottubru 2008</DATE> għad-DO tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20080624">24 ta’ Ġunju 2008</DATE>, l-appellanti argumentaw li, fil-fatt, Degussa u mhux SKW Holding eżerċitat influwenza deċiżiva fuq SKW, u talbu li tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali sabiex jispjegaw dan. Mistiedna sabiex jidhru għal seduta għas-sottomissjonijiet orali, l-appellanti talbu, b’messaġġ elettroniku tal-<DATE ISO="20081031">31 ta’ Ottubru 2008</DATE>, li jinstemgħu <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> dwar l-argumentazzjoni tagħhom b’rabta mar-rwol ta’ Degussa. L-appellanti ġġustifikaw it-talba tagħhom għar-raġuni li s-sopravivenza ekonomika ta’ SKW kienet tiddependi minn Degussa, li kienet tipprovdilha kważi t-totalità tal-kummerċ tagħha fil-karbur tal-kalċju, u li SKW kienet attwalment qed tinnegozja kuntratt ta’ provvista ġdid ma’ Degussa. L-appellanti argumentaw ukoll li s-sottomissjoni tal-fehmiet tagħhom fil-preżenza ta’ Degussa kienet tippreġudika serjament ir-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom u setgħet twassal għal atti ta’ tpattija. B’messaġġ elettroniku tal-<DATE ISO="20081105">5 ta’ Novembru 2008</DATE>, l-appellanti ssuġġerew, bħala soluzzjoni prattika, li Degussa tingħata aċċess għall-preżentazzjoni tagħhom <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> wara tmiem is-sena 2008 jew wara li jiġi konkluż ftehim ta’ provvista ġdid. L-appellanti bagħtu messaġġ elettroniku ieħor fis-<DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE> lill-uffiċjal tas-seduta (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>US<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), li biha tennew dawn l-affarijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE>, l-US ma laqgħetx it-talba għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>. Billi qieset li t-talba ma kinitx ibbażata, <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT>, fuq il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra tal-appellanti, l-US analizzatha mill-aspett tad-dritt għal smigħ. Filwaqt li nnotat li l-argument imqajjem mill-appellanti kien dwar l-imġiba ta’ Degussa u kien jeħtieġlu, sabiex jitqies bħala ċirkustanza mitiganti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Nosserva li l-ittra tal-US tas-<DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE> ssemmi effettivament li l-informazzjoni dwar l-imġiba ta’ Degussa setgħet kienet rilevanti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>sabiex teħles [lill-appellanti] mir-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> bħala fattur mitiganti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (enfasi miżjuda minni). Ma fiha ebda dikjarazzjoni li tikkonferma l-fehma li l-US qieset l-argumentazzjoni tal-appellanti biss bħala argument ta’ mitigazzjoni (ara l-punt 31 iktar ’il quddiem).</P></NOTE>, li jiġi vverifikat ma’ dikjarazzjoni li kellha tinkiseb mingħand Degussa, l-US iddeċidiet ukoll li seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> kienet tiċħad lil Degussa d-dritt tagħha li twieġeb oralment għall-allegazzjonijiet magħmula mill-appellanti. Fl-aħħar nett, l-US ma qisitx li s-soluzzjoni prattika ssuġġerita mill-appellanti kienet fattibbli, minħabba li la l-eżitu u lanqas kemm kienu ser idumu n-negozjati ma kienu ċerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Inżammet seduta għas-sottomissjonijiet orali fl-10 u fil-<DATE ISO="20081111">11 ta’ Novembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, l-appellanti għarrfu lill-US dwar il-fatt li kien intlaħaq ftehim ta’ provvista ġdid bejn SKW u Degussa, u li ma kien hemm xejn xi jfixkel seduta għas-sottomissjonijiet orali fil-preżenza ta’ Degussa. Għaldaqstant huma talbu li jkollhom opportunità jippreżentaw, waqt seduta addizzjonali għas-sottomissjonijiet orali, il-fehmiet tagħhom dwar l-imġiba ta’ Degussa, li kienu baqgħu lura milli jagħmlu fis-seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE>, l-US ma laqgħetx it-talba għal seduta addizzjonali għas-sottomissjonijiet orali, billi kienet tal-fehma li jkun hemm lok għad-dritt għal smigħ meta tinħareġ DO u li dan id-dritt jingħata f’okkażjoni waħda biss. Madankollu, l-US ippermettiet lill-appellanti jissottomettu kummenti addizzjonali bil-miktub dwar din il-kwistjoni f’terminu ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20090210">10 ta’ Frar 2009</DATE> lill-US, l-appellanti esprimew in-nuqqas ta’ qbil tagħhom mal-fehma tal-US. Huma sostnew li d-dritt għal smigħ orali ma kienx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>xi ħaġa ta’ darba biss<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li kellu jingħata f’okkażjoni waħda, iżda kellu jkun żgurat tul il-proċedura kollha. Minħabba l-fatt li l-argumenti bil-miktub li l-appellanti kienu diġà ppreżentaw kienu naqsu milli jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għar-rwol ta’ Degussa u għad-dipendenza ta’ SKW fuq Degussa, l-appellanti oġġezzjonaw għall-idea li l-possibbiltà li jiġu ppreżentati osservazzjonijiet bil-miktub setgħet tieħu post id-dritt għal smigħ orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>, l-US ħarġet l-aħħar rapport finali tagħha dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-ksur inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU C 301, p. 16</REF.DOC.OJ> u 17.</P></NOTE>, li kien jinkludi l-osservazzjonijiet tagħha dwar it-talba tal-appellanti għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> għas-sottomissjonijiet orali. L-US ikkonkludiet fir-rapport tagħha li l-abbozz ta’ deċiżjoni kien jirrigwarda biss l-oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet kienu ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u li d-dritt għal smigħ tal-parteċipanti kollha fil-proċeduri kien ġie rrispettat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fl-<DATE ISO="20091001">1 ta’ Ottubru 2009</DATE>, l-appellanti fetħu kawża għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. L-appellanti ressqu sitt motivi ta’ annullament ibbażati fuq (i) ksur tad-dritt għal smigħ; (ii) applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 81 KE; (iii) ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni; (iv) ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament; (v) ksur tal-Artikoli 7 u 23 tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">nulla poena sine lege</HT>; u (vi) ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Wara seduta pubblika li nżammet fis-<DATE ISO="20130416">16 ta’ April 2013</DATE>, il-Qorti Ġenerali ċaħdet, fis-sentenza appellata, il-motivi kollha għal annullament u, konsegwentement, ir-rikors. Barra minn hekk, hija kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20140402">2 ta’ April 2014</DATE>, l-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha sa fejn tiċħad it-talbiet tal-appellanti, u tilqa’ fl-intier tagħhom it-talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla parzjalment is-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>iktar sussidjarjament, tnaqqas, <HT TYPE="ITALIC">ex aequo et bono</HT>, il-multi li ġew imposti fuq l-appellanti fl-Artikolu 2(f) u (g) tad-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>iktar sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, ippreżentata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-appellanti u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet orali waqt is-seduta li nżammet fit-<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-appellanti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tat-talbiet tagħhom, li essenzjalment huma s-segwenti: (i) billi ma ssanzjonatx il-Kummissjoni talli kisret id-drittijiet proċedurali tal-appellanti tul il-proċedura amministrattiva, bħad-dritt għal smigħ xieraq, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u, barra minn hekk, kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-projbizzjoni ta’ evalwazzjoni antiċipata tal-provi; (ii) billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat kemm l-Artikolu 101 TFUE kif ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE, il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi; (iii) billi kkonfermat id-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll il-prinċipji ta’ ċarezza tas-sanzjonijiet u ta’ individwalità tal-pieni; fl-aħħar nett, (iv) il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li argument imqajjem mill-appellanti matul il-proċeduri kien ġdid u għaldaqstant inammissibbli. Ser neżamina t-tieni, it-tielet u r-raba’ motiv immedjatament u b’mod sommarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Filwaqt li jqiegħdu fil-ġenb il-kwistjoni tal-ammissibbiltà <HT TYPE="ITALIC">tal-ewwel parti tat-tieni aggravju</HT> – li l-Kummissjoni tikkontesta – l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali naqset milli tqis il-fatt li SKW Holding allegatament ma kellhiex interess ekonomiku fil-ksur inkwistjoni. