<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑201/11 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0201</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:519">EU:C:2013:519</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130718">18.7.2013</DATE> – KAWŻA C-201/11 P</P><P>UEFA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Xandir televiżiv</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 89/552/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3a</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri adottati mir-Renju Unit li jikkonċernaw avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Kampjonat Ewropew tal-futbol</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 49 KE u 86 KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għall-proprjetà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-201/11 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-<DATE ISO="20110427">27 ta’ April 2011</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Union des associations européennes de football (UEFA),</HT> irrappreżentata minn D. Anderson, QC, u D. Piccinin, barrister, b’mandat minn B. Keane u T. McQuail, solicitors,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><P>il-partijiet l-oħra fil-kawża huma:</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn E. Montaguti u N. Yerrell kif ukoll minn A. Dawes, bħala aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister, b’indirizz għan-notifika il-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,</HT> irrappreżentat minn L. Seeboruth u J. Beeko, bħala aġenti, assistiti minn T. de la Mare, barrister,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, K. Lenaerts, E. Juhász, J. Malenovský (Relatur) u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20120913">13 ta’ Settembru 2012</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, l-Union des associations européennes de football (UEFA) jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE>, UEFA vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-55/08" PAGE.ECR="II-271" YEAR="2011">T-55/08, Ġabra p. II-271</REF.DOC.ECR>, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha hija ċaħdet it-talba tiegħu għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE, tas-<DATE ISO="20071016">16 ta’ Ottubru 2007</DATE>, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="12" NO.OJ="295" DATE.PUB="2007">ĠU L 295, p. 12</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-<DATE ISO="19891003">3 ta’ Ottubru 1989</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 224), kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19970630">30 ta’ Ġunju 1997</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 321, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Direttiva 89/552<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), kienet tinkludi Artikolu 3a, inkluż permezz ta’ din l-aħħar direttiva, li kienet tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru jista’ jieħu miżuri skond il-liġi tal-Komunità sabiex jiżgura li x-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu ma jxandrux fuq bażi esklussiva avvenimenti li huma meqjusa minn dak l-Istat Membru li huma ta’ importanza kbira għas-soċjetà b’tali mod li jċaħħdu proporzjon sostanzjali tal-pubbliku f’dak l-Istat Membru mill-possibiltà li jsegwu dawk l-avvenimenti permezz ta’ xandira diretta jew diferita fuq it-televiżjoni ta’ mingħajr ħlas. Jekk jagħmel dan, l-Istat Membru involut għandu jipprepara lista ta’ avvenimenti magħżula, nazzjonali jew mhux nazzjonali, li huwa jqis li huma ta’ importanza kbira għas-soċjetà. Għandu jagħmel dan b’mod ċar u trasparenti fil-ħin xieraq u effettiv. Waqt li jagħmel dan, l-Istat Membru involut għandu wkoll jistabbilixxi jekk dawk l-avvenimenti għandhomx ikunu disponibbli permezz ta’ xandira diretta sħiħa jew parzjali, jew fejn huwa meħtieġ jew xieraq għal raġunijiet oġġettivi fl-interess pubbliku, xandira diferita sħiħa jew parzjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kollha meħuda jew li għandhom jittieħdu skond il-paragrafu 1. Fi żmien perijodu ta’ tliet xhur minn-notifika, il-Kummissjoni għandha tivverifika li dawk il-miżuri jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u għandha tikkomunikahom lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tfittex