<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-88/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0088</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:716">EU:C:2017:716</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170921">21.9.2017</DATE> – KAWŻA C-88/15 P</P><P>FERRIERE NORD vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Produtturi Taljani ta’ vireg għar-rinfurzar tal-konkrit</KEYWORD><KEYWORD>Iffissar tal-prezzijiet kif ukoll limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ</KEYWORD><KEYWORD>Ksur tal-Artikolu 65 KEFA</KEYWORD><KEYWORD>Annullament tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni adottata mill-ġdid abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ ħruġ ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ seduta wara l-annullament tad-deċiżjoni inizjali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-88/15 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fl-<DATE ISO="20150220">20 ta’ Frar 2015</DATE></P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ferriere Nord SpA</HT>, stabbilita f’Osoppo (l-Italja), irrappreżentata minn W. Viscardini u G. Donà, avvocati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Malferrari u P. Rossi, bħala aġenti, assistiti minn P. Manzini u M. Moretto, avvocati, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn E. Juhász, President tal-Awla, C. Vajda (Relatur) u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: V. Giacobbo-Peyronnel, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Ferriere Nord SpA titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropew tad-<DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni (T-90/10, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1035">EU:T:2014:1035</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha din ċaħdet ir-rikors tagħha intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar ksur tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – Vireg tal-ħadid li jsaħħu l-konkrit – adozzjoni mill-ġdid, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fil-verżjoni tagħha emendata Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-<DATE ISO="20091208">8 ta’ Diċembru 2009</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni li temenda<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) (deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, kif emendata bid-deċiżjoni li temenda, iktar ’il quddiem la <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kkontestata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma esposti fil-punti 16 sa 22 tas-sentenza appellata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>16</NO.P><TXT>Minn Ottubru sa Diċembru 2000, il-Kummissjoni wettqet verifiki skont l-Artikolu 47 KEFA fl-impriżi Taljani li jipproduċu vireg għar-rinfurzar tal-konkrit u f’assoċjazzjoni ta’ impriżi siderurġiċi Taljani [Federacciai]. Hija bagħtitilhom ukoll talbiet għal informazzjoni, skont l-Artikolu 47 KEFA […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20020326">26 ta’ Marzu 2002</DATE>, il-Kummissjoni fetħet proċedura amministrattiva u fformulat ilmenti skont l-Artikolu 36 KEFA (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) […] [Ferriere Nord] ppreżentat osservazzjonijiet bil-miktub dwar id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fil-<DATE ISO="20020531">31 ta’ Mejju 2002</DATE>. Inżammet seduta fil-<DATE ISO="20020713">13 ta’ Lulju 2002</DATE>[…].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20020812">12 ta’ Awwissu 2002</DATE>, il-Kummissjoni fformulat oġġezzjonijiet addizzjonali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), indirizzati lid-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali, ibbażata fuq l-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-<DATE ISO="19620206">6 ta’ Frar 1962</DATE>, l-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 3), il-Kummissjoni spjegat il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tat-tkomplija tal-proċedura wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA. [Ferriere Nord] ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub fl-<DATE ISO="20020920">20 ta’ Settembru 2002</DATE> u t-tieni seduta fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri seħħet fit-<DATE ISO="20020930">30 ta’ Settembru 2002</DATE> […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fi tmiem il-proċedura, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C (2002) 5087 finali, tas-<DATE ISO="20021217">17 ta’ Diċembru 2002</DATE>, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (COMP/37.956 – Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>deċiżjoni tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), li permezz tagħha hija kkonstatat li l-impriżi destinatarji tagħha kienu implementaw akkordju uniku, kumpless u kontinwu fis-suq Taljan tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit, li kellu bħala għan jew bħala effett l-iffissar tal-prezzijiet u li kien ukoll wassal għal limitazzjoni jew għal kontroll miftiehem tal-produzzjoni jew tal-bejgħ, bi ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA. F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni imponiet fuq [Ferriere Nord] multa fl-ammont ta’ EUR 3.57 miljun […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20030310">10 ta’ Marzu 2003</DATE>, [Ferriere Nord] ippreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjoni tal-2002. Permezz tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-94/03</NO.CASE>, [mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:320">EU:T:2007:320</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>]), il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-2002. Il-Qorti Ġenerali rrilevat, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li d-deċiżjoni tal-2002 ma kienet tinkludi fiha ebda riferiment għall-Artikolu 3 u għall-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17, li din id-deċiżjoni kienet ibbażata biss fuq l-Artikolu 65(4) u (5) KEFA […]. Peress li dawn id-dispożizzjonijiet kienu skadew fit-<DATE ISO="20020723">23 ta’ Lulju 2002</DATE>, il-Kummissjoni ma<?PAGE NO="3"?> setgħetx iktar teżerċita kompetenza abbażi tagħhom, peress li ma kinux japplikaw fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2002, biex tikkonstata ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA u biex timponi multi fuq l-impriżi li pparteċipaw fil-ksur imsemmi […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-Kummissjoni informat lil [Ferriere Nord] u lill-impriżi kkonċernati l-oħra bl-intenzjoni tagħha li terġa’ tadotta deċiżjoni, billi tibdel il-bażi legali meta mqabbel ma’ dik li kienet intgħażlet għad-deċiżjoni tal-2002. Barra minn hekk, hija ppreċiżat li, fid-dawl tal-portata limitata tas-sentenzi li annullaw id-deċiżjoni 2002 adottata mill-ġdid kellha tkun ibbażata fuq il-provi ppreżentati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali. L-impriżi kkonċernati ngħataw terminu sabiex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom u [Ferriere Nord] ħadet sehem għal dawn il-kummentarji permezz ta’ fax tal-<DATE ISO="20080801">1 ta’ Awwissu 2008</DATE> […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’faxes tal-24 ta’ Lulju u tal-<DATE ISO="20080925">25 ta’ Settembru 2008</DATE>, tat-13 ta’ Marzu u tat-30 ta’ Ġunju u tas-<DATE ISO="20090827">27 ta’ Awwissu 2009</DATE>, il-Kummissjoni talbet lil [Ferriere Nord] informazzjoni dwar il-kapital azzjonarju u l-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija. [Ferriere Nord] irrispondiet għal dawn it-talbiet għal informazzjoni rispettivament permezz ta’ posta elettronika tal-1 ta’ Awwissu u tal-<DATE ISO="20081001">1 ta’ Ottubru 2008</DATE>, tat-18 ta’ Marzu, tal-1 ta’ Lulju u t-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fid-Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni kkunsidrat, b’mod partikolari, li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) kellu jiġi interpretat fis-sens li jippermettilha tikkonstata u tissanzjona, wara t-<DATE ISO="20020723">23 ta’ Lulju 2002</DATE>, l-akkordji fis-setturi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat KEFA <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Hija indikat li din id-deċiżjoni ġiet adottata konformement mar-regoli proċedurali tat-Trattat KE kif ukoll mill-imsemmi regolament u li d-dispożizzjonijiet sostantivi li ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni ta’ att, jistgħu jiġu applikati skont il-prinċipji li jirregolaw is-suċċessjoni tar-regoli fil-ħin, suġġett għall-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali tal-l<HT TYPE="ITALIC">ex mitior</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE> jipprevedi, b’mod partikolari, li Ferriere Nord kienet kisret l-Artikolu 65(1) KEFA, billi pparteċipat, mill-<DATE ISO="19930401">1 ta’ April 1993</DATE> sal-<DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, fi ftehim kontinwu u/jew fi prattiki miftiehma fir-rigward tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit, li kellhom bħala suġġett u/jew bħala effett l-iffissar tal-prezzijiet u l-limitazzjoni u/jew il-kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ fis-suq komuni. Permezz tal-Artikolu 2 tal-istess deċiżjoni, il-Kummissjoni imponiet fuq Ferriere Nord multa fl-ammont ta’ EUR 3.57 miljuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri mibgħuta bejn l-20 u t-<DATE ISO="20091123">23 ta’ Novembru 2009</DATE>, tmienja mill-ħdax-il kumpannija destinatarja tad-Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, inkluża Ferriere Nord, indikaw lill-Kummissjoni li l-anness ta’ din id-deċiżjoni, kif innotifikata lid-destinatarji tagħha, ma fihiex it-tabelli li juru l-varjazzjonijiet fil-prezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20091208">8 ta’ Diċembru 2009</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni li temenda, li kienet tintegra t-tabelli nieqsa fl-anness tagħha u li kienet tikkoreġi r-referenzi nnumerati fit-tabelli msemmija fit-tmien noti ta’ qiegħ il-paġna. Id-deċiżjoni li temenda ġiet innotifikata lil Ferriere Nord fid-<DATE ISO="20091209">9 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20100219">19 ta’ Frar 2010</DATE>, Ferriere Nord ppreżentat rikors intiż, b’mod prinċipali, għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, Ferriere Nord invokat għaxar motivi, fl-ewwel