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li meta l-Kummissjoni jirnexxielha tiġbor provi li jsostnu l-ksur allegat, u meta dawn<?PAGE NO="6"?> il-provi jidhru li huma biżżejjed sabiex juru l-eżistenza ta’ ftehim ta’ natura antikompetittiva, ma hemmx il-ħtieġa li tiġi eżaminata l-kwistjoni jekk l-impriża kkonċernata kellhiex interess kummerċjali fil-ftehim<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑403/04 P u C‑405/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:52">EU:C:2007:52</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Ara wkoll, għal dan il-għan, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0335">335</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Din il-parti tat-tieni aggravju hija, għalhekk, ineffettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Bit-tieni parti tat-tieni aggravju tagħhom</HT>, l-appellanti jallegaw li meta kkonfermat id-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kienet fehmet ħażin l-Artikolu 296 TFEU. Speċifikament, huma jissottomettu li l-Qorti Ġenerali naqset milli tqajjem il-kwistjoni mal-Kummissjoni talli ma qisitx l-argumenti kollha tagħhom, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>msaħħaħ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ta’ din tal-aħħar b’rabta mal-impożizzjoni ta’ responsabbiltà fuq kumpannija parent għall-imġiba tas-sussidjarja tagħha. Madankollu, kif semmejt band’oħra, ma nemminx li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet espliċitament li hemm obbligu ta’ motivazzjoni msaħħaħ f’sitwazzjoni bħal din<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Total vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑597/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:207">EU:C:2015:207</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0133">133</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. F’kull każ, nemmen li l-Qorti Ġenerali qieset adegwatament ir-raġunament tad-deċiżjoni kkontestata, billi ma laqgħetx waħda mir-raġunijiet mogħtija mill-Kummissjoni fil-proċedura minħabba li kienet żbaljata (għalkemm superfluwa). Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma interpretatx ħażin l-Artikolu 296 TFEU, u t-tieni parti tat-tieni aggravju hija, għalhekk, infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-argument imressaq mill-appellanti <HT TYPE="ITALIC">fit-tielet aggravju tagħhom</HT>, li jgħid li l-Kummissjoni kellha tispeċifika t-tqassim individwali – <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> – tal-multa bejn il-parteċipanti tal-akkordju, ma ntlaqax fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Siemens Österreich <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑231/11 P sa C‑233/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:256">EU:C:2014:256</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, li annullat is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Siemens Ősterreich u VA Tech Transmission &amp; Distribution vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑122/07 sa T‑124/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:70">EU:T:2011:70</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, mogħtija wara l-preżentata ta’ dan l-appell. Isegwi minn din id-deċiżjoni li dan l-aggravju huwa wkoll infondat, minkejja li l-appellanti pprovaw, waqt is-seduta, jagħtu tifsira partikolari lill-fehma tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ma hemmx lok li jiġi eżaminat <HT TYPE="ITALIC">ir-raba’ aggravju</HT>. Permezz ta’ dan l-aggravju, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli l-istess argument dwar it-tqassim tal-multa mressaq fil-kuntest tat-tielet aggravju. Ir-raba’ aggravju huwa, għalhekk, mingħajr effett, fid-dawl tas-sentenza msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, ngħaddi għall-ewwel aggravju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-konstatazzjonijiet tas-sentenza appellata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Isir riferiment għall-punti 19 sa 63 tas-sentenza appellata.</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fil-punti 35 sa 40 tas-sentenza appellata, wara li fil-bidu fakkret l-importanza tad-drittijiet tad-difiża u l-privileġġ marbut ma’ sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra, il-Qorti Ġenerali għaddiet sabiex tinterpreta l-Artikolu 14(6) tar-Regolament Nru 773/2004. Filwaqt li qieset li ma kienx eskluż, skont din id-dispożizzjoni, li seduti jinżammu fil-preżenza ta’ oħrajn, il-Qorti Ġenerali kompliet tosserva li kellu jitqies l-interess leġittimu ta’ impriżi li ma jkunux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom u informazzjoni kunfidenzjali oħra. Dan wassal lill-Qorti Ġenerali sabiex timponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li toħloq bilanċ xieraq, każ b’każ, bejn, minn naħa, l-għan li jiġu protetti d-drittijiet tad-difiża ta’ impriżi li allegatament ikunu kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u, minn naħa l-oħra, l-interessi legali ta’ terzi li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom u informazzjoni kunfidenzjali oħra matul l-investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali mbagħad evalwat, fil-punt 41 tas-sentenza appellata, jekk l-argumentazzjoni li l-appellanti xtaqu jressqu <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> kinitx kruċjali għad-difiża tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punti 42 sa 44 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet sabet li l-persunal jew il-maniġment biss ta’ SKW kien ipparteċipa direttament fil-ksur inkwistjoni. F’kuntrast ma’ dan, ir-responsabbiltà ta’ SKW Holding għall-istess ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni toħroġ mill-fatt li SKW Holding eżerċitat influwenza deċiżiva fuq SKW. Il-Qorti Ġenerali mbagħad qieset, fil-punti 47 sa 52 tas-sentenza appellata, li l-appellanti ma kinux spjegaw b’liema mod il-possibbiltà li Degussa setgħet eżerċitat influwenza deċiżiva fuq SKW kienet ser teħles lill-appellanti mir-responsabbiltà tagħhom stess. Speċifikament, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet sussegwentement li l-kwistjoni jekk Degussa kinitx eżerċitat influwenza bħal din fuq SKW kienet irrilevanti għall-kwistjoni jekk SKW Holding kinitx irribattiet b’mod effettiv il-preżunzjoni ta’ eżerċizzju ta’ influwenza deċiżiva li kellha bħala proprjetarja 100 % ta’ SKW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punti 53 sa 56 tas-sentenza appellata, li l-argumenti tal-appellanti ma setgħux wara kollox jeħilsuhom mir-responsabbiltà tagħhom. Il-Qorti Ġenerali inferixxiet minn dan li l-US, fl-ittra tagħha tas-<DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE> (ara l-punt 11 iktar ’il fuq), kienet qieset b’mod korrett it-talba għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> biss mill-perspettiva tar-rwol ta’ Degussa bħala ċirkustanza mitiganti, peress li l-argumentazzjoni tal-appellanti relatata magħha setgħet tkun ta’ benefiċċju biss għalihom minn dak l-aspett. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali qieset li l-analiżi tal-involviment ta’ Degussa bħala fattur mitiganti għar-responsabbiltà tal-appellanti kellha tkun evalwata fit-tieni parti tal-ħames motiv tagħhom għal annullament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Dwar l-ewwel motiv ta’ annullament, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punti 57 sa 63 tas-sentenza appellata, li l-argument li r-rwol ta’ Degussa kellu jitqies bħala ċirkustanza mitiganti fir-rigward tal-appellanti jwassal, għall-kuntrarju, sabiex ir-responsabbiltà ta’ Degussa tiżdied. Għalhekk, l-US sewwa għamlet meta kkonkludiet li ma setgħetx tinżamm seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, minħabba li Degussa kienet intitolata twieġeb għal allegazzjonijiet bħal dawn. Il-Qorti Ġenerali qablet mal-US li s-soluzzjoni prattika proposta mill-appellanti ma kinitx tissodisfa d-dritt ta’ Degussa li twieġeb oralment għall-akkużi tal-appellanti waqt is-seduta. Fid-dawl tal-fatt li l-iżvolġiment korrett tal-proċedura amministrattiva jeżiġi li tittieħed deċiżjoni fi żmien raġonevoli, il-Qorti Ġenerali qieset li l-US setgħet legalment tirrifjuta li żżomm seduta addizzjonali għas-sottomissjonijiet orali, minħabba li l-partijiet ma kinux intitolati, fil-fehma ta’ din il-qorti, għal seduta ġdida kull darba li ostaklu għas-sottomissjoni ta’ argumentazzjoni jisfa fix-xejn. Fl-aħħar nett, peress li l-US kienet tat lill-appellanti l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub addizzjonali, il-Qorti Ġenerali ma laqgħetx l-ewwel motiv ta’ annullament tal-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-appellanti jissottomettu li l-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li r-rifjut tal-Kummissjoni tat-talba tagħhom għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> jammonta għal ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali. Ir-rifjut kien sproporzjonat immens, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, minħabba li t-talba tagħhom kienet kompletament raġonevoli u ma kinitx tippreġudika d-drittijiet proċedurali ta’ oħrajn. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali injorat id-drittijiet tad-difiża, minkejja li l-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[i]d-dritt[ijiet] tad-difiża tal-partijiet konċernati ħa jkunu rispettati kompletament fil-proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Seduta għas-sottomissjonijiet orali fil-preżenza ta’ Degussa ma kinitx tagħti lill-appellanti l-possibbiltà li jispjegaw il-fehma tagħhom lill-Kummissjoni, minħabba li beżgħu li Degussa setgħet tieħu miżuri ta’ tpattija. Din kienet ir-raġuni għaliex l-appellanti talbu laqgħa qasira <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> li kellha ddum madwar tletin minuta. Barra minn hekk, l-appellanti ressqu – mingħajr suċċess – diversi soluzzjonijiet alternattivi li, fl-opinjoni tagħhom, kienu jirrispettaw id-dritt tagħhom għal smigħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>L-appellanti jikkontendu li l-Qorti Ġenerali, bħall-Kummissjoni qabilha, injorat manifestament l-interessi leġittimi tagħhom. Jagħmlu riferiment għall-Artikolu 14(6) tar-Regolament Nru 773/2004 dwar l-interess ta’ impriżi li s-sigrieti kummerċjali tagħhom ma jiġux żvelati. Huma jissottomettu wkoll li jekk seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> tista’ tinżamm sabiex jiġu protetti sigrieti kummerċjali (u għandu jingħata fejn ma jkun hemm ebda possibbiltà oħra sabiex jiġu protetti sigrieti bħal dawn), din huwa iktar u iktar il-każ meta seduta bħal din wisq probabbli tkun ser tiżgura protezzjoni adegwata tad-drittijiet tad-difiża tal-impriża kkonċernata u li, fin-nuqqas ta’ seduta bħal din, l-eżistenza proprja ta’ dik l-impriża tkun mhedda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-appellanti jargumentaw li hija biss seduta għas-sottomissjonijiet orali li tagħti l-possibbiltà li jinbeda djalogu mal-Kummissjoni sabiex jitneħħa kull dubju u sabiex tingħata tweġiba għal kull mistoqsija li tista’ tinqala’. Għalkemm il-Qorti Ġenerali kienet korretta, fil-punti 38 sa 62 tas-sentenza appellata, li ssostni li l-interessi tal-impriża li titlob seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> għandhom jiġi bbilanċjati ma’ dawk ta’ impriżi oħra li jkunu jistgħu jiddefendu lilhom infushom kontra kull akkuża li jista’ jkun hemm, din il-qorti żbaljat meta qieset li l-interessi ta’ dawn tal-aħħar kienu iktar importanti u ġġustifikat li tirrifjuta s-soluzzjonijiet alternattivi proposti mill-appellanti. Meta għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ma obbligatx lill-Kummissjoni tagħti prijorità lis-soluzzjoni li kienet taqdi l-interessi tal-partijiet kollha involuti u, konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet test ta’ bbilanċjar b’mod sproporzjonalment sfavorevoli għall-interessi tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-appellanti jkomplu jgħidu li meta qieset li l-argumentazzjoni tagħhom ma setgħetx teħlishom mir-responsabbiltà, u li l-kwistjoni tal-kontroll ta’ Degussa fuq SKW kienet irrilevanti għall-eżami tar-responsabbiltà ta’ SKW Holding, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, evalwat minn qabel b’mod illegali l-provi. Minn naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li l-prova tal-eżerċizzju kontinwu ta’ kontroll minn kumpannija fuq dik li qabel kienet sussidjarja tagħha setgħet tqiegħed f’dubju l-influwenza prinċipali tal-kumpannija l-ġdida fuq is-sussidjarja. Huma jissottomettu ulterjorment li l-argument tagħhom relatat mar-rwol ta’ Degussa ma kienx biss argument ta’ mitigazzjoni, iżda kien isostni wkoll il-fehma li SKW Holding ma kienet daħlet f’ebda responsabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal dak li jirrigwarda l-effetti tal-ksur tad-drittijiet proċedurali tagħhom, l-appellanti jissottomettu li, kif intqal fl-ewwel istanza, ikun biżżejjed li tiġi annullata d-deċiżjoni kkontestata, peress li, kieku ma kienx għall-iżball proċedurali li għamlet il-Kummissjoni, kien ikun konċepibbli li l-proċedura amministrattiva seta’ kellha riżultat differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti kollha tal-appellanti. Dwar l-influwenza eżerċitata minn SKW Holding fuq SKW, il-Kummissjoni tissottometti li l-appellanti ma joġġezzjonawx għall-applikazzjoni ta’ standard ta’ prova żbaljat, iżda pjuttost għall-konstatazzjonijiet tal-fatti u għall-evalwazzjoni tal-provi mwettqa mill-Qorti Ġenerali, mingħajr ma jallegaw żnaturament tal-provi, li huwa inammissibbli f’appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Ammissibbiltà</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-oġġezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma <HT TYPE="ITALIC">en passant</HT> mill-Kummissjoni (ara l-punt 38 iktar ’il fuq), infakkar li, permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti ma jikkontestawx ir-responsabbiltà ta’ SKW Holding minħabba l-eżerċizzju ta’ influwenza deċiżiva fuq SKW (li hija, minflok, il-qofol tat-tieni aggravju tagħhom), iżda jilmentaw dwar ksur tad-drittijiet proċedurali tagħhom, b’mod partikolari d-dritt li jinstemgħu b’mod effikaċi. Fil-fehma tagħhom, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta fittxet bilanċ xieraq bejn l-interessi tal-appellanti sabiex jiksbu seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> ma’<?PAGE NO="9"?