l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 23a. Għandha minn hemm ’il quddiem tippubblika l-miżuri meħuda fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej</HT> u mill-inqas darba fis-sena l-lista kkonsolidata tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert, b’mezzi xierqa, fi ħdan il-qafas leġislattiv tagħhom li x-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jeżerċitawx id-drittijiet esklussivi mixtrija minn dawk ix-xandara wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva b’tali mod li proporzjon sostanzjali mill-pubbliku fi Stat Membru ieħor jiġi mċaħħad mill-possibiltà li jsegwi avvenimenti li jiġu nnominati minn dak l-Istat Membru l-ieħor skond il-paragrafi preċedenti permezz ta’ xandir dirett sħiħ jew parzjali jew, fejn ikun neċessarju jew xieraq għal raġunijiet oġġettivi fl-interess pubbliku, xandir differit sħiħ jew parzjali fuq it-televiżjoni ta’ mingħajr ħlas kif jiġi stabbilit minn dak l-Istat Membru l-ieħor skond il-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 18 sa 22 tad-Direttiva 97/36 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(18)</NO.P><TXT>Billi huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri sabiex jipproteġu d-dritt għall-informazzjoni u sabiex jiżguraw aċċess wiesa’ mill-pubbliku għax-xandir televiżiv ta’ avvenimenti nazzjonali jew mhux nazzjonali ta’ importanza kbira għas-soċjetà, bħal-logħob Olimpiku, it-Tazza tad-Dinja u l-kampjonat Ewropew tal-futbol [iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>EURO<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>]; billi għal dan il-għan l-Istati Membri jżommu d-dritt li jieħdu l-miżuri kompatibbli mal-liġi Komunitarja mmirati sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta’ drittijiet esklussivi tax-xandir għal avvenimenti bħal dawk mix-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Billi huwa neċessarju li jsiru arranġamenti fi ħdan il-qafas Komunitarju, sabiex jiġi evitat il-potenzjal ta’ inċertezza legali u xkiel tas-suq u sabiex iċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi televiżivi tiġi rikonċiljata mal-bżonn li tiġi evitata l-possibiltà ta’ ksur tal-miżuri nazzjonali li jipproteġu interess ġenerali leġittimu;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Billi, b’mod partikolari, huwa xieraq li jiġu stipulati dispożizzjoniet f’din id-Direttiva dwar l-eżerċizzju minn xandara ta’ drittijiet esklussivi tax-xandir li huma setgħu xtraw għal avvenimenti li huma meqjusa bħala ta’ importanza kbira għas-soċjetà fi Stat Membru li m’huwiex dak li għandu l-ġurisdizzjoni fuq ix-xandara […];</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Billi avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà għandhom, għall-iskopijiet ta din id-Direttiva, jissodisfaw ċerti kriterji, jiġifieri li jkunu avvenimenti eċċezzjonali li huma ta’ interess għall-pubbliku inġenerali fl-Unjoni Ewropea jew fi Stat Membru partikolari jew f’parti importanti li hija komponent tad Stat Membru partikolari u li jkunu organizzati minn qabel minn organizzatur ta’ l-avvenimenti li huwa legalment intitolat li jbigħ id-drittijiet li jappartjenu għal dak l-avveniment;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(22)</NO.P><TXT>Billi, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>televiżjoni mingħajr ħlas<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tfisser xandir fuq kanal [stazzjon], pubbliku jew kummerċjali, ta’ programmi li huma aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas apparti mill-mezzi ta’ l-iffinanzjar tax-xandir li jinsabu f’kull Stat Membru (bħall-miżata tal-liċenzja u/jew il-miżata ta’ abbonament għas-servizz bażiku ta’ sistema interkonnessa bil-fil);<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża huma esposti kif ġej fil-punti 5 sa 15 tas-sentenza appellata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>5</NO.P><TXT>[L-UEFA] hija l-korp diriġenti tal-futbol Ewropew. L-għan prinċipali tagħha huwa li tiżgura l-iżvilupp tal-futbol Ewropew u li torganizza ċertu numru ta’ kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol fosthom il-fażi finali tal-kampjonat tal-Ewropea tal-futbol (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>EURO<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li fl-ambitu tiegħu kull erba’ snin 16-il tim nazzjonali jilgħabu kontra xulxin matul total ta’ 31 logħba. Bis-saħħa tad-dħul mill-bejgħ tad-drittijiet kummerċjali konnessi ma’ dawn il-kompetizzjonijiet hija tkun tista’ tippromwovi l-iżvilupp tal-futbol Ewropew. F’dan il-kuntest, l-UEFA ssostni li 64 % tad-dħul provenjenti mill-bejgħ tad-drittijiet kummerċjali li jirrigwardaw [il-fażi finali ta]l-EURO jirriżulta miċ-ċessjoni tad-drittijiet ta’ trażmissjoni televiżiva tal-logħob.