lok, fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, fit-tieni lok, fuq l-assenza ta’ ħruġ minn qabel ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, fit-tielet lok, fuq l-assenza ta’ seduta mill-Uffiċjal tas-Seduta, fir-raba’ lok, tal-posterjorità tar-rapport finali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fil-ħames lok, fuq l-adozzjoni tat-test nieqes mill-annessi li huma msemmija fih, fis-sitt lok ta’ żbalji ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-fatti, fis-seba’ lok, tan-natura sproporzjonata tal-ammont tal-multa meta mqabbla mal-gravità u t-tul tal-akkordju, fit-tmien lok, fuq l-illegalità taż-żieda tal-ammont tal-multa għar-reċidiva, fid-disa’ lok, fuq l-assenza ta’ rikonoxximent taċ-ċirkustanzi attenwanti, barra dawk previsti Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ multi jew it-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-kawżi li jikkonċernaw akkordji (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="207" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="1996">ĠU 1996, C 207, p. 4</REF.DOC.OJ>) u, fl-għaxar lok, fuq applikazzjoni żbaljata ta’ din il-Komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali naqqset l-ammont tal-multa imposta fuq Ferriere Nord għal EUR <FT TYPE="NUMBER">3421440</FT> u tiċħad il-kumplament tar-rikors ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20141220">20 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Ferriere Nord talbet lill-Qorti Ġenerali sabiex tipproċedi għal rettifika tal-punt 420 tas-sentenza appellata, talba li ġiet miċħuda mill-Qorti Ġenerali permezz ta’ digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-90/10 REC</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:173">EU:T:2015:173</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Bl-appell tagħha Ferriere Nord titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla s-sentenza appellata, billi ċaħdet it-talba prinċipali ppreżentata minnha fil-kuntest tar-rikors tagħha fil-Kawża T-90/10 u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla, is-sentenza appellata, sa fejn din ċaħdet it-talba sussidjarja ppreżentata minnha fil-kuntest tar-rikors tagħha fil-Kawża T-90/10 u, konsegwentement, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u tiddeċiedi fuq tnaqqis ikbar tal-ammont tal-multa imposta fuq Ferriere Nord, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Ferriere Nord għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-fażi orali tal-proċedura ngħalqet fit-<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE> wara l-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20170127">27 ta’ Jannar 2017</DATE>, ippreżentata fl-istess jum fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex terġa’ tiftaħ mill-ġdid il-fażi orali tal-proċedura u li tinfilza fil-proċess provi ta’ fatt esposti fit-talba tagħha kif ukoll id-dokumenti annessi magħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Insostenn għat-talba tagħha, il-Kummissjoni ssostni, essenzjalment, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex suffiċjentement ċara fuq iċ-ċirkustanzi fattwali dwar is-seduti tat-13 ta’ Ġunju u tat-<DATE ISO="20020930">30 ta’ Settembru 2002</DATE>, li fuqhom l-Avukat Ġenerali jibbaża l-konklużjonijiet tiegħu, peress li dawn iċ-ċirkustanzi ma kinux speċifikament dibattuti bejn il-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, jippermettulha, li wara li jkun instema’ l-Avukat Ġenerali, tordna fi kwalunkwe mument il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument ta’ liġi li ma kienx ġie indirizzat mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar, li l-għan tal-appell huwa, fil-prinċipju, iddefinit mill-aggravji u mill-argumenti mqajma mill-partijiet. F’dan il-każ, dawn tal-aħħar kellhom il-possibbiltà li jiddibattu suffiċjentement dawn l-aggravji u dawn l-argumenti fin-noti u s-seduti komuni tagħhom tal-<DATE ISO="20161020">20 ta’ Ottubru 2016</DATE> fil-Kawżi C-85/15 P sa C-89/15 P.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, tqis li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha,, Ferriere Nord tqajjem disa’ aggravji bbażati, fl-ewwel lok, fuq żnaturament manifest tal-fatti u tal-provi, fuq l-assenza ta’ konstatazzjoni ta’ kontradizzjonijiet manifesti tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll ksur tar-regoli fil-qasam tal-oneru tal-prova, fit-tieni lok, fuq ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn ma ġietx innotifikata minn qabel dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, żnaturament tal-fatti jew tal-provi, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni kif ukoll fuq ksur tad-dritt għal smigħ mill-uffiċjal tas-seduta, fit-tielet lok, fuq ksur tar-regolament intern tal-Kummissjoni, fir-raba’ lok, tat-tul tal-parteċipazzjoni ta’ Ferriere Nord fl-akkordju u fuq żbalji ta’ dritt fl-evalwazzjoni tal-fatti, fuq żnaturament tal-provi, fuq ksur tal-prinċipji ġenerali fil-qasam tal-oneru tal-prova u <HT TYPE="ITALIC">in dubio pro reo</HT> kif ukoll fuq kontradizzjoni fil-motivi, fil-ħames lok, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-ammont bażiku tal-multa imposta fuq Ferriere Nord fid-dawl tal-gravità u t-tul