> dawk ta’ partijiet oħra – speċifikament Degussa – sabiex iwieġbu għall-allegazzjonijiet tal-appellanti, kif ukoll meta rrifjutat il-proposti alternattivi tagħhom. Dan huwa punt ta’ liġi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni tisma’, skont l-Artikolu 256(1) TFEU u l-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar id-dritt għal smigħ fi proċeduri amministrattivi quddiem il-Kummissjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni fi proċeduri skont l-Artikolu 101 TFEU tinqasam f’żewġ stadji distinti u suċċessivi, kull wieħed minnhom skont il-loġika tiegħu proprja: stadju ta’ investigazzjoni preliminari u stadju <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>. L-investigazzjoni preliminari, li tkopri l-perijodu san-notifika tad-DO, hija maħsuba sabiex biha l-Kummissjoni tkun tista’ tiġbor il-provi rilevanti kollha li jikkonfermaw li kien jew ma kienx hemm ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u tadotta pożizzjoni inizjali dwar kif għandha tiżvolġi l-proċedura. L-istadju <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, li jkopri l-perijodu min-notifika tad-DO sal-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, huwa maħsub sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tasal għal deċiżjoni finali dwar il-ksur allegat. Huwa biss fil-bidu tal-istadju <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> li l-parti kkonċernata tiġi mgħarrfa, permezz tad-DO, tal-elementi kollha essenzjali li fuqhom il-Kummissjoni tkun qed tibbaża ruħha f’dak l-istadju tal-proċedura. Konsegwentement, huwa biss wara li tinħareġ id-DO li dik il-parti tkun tista’ tinvoka għalkollox id-drittijiet tad-difiża tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0115">115</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istadju <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>, id-dritt għal smigħ jista’ jiġi eżerċitat b’żewġ fażijiet konsekuttivi: bil-miktub u orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Dwar l-ewwel fażi, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 773/2004, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-partijiet ikkonċernati bl-oġġezzjonijiet magħmula kontra tagħhom, u d-DO tiġi nnotifikata bil-miktub lil kull waħda mill-partijiet li kontra tagħha jkunu saru oġġezzjonijiet. L-Artikolu 10(2) u (3) ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi d-dritt li tingħata tweġiba bil-miktub għad-DO f’terminu ffissat mill-Kummissjoni, billi jiġu stabbiliti l-fatti kollha li jkunu rilevanti għad-difiża. Il-Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet riċevuti wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 773/2004, il-partijiet li jwieġbu għad-DO għandhom jindikaw kull materjal li huma jikkunsidraw li huwa kunfidenzjali, billi jagħtu r-raġunijiet, u jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali separata sat-terminu mogħti sabiex tingħata tweġiba għad-DO. Skont Artikolu 16(3) tiegħu, il-Kummissjoni tista’, fuq inizjattiva tagħha stess, titlob lill-partijiet jagħmlu l-istess. Fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tista’ tassumi li l-materjal ma jkunx kunfidenzjali skont l-Artikolu 16(4) tiegħu. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-partijiet jistgħu jitolbu aċċess għall-file skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament fir-rigward ta’ informazzjoni mhux kunfidenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li huwa għall-partijiet li jqisu eżattament kemm informazzjoni, ftit jew ħafna, ikunu jixtiequ jagħtu lill-Kummissjoni fit-tweġiba bil-miktub tagħhom. Meta jagħmlu hekk, huma għandhom jiddeterminaw jekk ikunux jixtiequ jagħtu informazzjoni ta’ natura kunfidenzjali u, jekk iva, jindikaw dan. Inevitabbilment, fil-każ li l-Kummissjoni ma taqbilx man-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni – bla ħsara għal stħarriġ ġudizzjarju li jista’ jkun hemm mill-qrati tal-Unjoni – il-parti li tagħti informazzjoni bħal din tieħu r-riskju kummerċjali li parti oħra tkun tista’ tikseb din l-informazzjoni billi jkollha aċċess għall-file.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni fażi, jiġifieri d-dritt għal smigħ orali — li ma kienx dejjem dritt inerenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-istat tad-dritt kien is-suġġett ta’ varjazzjoni tul iż-żmien. L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 99/63/KEE tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="19630725">25 ta’ Lulju 1963</DATE>, dwar is-seduti msemmija fl-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 (ĠU Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż 1963-1964(I), p. 47) jgħid li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>għandha tagħti lil persuni li jkunu hekk talbu fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom l-opportunità li jressqu l-argumenti tagħhom oralment, jekk dawn il-persuni juru interess suffiċjenti jew jekk il-Kummissjoni tipproponi li timponi fuqhom multa jew piena ta’ ħlas minn żmien għal ieħor<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Sussegwentement, Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2842/98, tat-<DATE ISO="19981222">22 ta’ Diċembru 1998</DATE>, dwar is-smigħ tal-partijiet f’ċerti proċedimenti taħt l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 204) sempliċement jgħid li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>tista’, fejn jixraq, tagħti lill-applikanti u lil min qiegħed jagħmel l-ilmenti l-opportunità ta’ espressjoni orali ta’ l-opinjonijiet tagħhom, jekk hekk jitolbu fil-kummenti tagħhom bil-miktub<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</P></NOTE> — il-partijiet huma intitolati, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 773/2004, jidhru għal seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem il-Kummissjoni, bil-kundizzjoni li jkunu għamlu talba għal dan il-għan fir-risposta tagħhom għad-DO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Is-seduta għas-sottomissjonijiet orali ssir skont l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 773/2004. Skont l-Artikolu 14(6) tiegħu, persuni jistgħu jinstemgħu separatament jew fil-preżenza ta’ oħrajn, fid-dawl ta’ kull interess leġittimu fil-protezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra. Id-dikjarazzjonijiet magħmula minn kull persuna għandhom ikunu rrikordjati skont l-Artikolu 14(8) tar-Regolament, u rrekordjar bħal dan għandu jsir aċċessibbli lil persuni li jkunu attendew għas-seduta, dejjem fid-dawl tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali tal-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-partijiet li jkunu wieġbu għad-DO, jistgħu, għalhekk, jagħżlu li jitolbu li jinstemgħu oralment. L-eżerċizzju ta’ din l-għażla jammonta għal deċiżjoni oħra ta’ negozju, li dwarha għandha titqies il-possibbiltà li jkunu preżenti partijiet oħra, u li l-informazzjoni żvelata tkun tista’ taqa’ f’idejn persuni oħra. Madankollu rrid nisħaq li ma hemmx obbligu li wieħed jattendi għal seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, iżda mhux ta’ inqas importanza, id-dritt għal smigħ għandu aspett sostantiv vitali: il-protezzjoni proċedurali effettiva tal-partijiet ikkonċernati. Tabilħaqq, fi proċeduri li fihom ikunu jistgħu jiġu imposti multi, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża huwa prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li għandu jitħares, anki fi proċeduri amministrattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Thyssen Stahl vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑194/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:527">EU:C:2003:527</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 773/2004, il-Kummissjoni għandha, fid-deċiżjonijiet tagħha, tittratta biss oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet, li lilhom tkun ġiet indirizzata DO, setgħu jippreżentaw osservazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-każ huwa partikolari għaliex, fir-realtà, huwa jikkonċentra fuq il-kwistjoni ta’ x’<HT TYPE="ITALIC">forma</HT> d-dritt għal smigħ quddiem il-Kummissjoni għandu jieħu, iktar milli fuq s-sustanza tiegħu. F’dan ir-rigward, li wieħed jinstema’ bil-miktub, iktar milli oralment, fih innifsu ma huwiex problematiku. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Qorti EDB<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), fi proċeduri amministrattivi li jistgħu jwasslu għall-impożizzjoni ta’ piena, ikun biżżejjed jekk sussegwentement il-partijiet ikollhom jedd għal seduta għas-sottomissjonijiet orali quddiem qorti jew tribunal imparzjali u indipendenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, Qorti EDB, sentenza Flisar vs Is‑Slovenja, tad-<DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, Nru 3127/09, punti 33 sa 35,. Barra minn hekk, seduti għas-sottomissjonijiet orali ma humiex dejjem obbligatorji fil-proċeduri ġudizzjarji kollha li jinvolvu pieni kriminali. Ara, b’mod partikolari, Qorti EDB, sentenza Jussila vs Il‑Finlandja [GC], Nru 73053/01, punt 43, 2006‑XIII.