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-25 Ġunju 1998, il-Ministru tal-Kultura, tax-Xandir u tal-Isports tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) stabbilixxa, skont it-Taqsima IV tal-Broadcasting Act 1996 (Liġi tal-1996 fuq ix-Xandir Televiżiv), lista ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà tar-Renju Unit, li fiha [kienet inkluża l-fażi finali ta]l-EURO.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-adozzjoni ta’ din il-lista kienet ippreċeduta minn konsultazzjoni ta’ 42 organu differenti mnieda mill-Ministru f’Lulju 1997 dwar il-kriterji li abbażi tagħhom kellha tiġi evalwata l-importanza tad-diversi avvenimenti għas-soċjetà tar-Renju Unit. Din il-proċedura wasslet għall-adozzjoni ta’ lista ta’ kriterji li jinsabu f’dokument tal-Ministru tal-Kultura, tax-Xandir u tal-Isports datat Novembru 1997, li l-Ministru applika sabiex tiġi stabbilita l-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza primarja għas-soċjetà tar-Renju Unit. Skont dan id-dokument, avveniment jista’ jiġi inkluż fil-lista, b’mod partikolari, meta jkollu reżonanza ġenerali speċjali fil-livell nazzjonali u mhux biss fost dawk li ġeneralment isegwu d-dixxiplina sportiva inkwistjoni. Skont l-istess dokument, jista’ jiġi kklassifikat b’dan il-mod avveniment sportiv nazzjonali jew internazzjonali li huwa prominenti jew li jinvolvi t-tim nazzjonali jew atleti tar-Renju Unit. Fost l-avvenimenti li jissodisfaw dawn il-kriterji, dawk li jattiraw ħafna telespettaturi jew li huma tradizzjonalment imxandra permezz ta’ xandira diretta fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni mingħajr ħlas ikollhom iktar possibbiltà li jiġu inklużi fil-lista. Barra minn hekk, il-Ministru jieħu wkoll kont, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tiegħu, fatturi oħrajn li jirrigwardaw konsegwenzi għall-isport ikkonċernat, bħall-opportunità li tiġi offruta xandira diretta ta’ avveniment kollu kemm hu, l-impatt fuq id-dħul fis-settur sportiv inkwistjoni, il-konsegwenzi għas-suq tax-xandir u l-eżistenza taċ-ċirkustanzi li jiggarantixxu l-aċċess għall-avveniment permezz ta’ trażmissjoni televiżiva jew radjufonika differita.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Ministru nieda, skont l-Artikolu 97 tal-Broadcasting Act 1996, proċedura ta’ konsultazzjoni li tikkonċerna l-avvenimenti speċifiċi li għandhom jitniżżlu fil-lista. Fil-kuntest ta’ din il-konsultazzjoni, il-Ministru talab l-opinjoni ta’ diversi korpi u operaturi kkonċernati kif ukoll tat-titolari tad-drittijiet ta’ trażmissjoni televiżiva, bħall-UEFA. Barra minn hekk, Kumitat Konsultattiv stabbilit mill-Ministru u intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Advisory Group on listed events<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (Grupp konsultattiv fuq l-avvenimenti mniżżla fil-lista) ta l-opinjoni tiegħu fuq l-avvenimenti li għandhom jitniżżlu billi ppropona, fir-rigward tal-[fażi finali tal-]EURO, li jitniżżlu l-finali, is-semi-finali u l-logħob li jinvolvi t-timijiet nazzjonali tar-Renju Unit.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skonti l-Artikolu 98 tal-Broadcasting Act 196, kif emendata bit-Television Broadcasting Regulations 2000 (Regolamenti tal-2000 dwar ix-Xandir Televiżiv), ix-xandara ta’ xandir televiżiv huma maqsuma f’żewġ kategoriji. L-ewwel kategorija tinkludi x-xandara li jipprovdu servizz mingħajr ħlas li, barra minn hekk, jista’ jiġi riċevut minn tal-inqas 95 % tal-populazzjoni tar-Renju Unit [iktar ’il quddiem ix-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>]. It-tieni kategorija tinkludi x-xandara li ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet [u tinkludi b’mod partikolari x-xandara li joperaw stazzjonijiet bi ħlas].