tal-ksur, fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, fis-sitt lok, fuq żball manifest ta’ kalkolu jew ta’ nuqqas ta’ eżattezza manifest fit-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq Ferriere Nord, fuq eżerċizzju żbaljat tal-kompetenza ta’ ġurisdizzjoni sħiħa kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, fis-seba’ lok, fuq illegalità taż-żieda tal-ammont bażiku tal-multa għar-reċidiva minħabba ksur tad-drittijiet tad-difiża, fit-tmien lok, fuq illegalità taż-żieda tal-ammont bażiku tal-multa għar-reċidiva minħabba ż-żmien li jkun għadda, kif ukoll, fid-disa’ lok, fuq illegalità taż-żieda tal-ammont bażiku tal-multa għar-reċidiva minħabba ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni aggravju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, li għandu jiġi eżaminat l-ewwel, Ferriere Nord tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi billi waslet għall-konklużjoni li l-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu li tibgħatilha dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, Ferriere Nord tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teżamina l-fondatezza tal-konstatazzjoni magħmula fil-punt 121 tas-sentenza appellata, skont liema l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">tempus regit actum</HT> għandu jiġi interpretat biss fis-sens li att ta’ proċedura għandu jiġi adottat abbażi ta’ regola<?PAGE NO="6"?> fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tiegħu. Skont Ferriere Nord, din l-interpretazzjoni hija żbaljata sa fejn id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, adottata abbażi tal-Artikolu 36 tal-KEFA, ma tistax tiġi adottata abbażi tar-regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont Ferriere Nord, l-adozzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida kienet meħtieġa wara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071025">25 ta’ Ottubru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-94/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:320">EU:T:2007:320</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u kkostitwixxiet applikazzjoni ġusta tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:582">EU:C:2002:582</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) għall-punt 73 li minnu l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet l-annullament ta’ miżura tal-Unjoni mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, peress li l-proċedura sabiex tiġi ssostitwita l-miżura annullata tista’, bħala prinċipju, tissokta mill-punt speċifiku li fih twettqet l-illegalità. Fil-fatt, permezz tal-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>mhux neċessarjament<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>fil-prinċipju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja ma eskludietx li, fid-dawl tal-partikolaritajiet tal-każ, il-proċedura tista’ terġa’ tibda minn fażi sussegwenti għall-punt fejn seħħet l-illegalità li tat lok għall-annullament ta’ att.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, Ferriere Nord tinvoka żnaturament tal-fatti u tal-provi kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn diversi provi jidhru fl-ittri li l-Kummissjoni indirizzatilha qajmu aspettattiva leġittima fil-fatt li d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida ġiet adottata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, hija targumenta li, kuntrarjament għal dak li sostniet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata, l-adozzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida hija meħtieġa sa fejn din ma tkunx identika għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet. F’dan ir-rigward, hija tinvoka, b’mod partikolari, id-differenza bejn ir-riferimenti għas-suq Taljan u għas-suq komuni fid-dispożittiv tad-deċiżjoni 2002 u fid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Ferriere Nord tinvoka ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll tal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004 Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004 tas-<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE> dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu [101 TFUE] sa [102 TFUE] tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), sa fejn, fil-punt 148 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, fl-assenza ta’ oġġezzjonijiet ġodda, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata li torganizza seduta ġdida quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra bħala inammissibbli l-argumenti ta’ Ferriere Nord imressqa, fl-ewwel lok, minħabba li dawn ma jikkontestawx is-sentenza appellata b’mod ċar, iżda jillimitaw ruħhom biss li jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja kjarifiki fuq il-kwistjoni ta’ jekk deċiżjoni adottata skont ir-Regolament Nru 1/2003 tista’ tiġi bbażata fuq dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet adottata abbażi tat-Trattat KEFA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali, b’risposta għall-argument dwar in-neċessità ta’ korrispondenza tal-bażi legali bejn l-att preparatorju u l-att definittiv, ma applikatx b’mod żbaljat b’mod wisq strett il-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">tempus