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Eżami tal-ewwel aggravju</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Jiena nara żewġ argumenti ewlenin fl-ewwel aggravju tal-appellanti, it-tnejn ibbażati fuq id-dritt għal smigħ: l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali naqset illegalment milli tissanzjona lill-Kummissjoni talli din irrifjutat it-talba tagħhom għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, billi evalwat minn qabel b’mod illegali l-provi fil-proċedura. It-tieni nett, din il-qorti aġixxiet b’mod sproporzjonat meta naqset milli twiddeb lill-Kummissjoni talli din ma qablitx mas-soluzzjonijiet alternattivi proposti mill-appellanti. Ser neżamina hawn taħt iż-żewġ argumenti suċċessivament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>Jeżisti dritt għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>?</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Nixtieq nibda billi ninnota li l-US tidher li qieset li l-informazzjoni li permezz tagħha l-appellanti pprovaw jiġġustifikaw it-talba tagħhom għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> setgħet, f’termini kwalitattivi, twassal sabiex tinżamm tali seduta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Madankollu dan ma żammx lill-Kummissjoni milli ttenni, l-ewwel nett, li l-appellanti rrikonoxxew li Degussa żgur li kienet taf li l-appellanti kienu wieġbu għad-DO b’mod mhux favorevoli għal Degussa u, it-tieni nett, li Degussa, żgur li kienet taf ukoll bir-raġunijiet għaliex l-appellanti sostnew li Degussa kienet qed tikkontrolla lil SKW mill-bogħod, u b’hekk kienet qed titfa’ dubju dwar in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni fil-konfront ta’ Degussa.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’kull każ, sa fejn nista’ ngħid, ma hemmx dritt għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Bl-istess mod, ħlief fil-każ ta’ rinunzja totali għad-dritt li tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali, lanqas ma jeżisti dritt li ma tinżammx seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Mkien fir-Regolament Nru 1/2003 jew fir-Regolament Nru 773/2004 ma huwa indikat dritt bħal dan. B’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 773/2004 jgħid sempliċement li l-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet li lilhom tindirizza DO l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f’seduta għas-sottomissjonijiet orali, jekk huma jitolbu dan fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħhom. Madankollu din id-dispożizzjoni hija siekta dwar seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>B’mod simili, la l-kliem, la l-kuntest, u lanqas l-għan tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 773/2004 – speċifikament l-Artikolu 14(6) – ma jipprovdu dritt bħal dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-<HT TYPE="ITALIC">kliem</HT> tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament Nru 773/2004 jipprovdi li kull persuna <HT TYPE="ITALIC">tista</HT>’ tinstema’ separatament fil-preżenza ta’ persuni oħra mistiedna sabiex jattendu, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra. Iktar minn sempliċi awtorizzazzjoni, dan jimplika għażla, mhux obbligu. Mit-tieni sentenza tal-Artikolu 14(6) ta’ dan ir-regolament jidher li din l-għażla tkun tiddependi mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-interess tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Kif nifhem lill-appellanti, huma essenzjalment jargumentaw li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>tista’<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandha, f’dan il-każ, tiġi interpretata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>għandha<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Madankollu, minbarra li dan ikun kontrointuwittiv, dan l-argument ma jistax jintlaqa’ għal diversi raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, <HT TYPE="ITALIC">il-kuntest</HT> tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament Nru 773/2004 jikkonferma l-fehma li l-għoti ta’ seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> huwa fid-diskrezzjoni tal-US. L-Artikolu 14(7) tar-Regolament Nru 773/2004 jgħid li l-US <HT TYPE="ITALIC">jista</HT>’ jippermetti lill-partijiet li lilhom tkun ġiet indirizzata DO, lil min jagħmel l-ilment u lil persuni oħra mistiedna għas-seduta sabiex jagħmlu mistoqsijiet matul is-seduta. Anki t-titolu tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 773/2004 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Tmexxija tas-smigħ orali (seduta)<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) jissuġġerixxi li l-għan tal-Artikolu 14 huwa prinċipalment li jistabbilixxi regoli sabiex tkun żgurata t-tmexxija mingħajr diffikultajiet ta’ seduti għas-sottomissjonijiet orali mill-US, li jimplika li l-US għandu jkollu miżura ta’ diskrezzjoni maniġerjali. Bil-maqlub, meta impriżi jingħataw drittijiet speċifiċi (jew l-US jingħatalu obbligu speċifiku), dan ikun speċifikat b’mod ċar fit-test stess, pereżempju l-Artikoli 12(1) jew 14 tar-Regolament Nru 773/2004, fejn dan tal-aħħar juża, f’diversi okkażjonijiet, il-kliem li ma jħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni. Din żgur ma hijiex koinċidenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-<HT TYPE="ITALIC">għan</HT> tar-Regolament Nru 773/2004 lanqas ma jissuġġerixxi dritt għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>. Infakkar li mill-Artikolu 33(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1/2003 jirriżulta li r-Regolament Nru 773/2004 huwa intiż sabiex jiġu stabbiliti l-arranġamenti prattiċi sabiex jiġi żgurat li l-impriżi li jkunu s-suġġett tal-proċeduri mmexxija mill-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">jingħataw l-opportunità li jinstemgħu</HT> dwar materji li l-Kummissjoni tkun oġġezzjonat għalihom, u li deċiżjonijiet finali jkunu bbażati biss fuq oġġezzjonijiet li dwarhom il-partijiet ikkonċernati <HT TYPE="ITALIC">setgħu jippreżentaw osservazzjonijiet</HT>. Bil-maqlub, ma huwiex l-għan tar-Regolament li jiżgura li impriżi <HT TYPE="ITALIC">attwalment</HT> jinstemgħu (inqas u inqas fil-privat) –<?PAGE NO="12"?> b’mod kruċjali, din hija kwistjoni li l-impriżi stess għandhom jitolbu. Barra minn hekk, kif diġà ssemma, l-assenza ta’ dritt għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> jidher li ma hijiex problematika mill-perspettiva tad-drittijiet fundamentali (ara iktar ’il fuq fil-punt 49). Nixtieq inżid li l-fatt li l-appellanti jqisu li jkun iktar effikaċji jekk jinstemgħu oralment milli bil-miktub hija kwistjoni ta’ preferenza, mhux ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fuq livell iktar ġenerali, il-proċedura quddiem il-Kummissjoni tidher li tirrifletti prinċipju mhux miktub li s-setgħa li jiġi deċiż jekk seduta għandhiex tinżamm <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> hija tal-korp imparzjali li jmexxi s-seduta (li għandha tiġi eżerċitata fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba). Tabilħaqq, kif il-Qorti tal-Ġustizzja taf sewwa, fi proċeduri quddiem il-qrati tal-UE, id-deċiżjoni li tinżamm seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> ma hijiex fil-kontroll tal-partijiet, iżda tal-korp ġudikanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-Artikolu 31 tal-Istatut; l-Artikolu 79(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja; l-Artikolu 109 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; u l-Artikolu 63(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.</P></NOTE>. Dan japplika wkoll għal seduti għas-sottomissjonijiet orali quddiem il-Qorti EDB<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-Artikoli 63 u A1(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti EDB tal-<DATE ISO="20150601">1 ta’ Ġunju 2015</DATE>.