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 101 tal-Broadcasting Act 1996, kif emendata bit-Television Broadcasting Regulations 2000, fornitur ta’ programmi televiżivi li jaqa’ taħt waħda minn dawn il-kategoriji ma jistax ixandar permezz ta’ xandira diretta avveniment kollu kemm hu jew parti minnu ħlief meta fornitur ta’ programmi televiżi li jaqa’ taħt kategorija oħra akkwista d-dritt li jxandar l-istess avveniment kollu kemm hu jew l-imsemmija parti minnu permezz ta’ xandira diretta fl-istess, jew essenzjalment fl-istess żona. Jekk din il-kundizzjoni ma hijiex sodisfatta, ix-xandar li jixtieq ixandar permezz ta’ xandira l-avveniment inkwistjoni kollu kemm hu jew parti minnu għandu jikseb l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Office of Communications (Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tal-Code on Sports and Other Listed and Designated Events (Kodiċi li jirrigwarda l-avvenimenti sportivi u oħrajn inklużi fil-lista), fil-verżjoni fis-seħħ fil-2000, l-avvenimenti inklużi fil-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza primarja għas-soċjetà huma maqsuma f’żewġ gruppi. Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Grupp A<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> jinkludi l-avvenimenti li ma jistgħux jixxandru permezz ta’ xandira diretta fuq bażi esklużiva jekk ċerti kriterji ma humiex sodisfatti. Il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Grupp B<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> jinkludi l-avvenimenti li jistgħu jixxandru permezz ta’ xandira diretta fuq bażi esklużiva biss jekk ġew adottati dispożizzjonijiet sabiex jiggarantixxu trażmissjoni differita.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tal-Code on Sports and Other Listed and Designated Events, awtorizzazzjoni tal-Office of Communications tista’ tingħata għall-avvenimenti li jaqgħu taħt il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Grupp A<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jifforma parti minnu l-EURO, meta d-drittijiet ta’ trażmissjoni konnessi miegħu ġew offruti pubblikament taħt kundizzjonijiet xierqa u raġonevoli lix-xandara kollha ta’ xandir televiż, mingħajr ma xandar li jaqa’ taħt il-kategorija l-oħra ma esprima l-interess tiegħu sabiex jixtrihom.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="19980925">25 ta’ Settembru 1998</DATE>, ir-Renju Unit bagħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, skont l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552, il-lista ta’ avvenimenti stabbilita mill-Ministru. Wara skambju ta’ korrispondenza bejn ir-Renju Unit u l-Kummissjoni u notifika ġdida tal-miżuri li seħħew fil-<DATE ISO="20000505">5 ta’ Mejju 2000</DATE>, id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Edukazzjoni u kultura<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> tal-Kummissjoni informa lir-Renju Unit, b’ittra tat-<DATE ISO="20000728">28 ta’ Lulju 2000</DATE>, li l-Kummissjoni ma hijiex ser tqajjem oġġezzjonijiet għall-miżuri adottati minn dan l-Istat Membru, li kienu ser jiġu, għaldaqstant, f’qasir żmien ippubblikati fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tal-<DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Infront WM vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-33/01" PAGE.ECR="II-5897" YEAR="2005">T-33/01, Ġabra p. II-5897</REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni li kienet tinsab fl-ittra tat-<DATE ISO="20000728">28 ta’ Lulju 2000</DATE>, għar-raġuni li din kienet tikkostitwixxi deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 249 KE, li kellha tiġi adottata mill-istess kulleġġ ta’ membri tal-Kummissjoni [...].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara [l-imsemmija sentenza], il-Kummissjoni adottat id-[deċiżjoni kontenzjuża].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-[Direttiva 89/552] u nnotifikati mir-Renju Unit lill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20000505">5 ta’ Mejju 2000</DATE>, kif ippubblikati fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> C 328, tat-<DATE ISO="20001118">18 ta’ Novembru 2000</DATE>, huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tagħha, l-imsemmija deċiżjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>tapplika mit-<DATE ISO="20001118">18 ta’ Novembru 2000</DATE><QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 3 sa 6, 18 sa 21 kif ukoll 24 u 25 tad-deċiżjoni kontenzjuża jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(3)</NO.P><TXT>Fl-eżaminazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat id-data disponibbli dwar ix-xena tal-midja fir-Renju Unit.