regit actum</HT> fil-punti 118 sa 122 tas-sentenza appellata, iżda waslet għall-konklużjoni rilevanti li d-difett li jivvizzja d-deċiżjoni tal-2002 seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha, l-annullament ta’ din id-deċiżjoni ma affettwatx il-validità tal-miżuri preparatorji, b’tali mod li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tinnotifika lil Ferriere Nord b’dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-argumenti invokati fit-tieni lok minn Ferriere Nord huma wkoll inammissibbli. Minn naħa, il-ksur tal-aspettattivi leġittimi jikkostitwixxi aggravju ġdid. Min-naħa l-oħra, billi tinvoka formalment l-iżnaturament, Ferriere Nord qed tipprova, fir-realtà, tikseb evalwazzjoni ġdida tal-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tinsisti, fi kwalunkwe każ, fuq il-fatt li mill-provi evokati minn Ferriere Nord fil-messaġġi tal-Kummissjoni, jirriżulta li meta jinqraw fil-kuntest tagħhom, dawn ma jistgħux joħolqu aspettattivi leġittimi fir-rigward tan-notifika ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida, kif irrilevat<?PAGE NO="7"?> il-Qorti Ġenerali fil-punti 127 u 128 tas-sentenza appellata. Għalhekk, huwa ġust u mingħajr żnaturament tal-fatti li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 126 ta’ din is-sentenza, li Ferriere Nord ma tistax tinvoka tali aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tal-argumenti invokati fit-tielet lok, il-Kummissjoni tiddikjara li Ferriere Nord tindika ċerti punti tas-sentenza appellata mingħajr ma jitressqu argumenti speċifiċi insostenn tal-iżball ibbażat fuq l-assenza ta’ sanzjoni tan-nuqqas li tiġi nnotifikata dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fuq il-mertu, il-Kummissjoni tirreferi għall-punti 143 u 144 tas-sentenza appellata, li fihom il-Qorti Ġenerali enfasizzat l-assenza ta’ bażi tal-argument skont liema dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida kienet neċessarja sabiex tistabilixxi jekk l-akkordju setax jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li din il-kwistjoni tqajmet fid-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet addizzjonali. Barra dan, Ferriere Nord titlaq mill-premessa żbaljata skont liema d-deċiżjoni kkontestata kienet issanzjonata minn ksur differenti minn dak ikkundannat fid-deċiżjoni tal-2002. Fil-fatt, mill-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-ksur ilmentat jikkonsisti f’akkordju li jkopri s-suq Taljan kollu, jiġifieri parti sostanzjali tas-suq komuni u, għaldaqstant, akkordju projbit mill-Artikolu 65(1) tal-KEFA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-argument ibbażat fuq l-assenza ta’ seduta ġdida quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta huwa fformulat f’termini wisq ġenerali u mhux speċifiċi sabiex ikun ammissibbli. Fuq il-mertu, hija tirrileva li Ferriere Nord ma tikkontestax il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali skont liema din is-seduta kienet biss neċessarja jekk dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida kienet ġiet notifikata. Issa, il-Qorti Ġenerali kienet eskludiet in-neċessità ta’ tali komunikazzjoni ġdida.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti mqajma, fl-ewwel lok minn Ferriere Nord, għandha tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni. Fil-fatt, jirriżulta b’mod ċar mill-appell li Ferriere Nord ma tillimitax ruħha li titlob kjarifiki lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-kwistjoni mressqa, iżda hija intiża li turi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ dritt, b’mod partikolari fil-punt 121 tas-sentenza appellata, billi qieset li l-ħruġ ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma hijiex neċessarja. Bl-istess mod, kuntrarjament għal dak li targumenta l-Kummissjoni, l-argument ta’ Ferriere Nord dwar l-assenza ta’ seduta quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta huwa suffiċjentement speċifiku sabiex ikun ammissibbli, peress li l-appell isemmi kemm id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll li l-Qorti Ġenerali kisret f’dan ir-rigward ukoll il-punt tas-sentenza appellata li fiha dan il-ksur ġie imwettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda is-sustanza tal-argumenti ta’ Ferriere Nord dwar l-assenza kemm tan-notifika ta’ dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida kif ukoll ta’ seduta quddiem l-Uffiċjal tas-Seduta, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura li għandha bħala għan l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2002, il-Kummissjoni, fis-<DATE ISO="20020326">26 ta’ Marzu 2002</DATE>, innotifikat lill-impriżi kkonċernati, inkluża lil Ferriere Nord, bid-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, skont l-Artikolu 36 tal-KEFA. Is-seduta dwar dan seħħet fit-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>. Wara l-iskadenza ta’ dan it-trattat, il-Kummissjoni, fit-<DATE ISO="20020812">12 ta’ Awwissu 2002</DATE>, bagħtet lill-imsemmija impriżi d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet addizzjonali, ibbażata fuq l-Artikolu 19(1) tar-Regolament 17, li fiha hija spjegat il-pożizzjoni tagħha fid-dawl ta’ din il-bidla fil-kuntest