</P></NOTE>. Barra minn hekk, infakkar li fi proċeduri ġudizzjarji, talba għal seduta <HT TYPE="ITALIC">ex parte in camera</HT> – jiġifieri meta wieħed jinstema’ waħdu minn korp ġudikanti – għandha titqies bħala irregolari ħafna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara, għal dan il-għan, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ZZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:363">EU:C:2013:363</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-eżempju atipiku ma huwiex rilevanti għall-każ inkwistjoni peress li, essenzjalment, il-proċedura quddiem il-Kummissjoni għandha natura amministrattiva u li din l-istituzzjoni ma tistax tiġi kklassifikata bħala korp ġudikanti. Jekk xejn, il-proċedura hija <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT> bejn il-parti kkonċernata u l-Kummissjoni, iktar milli kontenzjuża bejn l-impriżi ssuspettati li pparteċipaw fi ksur speċifiku. Waħda mill-konsegwenzi ta’ dan hija, pereżempju, li l-Kummissjoni ma għandhiex l-obbligu li tagħti lil partijiet l-opportunità li jagħmlu kontroeżami ta’ xhieda u li janalizzaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-istadju tal-investigazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, għal dan il-għan, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0200">200</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> (jew, bl-istess raġunament, fl-istadju <HT TYPE="ITALIC">inter partes</HT>). Madankollu, dan ifisser ukoll li l-Kummissjoni tista’ timponi pieni biss għall-istanzi ta’ ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni li dwarhom il-partijiet setgħu jippreżentaw osservazzjonijiet. Għalhekk, jekk parti tkun tixtieq tiżvela informazzjoni li tkun kunfidenzjali u li tista’ tinkrimina parti oħra fil-proċeduri amministrattivi, huwa evidenti għalija li, jekk wieħed jassumi li l-Kummissjoni tkun tixtieq tibbaża ruħha fuq din l-informazzjoni, hija jkollha toħroġ DO komplementari lill-parti l-oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, għal dan il-għan, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>LG Display u LG Display Taiwan vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:88">EU:T:2014:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata (ikkonfermata mis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>LG Display u LG Display Taiwan vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑227/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:258">EU:C:2015:258</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> (billi l-Kummissjoni ma hijiex obbligata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tiftaħ proċeduri<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kontra lmenti oħra). Minn dan isegwi li, fil-każ inkwistjoni, ma kien hemm l-ebda obbligu li jitqiesu l-interessi ta’ Degussa: li kieku l-Kummissjoni xtaqet tagħti iktar pieni lil Degussa billi tibbaża ruħha fuq l-informazzjoni tal-appellanti, kien ikollha toħroġ DO addizzjonali. Għaldaqstant, ir-raġunijiet mogħtija mill-US sabiex tirrifjuta milli żżomm seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, ikkonfermati mill-Qorti Ġenerali, ma kinux korretti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Madankollu, għandu jkun ċar li l-obbligu ta’ motivazzjoni huwa kwistjoni separata minn dik dwar il-fondatezza tal-motivazzjoni; ara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>L‑Olanda vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑159/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:246">EU:C:2004:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kummenti ġenerali magħmula iktar ’il fuq, ma hemm xejn sorprendenti dwar il-fatt li huwa l-US li għandu jiddeċiedi jekk iżommx seduta separata għas-sottomissjonijiet orali ta’ dik il-parti fejn dan jidher li jkun xieraq, pereżempju, sabiex jipproteġi s-sigrieti kummerċjali jew informazzjoni kunfidenzjali oħra ta’ parti. Tabilħaqq, uffiċjali tal-UE għandhom dmir li jħarsu sigrieti bħal dawn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-Artikolu 339 TFEU; l-Artikolu 28 tar-Regolament Nru 1/2003 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Segretezza professjonali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>); u l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 773/2004 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Identifikazzjoni u protezzjoni ta’ informazzjoni konfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>).</P></NOTE> u, kif diġà ssemma, il-proċedura amministrattiva għandha titmexxa skont regoli mfassla għal dan l-għan. Madankollu, huwa interessanti li l-kliem tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament Nru 773/2004 ma jagħmel ebda distinzjoni, għal dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità, bejn seduti <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> u dawk konġunti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Din teħodni għall-punt tiegħi li jmiss: xejn fil-kliem tar-Regolament Nru 773/2004 ma jissustanzja l-fehma li informazzjoni mogħtija f’seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> – jew, sabiex inkun iktar preċiż, <HT TYPE="ITALIC">separata</HT> – tista’ tikkwalifika awtomatikament bħala kunfidenzjali. Dan jiddependi biss minn dak li jingħad f’seduta bħal din. Fil-fatt, għad-differenza ta’ talbiet għal trattament kunfidenzjali fir-rigward ta’ osservazzjonijiet bil-miktub dwar id-DO, li jirrikjedu evalwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT>, meta tirċievi talba għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni preliminari <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> dwar jekk l-informazzjoni li l-parti tkun biħsiebha tagħtiha tkunx attwalment kunfidenzjali. B’riskju li ngħid dak li huwa ovvju, informazzjoni mhux kunfidenzjali li tingħata matul seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> ma tistax skont il-liġi tinżamm milli tingħata lil partijiet oħra li jitolbu aċċess għall-file.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk, parti li t-talba tagħha għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> tiġi rrifjutata għandha tqis sewwa jekk tkunx għadha tixtieq tipparteċipa fis-seduta konġunta għas-sottomissjonijiet orali u, jekk iva, x’għandha tgħid. Din il-parti ma tkunx obbligata tiżvela informazzjoni kunfidenzjali quddiem il-parteċipanti kollha. Alternattivament, din il-parti tista’, minflok, tagħżel, f’waqt iktar bikri fiż-żmien, li tissottometti informazzjoni kunfidenzjali bil-miktub lill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għad-DO, u titlob trattament kunfidenzjali tagħha. Dan jista’ jinvolvi wkoll li wieħed jieħu riskju kummerċjali, iżda, skont iċ-ċirkustanzi, tista’ tkun għażla aħjar milli tintalab seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>. Għaldaqstant, il-proċedura amministrattiva tiżgura li l-partijiet jistgħu jiddeċiedu jekk jippreżentawx lill-Kummissjoni informazzjoni li huma jqisu kunfidenzjali u, jekk iva, jekk għandhomx jagħmlu hekk oralment jew bil-miktub (anki jekk huwa minn li huma ma għandhomx l-aħħar kelma dwar il-kwistjoni tal-kunfidenzjalità). Għalhekk l-eżerċizzju tad-dritt għal smigħ invarjabbilment jinvolvi deċiżjonijiet kummerċjali għall-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Dan huwa muri mill-fatt li, fl-ittra tagħhom tat-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE> (punt 13 iktar ’il fuq), l-appellanti semmew li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>minn perspettiva kummerċjali baqa’ impossibbli għall-klijenti tagħna li jiddiskutu r-rwol ta’ Degussa waqt seduta pubblika<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</P></NOTE>. Din il-kawża turi dan: l-appellanti għażlu (liema fatt wieħed jista’ jifhem) li jagħtu prijorità lil għan kummerċjali wieħed – sopravivenza ekonomika – fuq ieħor, jiġifieri, il-possibbiltà ta’ multi iktar baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Ovvjament, meta l-Kummissjoni tiżvela illegalment informazzjoni kunfidenzjali, parti jkollha d-dritt iġġib azzjoni għad-danni skont l-Artikolu 268 TFEU<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Skont il-prinċipju stabbilit fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Adams vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>145/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:448">EU:C:1985:448</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Madankollu huwa importanti ħafna li wieħed jiftakar li l-kwistjoni dwar jekk informazzjoni tistax tiġi żvelata legalment ma hijiex relatata mal-eżerċizzju tad-dritt għal smigħ. Fi kliem ieħor, l-iżvelar illegali ta’ informazzjoni kunfidenzjali ma jaffettwax neċessarjament il-validità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġu imposti multi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għalkemm id-deċiżjoni sabiex tingħata seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> tibqa’ fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, bħala korp pubbliku, din id-diskrezzjoni għandha tiġi eżerċitata skont il-liġi. Għalkemm aktarx nemmen li, fejn ikun hemm ġustifikazzjoni tajba bit-tmexxija tal-proċedura amministrattiva, il-qrati tal-Unjoni jistgħu biss rarament jikkritikaw, fuq il-merti, deċiżjoni dwar jekk għandhiex tinżamm seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, li ma teskludix il-possibbiltà ta’ ċensura fil-każ ta’ użu ħażin ta’ setgħat, ta’ motivazzjoni insuffiċjenti (inkluża l-assenza totali ta’ tweġiba), ta’ evalwazzjoni fattwali inkorretta jew forsi anki ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Qabbel ma’, għal dak li jirrigwarda (i) id-dritt ta’ petizzjoni lill-Parlament Ewropew, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Schönberger vs Il‑Parliament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2423">EU:C:2014:2423</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; (ii) ilmenti miċħuda mill-Kummissjoni relatati ma’ mġiba allegatament mhux kompetittiva, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Automec vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑24/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1992:97">EU:T:1992:97</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u (iii) azzjonijiet ta’ annullament ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni sabiex ma jitressqux proċeduri ta’ ksur kontra Stat Membru, digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ruipérez Aguirre u ATC Petition vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑111/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:491">EU:C:2011:491</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Madankollu, minbarra l-fatt li nistenna li l-Kummissjoni żżomm f’moħħha l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta tieħu deċiżjonijiet dwar seduti <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, fil-kawża inkwistjoni ma huwiex neċessarju li wieħed jesplora l-limiti eżatti għall-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet bħal dawn.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Madankollu, minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li, meta l-Qorti Ġenerali imponiet fuq il-Kummissjoni, fil-punt 39 tas-sentenza appellata, l-obbligu li toħloq bilanċ xieraq, każ b’każ, bejn, minn naħa, l-għan li jiġu protetti d-drittijiet tad-difiża ta’ impriżi akkużati bi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE u, min-naħa l-oħra, l-interess leġittimu ta’ terzi li ma jkunx hemm żvelar tas-sigrieti kummerċjali tagħhom u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra matul l-investigazzjoni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, minn dan l-iżball ma jirriżultax li l-ewwel aggravju huwa fondat. Tabilħaqq, l-argument tal-appellanti li huma kellhom il-jedd għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> huwa daqstant ieħor żbaljat u ġie korrettement miċħud fl-ewwel istanza. Kif ser naraw, dan huwa minnu wkoll għall-kumplament tal-aggravju li huwa, flimkien mal-aggravji l-oħra, infondat ukoll. Huwa stabbilit li jekk il-motivi ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali jiżvelaw ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda d-dispożittiv tagħha jintwera li jkun fondat fuq motivi oħra tad-dritt, l-appell għandu jiġi miċħud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑120/06 P u C‑121/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0187">187</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li l-kwistjoni prinċipali hija waħda purament tad-dritt, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi r-raġunament inkorrett fil-punti 35 sa 59, 62 u 63 tas-sentenza appellata b’wieħed li jgħid li ma jeżistix dritt għal smigħ orali <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> quddiem il-Kummissjoni f’investigazzjonijiet dwar ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni. Jekk isir hekk, ikun hemm ukoll l-effett li miċħud l-argument li l-Qorti Ġenerali evalwat minn qabel b’mod illegali l-provi u, konsegwentement, l-ewwel argument ewlieni tal-appellanti deskritt iktar ’il fuq fil-punt 50 ikollu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>Is-soluzzjonijiet alternattivi proposti mill-appellanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu wkoll li l-Qorti Ġenerali aġixxiet b’mod għalkollox sproporzjonat meta rrifjutat li tikkritika lill-Kummissjoni talli din ma aċċettatx iż-żewġ soluzzjonijiet alternattivi li huma kienu pproponew. Sabiex nerġa’ nfakkar, dawn is-soluzzjonijiet alternattivi kienu jikkonsistu, għall-bidu, fil-possibbiltà li Degussa tingħata aċċess għall-preżentazzjoni tagħhom <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> wara l-aħħar tal-2008 jew wara l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ provvista ġdid. Wara l-konklużjoni ta’ dan il-ftehim, l-appellanti talbu seduta addizzjonali għas-sottomissjonijiet orali, fejn Degussa kien ikollha l-opportunità li tkun preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel soluzzjoni alternattiva, ma hemm, kif intqal iktar ’il fuq, ebda dritt għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> għas-sottomissjonijiet orali. Barra minn hekk, din il-proposta hija wisq iktar sorprendenti peress li, bħala prinċipju, l-osservanza tad-dritt għal smigħ ma hijiex kwistjoni ta’ reċiproċità. Barra minn dan, ma huwiex l-appellanti li għandhom jiddeċiedu jekk informazzjoni tkunx kunfidenzjali jew le, peress li dan jillimita d-drittijiet ta’ partijiet oħra sabiex jiksbu informazzjoni mhux kunfidenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Dwar il-proposta ta’ wara, insib li l-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 61 tas-sentenza appellata, li t-tmexxija sewwa tal-proċedura amministrattiva teħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni fi żmien raġonevoli, u li, għaldaqstant, ma hemmx dritt għal seduta addizzjonali għas-sottomissjonijiet orali. Tabilħaqq, dan huwa rifless fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 773/2004, li skontu l-Kummissjoni ma hijiex obbligata tieħu inkunsiderazzjoni informazzjoni bil-miktub li ma tingħatax fit-terminu stabbilit għal tweġiba għad-DO. L-appellanti ngħataw il-possibbiltà li jippreżentaw fehmithom oralment (fejn, nista’ nżid, iż-żmien tagħhom sabiex jitkellmu kien ġie estiż fil-każ li xtaqu jagħmlu l-preżentazzjoni tagħhom <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>). Id-dritt għal smigħ huwa intiż sabiex jagħti lil impriżi l-opportunità li jinstemgħu, iżda mhux neċessarjament li jinstemgħu fiż-żmien li jkun l-iktar konvenjenti għalihom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif il-Qorti Ġenerali sewwa osservat, l-US tat lill-appellanti l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub addizzjonali. Dan jidher li huwa konformi ma’ prattika kurrenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-Artikolu 12(4) tad-Deċiżjoni 2011/695 tal-President tal-Kummissjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2011">ĠU L 275, p. 29</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Għalhekk, l-appellanti kellhom opportunità biżżejjed sabiex il-pożizzjoni tagħhom issir magħrufa, inkluż oralment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fuq din il-bażi, l-argument li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tad-dritt għal smigħ orali tal-appellanti għandu jiġi miċħud u, għaldaqstant, anki l-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet sussidjarji: konsegwenzi li jirriżultaw mill-ksur tad-drittijiet proċedurali tal-appellanti</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha – kuntrarjament għal dak li qed nipproponi – iżżomm li l-appellanti kellhom il-jedd għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, nixtieq nagħmel ir-rimarki li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, id-drittijiet tad-difiża jinkisru meta l-eżitu tal-proċedura amministrattiva mmexxija mill-Kummissjoni seta’ kien differenti minħabba żball magħmul minnha. Impriża tistabbilixxi li jkun sar ksur meta hija turi b’mod adegwat, mhux li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet tkun differenti fil-kontenut, <HT TYPE="ITALIC">iżda pjuttost li l-impriża kienet tkun tista’ tiżgura aħjar d-difiża tagħha kieku ma kienx hemm żball</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Thyssen Stahl vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑194/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:527">EU:C:2003:527</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Bla ebda dubju, ma huwiex dejjem faċli li jiġi stabbilit li jkun twettaq ksur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SGL Carbon vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/04 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:433">EU:C:2006:433</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, dwar ilment ibbażat fuq aċċess insuffiċjenti għall-fajl.