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Il-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà, li hija inkluża fil-miżuri tar-Renju Unit, kienet imfassla b’mod ċar u trasparenti u fir-Renju Unit tnediet konsultazzjoni estensiva.Il-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà, li hija inkluża fil-miżuri tar-Renju Unit, kienet imfassla b’mod ċar u trasparenti u fir-Renju Unit tnediet konsultazzjoni estensiva.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kienet sodisfatta li l-avvenimenti elenkati fil-miżuri tar-Renju Unit kienu jilħqu mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin li kienu kkunsidrati bħala indikaturi ta’ min jorbot fuqhom rigward l-importanza ta’ avvenimenti għas-soċjetà: (i) reżonanza ġenerali speċjali fl-Istat Membru, u mhux sempliċement importanza għal dawk li s-soltu jsegwu l-isport jew l-attività kkonċernata; (ii) importanza kulturali distinta rikonoxxuta b’mod ġenerali għall-popolazzjoni fl-Istat Membru, b’mod partikolari bħala katalista ta’ identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta’ kompetizzjoni jew turnew ta’ importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li l-avveniment kien tradizzjonalment imxandar fuq televiżjoni bla ħlas u ġibed lejh udjenzi kbar permezz tat-televiżjoni.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="6"?><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Għadd sinifikanti ta’ l-avvenimenti elenkati fil-miżuri tar-Renju Unit, inkluż il-Logħob Olimpiku tas-sajf u taxxitwa kif ukoll il-Finali tat-Tazza tad-Dinja u [l-fażijiet finali tal-EURO], jaqgħu fil-kategorija ta’ l-avvenimenti kkunsidrati tradizzjonalment bħala ta’ importanza kbira għas-soċjetà, kif imsemmi b’mod espliċitu fil-premessa 18 tad-Direttiva [97/36]. Dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali speċjali fir-Renju Unit fl-intier tagħhom, peress li dawn huma partikolarment importanti mal-pubbliku ġenerali (irrispettivament min-nazzjonalità tal-parteċipanti), u mhux ma’ dawk biss li s-soltu jsegwu avvenimenti sportivi.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>L-avvenimenti elenkati, li jinkludu dawk li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ħaġa waħda u mhux bħala sensiela ta’ avvenimenti individwali, ġew tradizzjonalment imxandra fuq televiżjoni bla ħlas u ġibdu lejhom udjenzi kbar fuq it-televiżjoni. Fejn, b’mod eċċezzjonali, dan ma kienx il-każ (il-logħob elenkat tat-Tazza tad-Dinja tal-Krikit), il-lista hija limitata (peress li tinkludi l-finali, is-semifinali u l-logħob li jinvolvi t-timijiet nazzjonali) u teħtieġ biss kopertura sekondarja adegwata, u, fi kwalunkwe każ, tilħaq tnejn mill-kriterji kkunsidrati bħala indikaturi kredibbli dwar l-importanza ta’ l-avveniment għas-soċjetà (il-premessa 13).</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Il-miżuri tar-Renju Unit jidhru proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mil-libertà fundamentali tat-Trattat tal-KE li jiġu fornuti servizzi fuq il-bażi tar-raġuni dominanti ta’ interess pubbliku, li [jiġi żgurat aċċess televiżiv tal-pubbliku wiesa’ għall-avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Il-miżuri tar-Renju Unit huma kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-[Komunità Ewropea] minħabba li d-definizzjoni ta’ xandâra kkwalifikati sabiex ixandru l-avvenimenti elenkati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi li jippermettu l-kompetizzjoni attwali u potenzjali sabiex jinkisbu d-drittijiet li jixxandru dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, l-għadd ta’ avvenimenti elenkati mhuwiex sproporzjonat sabiex jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-swieq downstream tat-televiżjoni bla ħlas u tat-televiżjoni bi ħlas.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Il-proporzjonalità tal-miżuri tar-Renju Unit hija msaħħa bil-fatt li għadd ta’ avvenimenti elenkati jeħtieġu biss kopertura sekondarja adegwata.