legali u stiednet lil dawn tal-aħħar sabiex jesponu l-fehma tagħhom dwar is-suġġett tal-imsemmija oġġezzjonijiet addizzjonali. Fit-<DATE ISO="20020930">30 ta’ Settembru 2002</DATE> inżammet seduta fil-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Wara l-annullament tad-deċiżjoni 2002, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE>, il-Kummissjoni informat lil Ferriere Nord u lill-impriżi kkonċernati l-oħra bl-intenzjoni tagħha li tadotta mill-ġdid din id-deċiżjoni billi tibbaża ruħha fuq ir-regolament Nru 1/2003 bħala bażi legali, konformement għar-regoli ta’ proċedura previsti minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan l-iżvolġiment proċedurali, għandu jiġi eżaminat jekk, kuntrarjament għal dak li kkonkludiet il-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari, fil-punti 144 u 148 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni kisret l-obbligu, wara l-annullament tad-deċiżjoni tal-2002 billi ma adottatx dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida kif ukoll billi ma organizzatx seduta ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li r-regoli ta’ proċedura għandhom ġeneralment jiġu applikati fid-data li fiha huma jidħlu fis-seħħ (is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/09 P u C-216/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:190">EU:C:2011:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ThyssenKrupp Nirostavs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-352/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:191">EU:C:2011:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), anki fi proċedura li nbdiet qabel dik id-data, iżda li għadha pendenti wara dik id-data (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-610/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:781">EU:C:2012:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 7(1) u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, peress li l-proċedura li twassal għal din id-deċiżjoni għandha titwettaq konformement ma’ dan ir-regolament kif ukoll mar-Regolament Nru 773/2004 li r-Regolament Nru 1/2003 jikkostitwixxi l-bażi legali tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>ThyssenKrupp Nirosta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-352/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:191">EU:C:2011:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), minkejja l-fatt li din il-proċedura kienet inbdiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali, fil-punt 121 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi sa fejn hija interpretat il-prinċipji li jirregolaw l-applikazzjoni tal-liġi fiż-żmien, li skonthom ir-regoli tal-proċedura huma ġeneralment ikkunsidrati li japplikaw għas-sitwazzjonijiet kollha pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom, fis-sens li, fir-rigward tad- deċiżjoni kkontestata, adottata abbażi tar-Regolament Nru 1/2003, l-atti preparatorji għandhom jiġi adottati abbażi tar-regoli tal-proċedura fis-seħħ tal-adozzjoni tagħhom, jiġifieri l-Artikolu 36(1) tal-KEFA f’dak li jirrigwarda d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, u l-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 17 għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat jekk l-atti preparatorji meħuda mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2002 jistgħux jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għal dawk previsti mir-Regolamenti Nri 1/2003 u 773/2004. Fil-fatt, jekk dan ikun il-każ, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li ma rrepetithomx qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament Nru 773/2004, moqri fid-dawl tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 1/2003 li huwa jimplementa, jipprevedi li, qabel ma tiġi adottata deċiżjoni skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 7 ta’ dan l-aħħar regolament, il-Kummissjoni tinnotifika lill-partijiet ikkonċernati bid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet billi tagħtihom il-possibbiltà li jinformawh bil-fehma tagħhom f’terminu li hija tiffissa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, kif essenzjalment irrilevat il-Qorti Ġenerali fil-punti 123 u 124 tas-sentenza appellata, li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni diġà nnotifikat lill-impriżi kkonċernati bid-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet u bid-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet addizzjonali u fir-rigward ta’ dawn il-komunikazzjonijiet, li d-deċiżjoni kkontestata ma tattribwixxix atti ġodda lil Ferriere Nord u li ma tbiddilx b’mod sostanzjali l-provi tal-ksur ilmentat. Barra minn hekk, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 53 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma teżistix differenza kbira, f’dak li jirrigwarda l-kontenut, bejn dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet adottata taħt is-sistema tat-Trattat KEFA au dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet adottata konformement mar-Regolamenti Nri 17 u 1/2003. In-notifika tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida ma hijiex għaldaqstant imposta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali rreferiet, ġustament, għall-punt 73 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:582">EU:C:2002:582</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha jitfakkar li l-annullament ta’ att tal-Unjoni ma jaffettwax neċessarjament l-atti preparatorji, peress li l-proċedura għas-sostituzzjoni tal-miżura annullata tista’, fil-prinċipju, tissokta fil-punt stess li fih seħħet l-illegalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punt 119 tas-sentenza appellata, id-deċiżjoni tal-2002 ġiet annullata għal nuqqas ta’ kompetenza min-naħa tal-Kummissjoni li tadottaha fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KEFA, li ma kienx għadu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni ta’ dik id-deċiżjoni, b’tali mod li kienet preċiżament f’dik id-data li seħħet dik l-illegalità. Konsegwentement, dan l-annullament ma jaffettwax id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u lanqas id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi billi kkonkludiet fil-punt 122 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma kellhiex l-obbligu li tadotta dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 55 tal-konklużjonijiet tiegħu, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 773/2004, il-Kummissjoni għandha tagħti lill-partijiet li nnotifikatilhom dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom f’seduta, jekk huma jitolbu dan fis-sottomissjonijiet miktuba tagħhom. Għalhekk, sa fejn, kif jirriżulta mill-punt 43 ta’ din is-sentenza, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali ma humiex affettwati mill-annullament tad-deċiżjoni tal-2002, għandu jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni tatx lill-imsemmija partijiet l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom matul is-seduta mmexxija konformement mar-rekwiżiti proċedurali tar-Regolamenti Nri 1/2003 u 773/2004, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 14 ta’ dan l-aħħar regolament, kif inhi obbligata li tagħmel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għand jiġi rrilevat li, taħt is-sistema proċedurali stabbilita mir-Regolament Nru 1/2003, kif spjegat fir-Regolament Nru 773/2004, huwa previst, Fl-Artikolu 14(3), tiegħu li l-awtoritajiet ta’ kompetizzjoni tal-Istati Membri huma mistiedna li jattendu s-seduta li, fuq talba tad-destinatarji għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, issegwi l-għoti ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tas-seduti li seħħew matul is-sena 2002, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri ma attendewx għal dik tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, peress li tali attendenza ma kinitx prevista mit-Trattat KEFA li kien fis-seħħ dak iż-żmien. Huwa stabbilit li din is-seduta hija tirrigwarda l-mertu tal-kawża, jiġifieri tirrigwarda l-aġir li l-Kummissjoni qed tilmenta dwaru mal-impriżi innotifikati bid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Dan jirriżulta, b’mod partikolari, mill-punti 379 sa 382 tad-deċiżjoni kkontestata u huwa kkonfermat fil-punt 148 tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Alfa Acciai vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-85/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1037">EU:T:2014:1037</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ferriera Valsabbia u Valsabbia Investimenti vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-92/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1032">EU:T:2014:1032</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-seduta tat-<DATE ISO="20020930">30 ta’ Settembru 2002</DATE>, li għaliha kienu ġew mistiedna r-rappreżentanti tal-Istati Membri konformement mar-regoli tat-Trattat KE issa applikabbli, b’mod partikolari konformement mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2842/98, tat-<DATE ISO="19981222">22 ta’ Diċembru 1998</DATE>, dwar is-smigħ tal-partijiet f’ċerti proċedimenti taħt l-Artikoli [81 KE] u [82 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 204), li jirrigwarda d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali, jiġifieri l-konsegwenzi legali tal-iskadenza tat-Trattat KEFA għall-prosegwiment tal-proċedura. Dan jirriżulta, minn naħa, minn din id-dikjarazzjoni li stiednet espressament id-destinatarji tagħha sabiex jinformawha bil-fehma tagħhom dwar is-suġġett tal-imsemmija oġġezzjonijiet addizzjonali. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni indikat, fil-punt 382 tad-deċiżjoni kkontestata, li hija ma qisitx neċessarju li tirrepeti s-seduta tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Nri 17 u 1/2003, peress li din is-seduta, li għaliha ma attendewx ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, ġiet miżmuma konformement mar-regoli tat-Trattat<?PAGE NO="10"?