</P></NOTE>. Ir-raġunijiet għal dan jistgħu jkun bosta, bħall-inammissibbiltà – kollha jew parzjali – ta’ aggravju, jew sempliċement li ma jkunx inkixef żball ta’ liġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara <HT TYPE="ITALIC">ibid</HT>., punti 95 u 96.</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, fejn l-irregolarità proċedurali hija ċara, il-Qorti tal-Ġustizzja stħarrġet fid-dettall l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar jekk, fin-nuqqas ta’ dik l-irregolarità, dik l-impriża setgħetx aħjar tiżgura d-difiża tagħha, billi tannulla jekk ikun meħtieġ is-sentenza tal-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Foshan Shunde Yongjian Housewares &amp; Hardware vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:598">EU:C:2009:598</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, il-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li ma qablitx mal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:307">EU:C:2009:307</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), annullat is-sentenza tal-Qorti Ġenerali li, minkejja l-ksur mill-Kummissjoni tat-terminu minimu ta’ għaxart ijiem sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, kienet eskludiet il-possibbiltà ta’ eżitu differenti ta’ proċedura ta’ antidumping (ara, b’mod partikolari, il-punti 88, 94, 96 u 102 sa 104). Il-fatt li dan it-terminu ma tħalliex jiskadi qabel ma ntbagħtet proposta għal miżuri definittivi lill-Kunsill kien jammonta għal assenza ta’ smigħ assoluta ta’ din l-impriża.</P></NOTE>. U bir-raġun, għaliex huwa importanti li l-oneru tal-prova ma jkunx tqil iżżejjed, u li kull inċertezza tiġi interpretata favur l-impriża rikorrenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>F’dan is-sens, ara Craig, P., <HT TYPE="ITALIC">EU Administrative Law</HT>, It-tieni edizzjoni, Oxford, 2012, p. 333.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għas-saħħa tal-argument, inħossni liberu niddubita għaliex il-piż tal-prova għandu jinġarr, bħala tali, mill-impriża kkonċernata. Wara kollox, il-preżunzjoni ta’ legalità marbuta ma’ atti tal-istituzzjonijiet ma għandhiex tkun bla limitu. Ġaladarba impriża rikorrenti tkun uriet li deċiżjoni tal-Kummissjoni hija żbaljata proċeduralment, din il-preżunzjoni ma għandhiex tapplika iktar. Minflok, <HT TYPE="ITALIC">għandu jkun għall-Kummissjoni</HT> li ġġib prova li l-iżball ma jkunx laqgħat il-kontenut tad-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>L-appellanti jħallu barra milli jiddeskrivu speċifikament b’liema mod kien konċepibbli li l-proċedura amministrattiva setgħet kellha eżitu differenti. Madankollu s-sentenza appellata, kif ukoll l-osservazzjonijiet bil-miktub tal-appellanti (fl-ewwel istanza u fl-appell) juru li l-appellanti qiesu li seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> kienet tippermettilhom jipprovaw jikkonvinċu lill-Kummissjoni li huma ma kinux responsabbli jew, għall-inqas, kienu inqas responsabbli għall-ksur inkwistjoni, minħabba r-rwol ta’ Degussa. Is-seduta kkonfermat dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, hemm differenza bejn li jiġi eżaminat jekk parti setgħetx tiddefendi aħjar lilha nfisha, minn naħa, li kieku ngħatat aċċess għall-file kollu tal-kawża u, min-naħa l-oħra, li kieku ngħatat smigħ <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>. Għalkemm is-sinjifikat ta’ dokumenti miżmuma illegalment jista’ jiġi evalwat <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:582">EU:C:2002:582</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0649">649</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0688">688</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, dak ta’ seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> ma jistax: huwa impossibbli tkun ċert għalkollox ta’ dak li attwalment iseħħ f’laqgħat bħal dawn. Ma hemm xejn ukoll xi jżomm parti milli tissottometti informazzjoni kunfidenzjali rilevanti oħra lill-Kummissjoni matul laqgħa bħal din li ma jkunx sar riferiment għaliha qabel. Għalhekk, jekk hemm dritt għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> quddiem il-Kummissjoni, u jekk seduta għas-sottomissjonijiet orali tinżamm darba waħda biss – bħal fil-każ inkwistjoni – allura l-parti li kellha dan il-jedd iżda li ġie miċħud lilha <HT TYPE="ITALIC">ma tistax titqies li tkun instemgħet</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>F’dan is-sens, is-sitwazzjoni hija, għalhekk, simili għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Foshan Shunde Yongjian Housewares &amp; Hardware vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑141/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:598">EU:C:2009:598</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Fl-interess li jiġi żgurat li ssir ġustizzja, jiena assolutament ma iniex konvint bl-idea li tiġi vvalidata motivazzjoni preventiva li tiċħad seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> minħabba li tkun teżisti l-possibbiltà li din ma setgħetx tkun ta’ għajnuna għal dik il-parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jkunx biżżejjed li l-parti mċaħħda tingħata bħala kumpens l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet bil-miktub addizzjonali. Osservazzjonijiet bil-miktub ma jistgħux jissostitwixxu seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>, jekk il-partijiet ikollhom dritt għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Dan iwassalni għall-aħħar punt tiegħi: ma nistax naċċetta li l-appellanti għandhom jinżammu responsabbli għaliex ma appellawx kontra l-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali b’rabta mat-tieni parti tal-ħames aggravju tagħhom ta’ annullament, li kien jirrigwarda l-preżenza allegata ta’ ċirkustanzi mitiganti relatati mar-rwol ta’ Degussa. Deċiżjoni li ma jsirx appell ma tfissirx rikonoxximent. Apparti dan, l-unika ħaġa li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun ssodisfatta dwarha hija jekk l-appellanti wrewx li huma setgħu jkunu f’qagħda aħjar sabiex jiżguraw id-difiża tagħhom li kieku kellhom l-opportunità li jinstemgħu <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Nemmen li dan huwa l-każ. Għaldaqstant, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi li l-appellanti kellhom dritt għal seduta <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> quddiem il-Kummissjoni, allura s-sentenza appellata għandha titħassar minħabba ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali, jiġifieri l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 773/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 14(6) tiegħu. Peress li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha biżżejjed informazzjoni sabiex taqta’ l-kawża mressqa fl-ewwel istanza, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata wkoll, konformement mat-talbiet oriġinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Madankollu, nibqa’ tal-fehma li l-appellanti bl-ebda mod ma kellhom dritt bħal dan, u li l-appell għandu, għaldaqstant, jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Spejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli, applikabbli għal proċeduri ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Peress li l-appellanti tilfu, huma għandhom jiġu kkundannati għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VII –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>