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(24)</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza [Infront WM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq], wieħed jikkonkludi li ddikjarazzjoni li l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 3a(1) tad-[Direttiva 89/552] huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja tikkostitwixxi deċiżjoni, li għalhekk għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi ddikjarat b’din id-Deċiżjoni li l-miżuri notifikati mir-Renju Unit huma kompatibbli mal-liġi Komunitarja. Il-miżuri, kif stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ppubblikati fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> b’konformità ma’ l-Artikolu 3a(2) tad-[Direttiva 89/552].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi garantita ċ-ċertezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data ta’ l-ewwel pubblikazzjoni tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.</HT><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża, l-UEFA invokat tmien motivi quddiem il-Qorti Ġenerali. Permezz tas-sentenza appellata, din tal-aħħar ċaħdet kull waħda minn dawn il-motivi u ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu. Hija ċaħdet ukoll talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, ippreżentata mill-UEFA u intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tistieden lill-Kummissjoni tipproduċi numru ta’ dokumenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-appell tagħha, l-UEFA invokat, essenzjalment, tmien aggravji bbażati, l-ewwel nett, fuq żbalji ta’ dritt u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ ċarezza u ta’ trasparenza, it-tieni nett, fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kwalifika tal-fażi finali tal-EURO bħala avveniment ta’ importanza kbira għas-soċjetà tar-Renju Unit, it-tielet nett, fuq żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-impriżi pubbliċi u l-impriżi li lilhom l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi, ir-raba’ nett, fuq żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat li jikkonċernaw il-kompetizzjoni, il-ħames nett, fuq żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, is-sitt nett, fuq żbalji ta’ liġi fl-applikazzjoni tad-dritt għall-proprjetà u, is-seba’ nett, fuq żbalji ta’ liġi dwar il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi osservat li, permezz tal-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552, il-leġiżlatur tal-Unjoni awtorizza lill-Istati Membri jagħżlu ċerti avvenimenti bħala ta’ importanza kbira għas-soċjetà tal-Istat Membru kkonċernat (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>avveniment ta’ importanza kbira<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) u b’hekk, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilu mit-Trattat, espliċitament aċċetta l-ostakli għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, għal-libertà ta’ stabbiliment, għall-kompetizzjoni libera u għad-dritt għall-proprjetà, li huma konsegwenza inevitabbli ta’ din il-kwalifika. Hekk kif jirriżulta mill-premessa 18 tad-Direttiva 97/36, il-leġiżlatur qies li tali ostakoli huma ġustifikati bl-għan intiż li jipproteġi d-dritt għal informazzjoni u li jiġi żgurat aċċess wiesa’ tal-pubbliku għax-xandir televiżiv tal-imsemmija avvenimenti.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-leġittimità li wieħed isegwi tali għan kien diġà ġie rrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustizzja li osservat li l-kummerċjalizzazzjoni tan-natura esklużiva tal-avvenimenti li jippreżentaw interess kbir għall-pubbliku tista’ tirrestrinġi, b’mod kunsiderevoli, l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni li tikkonċerna dawn l-avvenimenti. Issa, f’soċjetà demokratika u pluralista, id-dritt għall-informazzjoni għandu importanza partikolari li hija ferm iżjed manifesta fil-każ ta’ tali avvenimenti (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, Sky Österreich, C-283/11, punti 51 u 52).</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi ppreċiżat li, skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552, id-determinazzjoni tal-avvenimenti ta’ importanza kbira ssir biss mill-Istati Membri li jgawdu, f’dan ir-rigward, minn marġni ta’ diskrezzjoni importanti.