13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

104


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/98/PESK

tat-2 ta’ Frar 2005

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Diċembru 2003 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/565/PESK (2), li taħtar lis-Sur Michael Sahlin bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.

(3)

Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż għal 6 xhur oħra,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Michael SAHLIN bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK, huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Awwissu 2005.

Artikolu 2

L-Artikolu 5(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/870/PESK għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 500 000.”

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it-2 ta’ Frar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)   ĠU L 326, 13.12.2003, p. 39.

(2)   ĠU L 251, 27.7.2004, p. 18.