> KEFA applikabbli f’din id-data. Barra dan, matul is-seduta komuni tal-Kawżi C-85/15 P sa C-89/15 P, il-Kummissjoni kkonfermat, b’risposta għal domanda tal-Qorti tal-Ġustizzja, li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali ma kinitx tirrigwarda l-fatti jew il-provi li kienu s-suġġett tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li f’din il-proċedura, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri ma attendewx għal seduta li tirrigwarda l-mertu tal-kawża, iżda attendew biss għal dak li dwar il-konsegwenzi legali li jirriżultaw mill-iskadenza tat-Trattat KEFA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 36 u 37 ta’ din is-sentenza, meta tiġi adottata deċiżjoni abbażi tar-Regolament Nru 1/2003, il-proċedura li twassal għal din id-deċiżjoni għandha tkun konformi mar-regoli ta’ proċedura previsti minn dan ir-regolament, anki jekk din il-proċedura bdiet qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, li qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kienet obbligata, b’applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 14 tar-Regolament Nru 773/2004, li tagħti lill-partijiet l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom matul seduta li għaliha ġew mistiedna l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-istati Membri. Għalhekk, ma jistax jiġi kkunsidrat li s-seduta tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE>, dwar il-mertu tal-kawża, issodisfat ir-rekwiżiti proċedurali dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjoni abbażi tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 148 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni ma għandhiex l-obbligu, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li torganizza seduta ġdida mill-Uffiċjal tas-Seduta, peress li l-impriżi kkonċernati kellhom diġà l-possibbiltà li jinstemgħu oralment matul is-seduti tat-13 ta’ Ġunju u t-<DATE ISO="20020930">30 ta’ Settembru 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Inkunsiderazzjoni, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 56 u 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, tal-importanza, fil-kuntest tal-proċedura prevista mir-Regolamenti Nri 1/2003 u 773/2004, taż-żamma, fuq talba tal-partijiet ikkonċernati, ta’ seduta li għaliha, konformement mal-Artikolu 14(3) tat-tieni regolament, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri huma mistiedna, l-ommissjoni ta’ din is-seduta tikkostitwixxi ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Sa fejn id-dritt għal tali seduta, previst mir-Regolament Nru°773/2004, ma huwiex irrispettat, ma huwiex neċessarju għall-impriża li d-drittijiet tagħha ġew b’hekk miksura li turi li dan il-ksur seta’ influwenza, għad-detriment tagħha, l-iżvolġiment tal-proċedura u l-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-imsemmija proċedura hija neċessarjament ivvizzjata, indipendentement mill-konsegwenzi eventwalment dannużi għar-rikorrenti li jistgħu jirriżultaw minn dak il-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121106">6 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-553/10 P u C-554/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:682">EU:C:2012:682</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>CEPSA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-608/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:414">EU:C:2016:414</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li għandu jintlaqa’ t-tieni aggravji mqajjem minn Ferriere Nord u, għaldaqstant, li tiġi annullata s-sentenza appellata, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti mressqa minn din tal-aħħar fil-kuntest ta’ dan l-aggravju, jekk huma ammissibbli, u lanqas l-aggravji l-oħra tal-appell</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Hija b’hekk tista’ tiddeċiedi hija stess definittivament il-kawża meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi neċessarji sabiex tiddeċiedi definittivament ir-rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata ppreżentat minn Ferriere Nord quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li, għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 33 sa 55 ta’ din is-sentenza, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata f’dak li tirrigwarda lil Ferriere Nord, għal ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>L-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tal-imsemmija Regoli, jipprovdi li l-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li Ferriere Nord rebħet fil-kuntest tal-appell u peress li r-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali ntlaqa’, hemm lok, b’mod konformi mat-talbiet ta’ Ferriere Nord, li tikkundanna lill-Kummissjoni tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Ferriere Nord, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest tal-appell.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141209">9 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ferriere Nord vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-90/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1035">EU:T:2014:1035</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 7492 finali, tat-<DATE ISO="20090930">30 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 – vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), fil-verżjoni emendata tagħha bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-<DATE ISO="20091208">8 ta’ Diċembru 2009</DATE>, hija annullata f’dak li jirrigwarda Ferriere Nord SpA.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż ta’ Ferriere Nord SpA, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>