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-fatt, minflok ma tarmonizza l-lista tal-avvenimenti, id-Direttiva 89/52 hija bbażata fuq il-premessa li, fi ħdan l-Unjoni, jeżistu diverġenzi kunsiderevoli ta’ natura soċjali u kulturali fir-rigward tal-importanza tagħhom għall-pubbliku inġenerali. Konsegwentement, l-Artikolu 3a(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi lista tal-avvenimenti magħżula <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>li huma meqjusa minn dak l-Istat Membru li huma ta’ importanza kbira<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> għas-soċjetà tiegħu. Il-premessa 18 tad-Direttiva 97/86 tenfasizza wkoll din is-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri billi tipprovdi li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>essenzjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li jkunu jistgħu jipproteġu d-dritt għall-informazzjoni u li jiżguraw aċċess wiesa’ tal-pubbliku għax-xandir televiżiv ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-importanza tal-imsemmija marġni ta’ diskrezzjoni barra minn hekk tirriżulta mill-fatt li d-Direttivi 89/552 u 97/36 ma jinkludux l-eżerċizzju tagħha permezz ta’ provvediment speċifiku. Fil-fatt, l-uniċi kriterji li huma jiffissaw sabiex l-Istat Membru kkonċernat ikun jista’ jagħżel avveniment bħala ta’ importanza kbira għas-soċjetà jissemmew fil-premessa 21 tad-Direttiva 97/36, li tipprovdi li dan għandu jkun avveniment straordinarju li jippreżenta interess għall-pubbliku inġenerali fl-Unjoni jew fl-Istat Membru speċifiku jew f’parti importanti ta’ Stat Membru speċifiku u li huwa organizzat bil-quddiem minn organizzatur ta’ avvenimenti li legalment għandu d-dritt li jbigħ drittijiet marbuta ma’ dan l-avveniment.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-nuqqas ta’ preċiżjoni relattiva ta’ dawn il-kriterji, huwa kull Stat Membru li għandu jagħtihom natura konkreta u li għandu jevalwa l-interess tal-avvenimenti kkonċernati għall-pubbliku inġenerali fir-rigward tal-partikolaritajiet soċjali u kulturali tas-soċjetà tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552, il-Kummissjoni għandha setgħa ta’ investigazzjoni tal-legalità tal-miżuri nazzjonali li permezz tagħhom jintgħażlu avvenimenti ta’ importanza kbira, li tippermettilha tiċħad il-miżuri li huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, il-Kummissjoni għandha l-obbligu, b’mod partikolari, li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ġewx issodisfatti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-avveniment ikkonċernat ġie inkluż fil-lista prevista fl-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552 skont proċedura ċara u trasparenti, fi żmien opportun u utli;</P></ITEM><ITEM><P>tali avveniment jista’ jiġi validament ikkunsidrat bħala ta’ importanza kbira;</P></ITEM><ITEM><P>il-kwalifika tal-avveniment ikkonċernat bħala ta’ importanza kbira hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħall-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni, mad-drittijiet fundamentali, mal-prinċipji tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-libertà ta’ stabbiliment, kif ukoll mar-regoli tal-kompetizzjoni libera.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tali setgħa ta’ investigazzjoni hija ristretta, u dan b’mod partikolari fir-rigward tal-eżami tat-tieni u tat-tielet kundizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Minn naħa, fil-fatt mill-importanza tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri, imsemmija fil-punt 12 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li s-setgħa ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun limitata għat-tiftix tal-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Istati Membri meta jiġu biex jagħżlu l-avvenimenti ta’ importanza kbira. Sabiex jiġi vverifikat jekk twettaqx tali żball ta’ evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha għalhekk b’mod partikolari tistħarreġ jekk l-Istat Membru kkonċernat eżaminax, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni, elementi li jsostnu l-konklużjonijiet misluta minnhom (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, Technische Universität München, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-269/90" PAGE.ECR="I-5469" YEAR="1991">C-269/90, Ġabra p. I-5469</REF.DOC.ECR>, punt 14, u tat-<DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Gowan Comércio Internacional e Serviços, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-77/09" PAGE.ECR="I-13533" YEAR="2010">C-77/09, Ġabra p. I-13533</REF.DOC.ECR>, punti 56 u 57).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, b’mod iktar preċiżament fir-rigward tat-tielet kundizzjoni msemmija fil-punt 17 ta’ din is-sentenza, ma jistax jiġi injorat li l-kwalifika valida ta’ avveniment bħala ta’ importanza kbira tagħti lok għal ostakoli inevitabbli għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, għal-libertà ta’ stabbiliment, għal-libertà ta’ kompetizzjoni u għad-dritt għall-proprjetà, intiżi mil-leġiżlatur tal-Unjoni u kkunsidrati minn dan tal-aħħar, hekk kif intqal fil-punt 10 ta’ din is-sentenza, bħala ġustifikati minħabba l-għan ta’ interess ġenerali intiż li jipproteġi d-dritt għall-informazzjoni u li jiżgura aċċess wiesa’ għall-pubbliku għax-xandir mill-ġdid televiżiv tal-imsemmija avvenimenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Artikolu 3a tad-Direttiva 89/52, jeħtieġ għalhekk li jiġi kkonstatat li, jekk avveniment ikun ġie kkwalifikat validament mill-Istat Membru kkonċernat bħala wieħed ta’ importanza kbira, il-Kummissjoni għandha l-obbligu teżamina biss l-effetti ta’ din il-kwalifika fuq il-moviment liberu tas-servizzi, fuq il-libertà ta’ stabbiliment, fuq il-kompetizzjoni libera u fuq id-dritt għall-proprjetà li jmorru lilhinn mill-effetti intrinsikament marbuta mal-inklużjoni ta’ dan l-avveniment fil-lista prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 3a.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ ċarezza u ta’ trasparenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju jsemmi l-punt 94 tas-sentenza appellata, li fiha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li r-rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ trasparenza previst fl-Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552 la għandu bħala għan u lanqas bħala effett li jġiegħel lill-awtorità nazzjonali kompetenti tesponi r-raġunijiet għalfejn hija ma segwietx opinjonijiet jew osservazzjonijiet li ġew ippreżentati lilha matul il-proċedura ta’ konsultazzjoni. L-UEFA ssostni li, skont dan ir-rekwiżit, Stat Membru ma jistax jiċħad mingħajr l-iċken spjegazzjoni l-opinjonijiet konverġenti ta’ numru ta’ partijiet indipendenti, inklużi dawk tal-grupp konsultattiv li barra minn hekk kienet ħolqot hija stess sabiex tingħata parir meta tiġi stabbilita l-lista prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 3a, kif ukoll dawk tal-awtorità tal-kompetizzjoni, pariri li jkunu ngħataw dwar kwistjoni importanti ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit u l-Kummissjoni jikkontestaw il-fondatezza tal-ewwel aggravju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Mill-punt 12 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-awtorità nazzjonali inkarigata mill-kwalifika ta’ avveniment bħala ta’ importanza kbira tgawdi minn marġni ta’ diskrezzjoni importanti. Għalhekk hija ma għandhiex l-obbligu li ssegwi l-opinjonijiet tal-korpi konsultattivi li jkunu ġew ikkonsultati minn din l-awtorità qabel id-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-motivi li għalihom tali opinjonijiet ma ġewx segwiti mill-imsemmija awtorità, huwa minnu li, bħal ma huwa rikjest mill-awturi tal-atti tal-Unjoni (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/06 P" PAGE.ECR="I-4951" YEAR="2008">C-413/06 P, Ġabra p. I-4951</REF.DOC.ECR>, punt 166), din l-awtorità għandha tindika r-raġunijiet għalfejn avveniment ġie kkwalifikat bħala wieħed ta’ importanza kbira, b’mod li tippermetti, minn naħa, lill-persuni interessati jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata sabiex ikunu jistgħu jsostnu d-drittijiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-qrati kompetenti jeżerċitaw l-istħarriġ tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Madankollu, bil-kontra ta’ dak li ssostni l-UEFA, sabiex jiġi sodisfatt tali għan, ma huwiex meħtieġ li l-imsemmija awtorità tiżvela r-raġunijiet speċifiċi għalfejn hija ma segwietx opinjonijiet ifformolati minn ċerti korpi konsultattivi, meta hija ma għandhiex l-obbligu li ssegwihom. F’dan ir-rigward, huwa mingħajr effett il-fatt li dawn l-opinjonijiet jingħataw minn numru ta’ korpi konsultattivi li jkollhom l-istess approċċ.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel aggravju għandu miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-kwalifika tal-fażi finali tal-EURO bħala avveniment ta’ importanza kbira</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwalifika ta’ avveniment ta’ importanza kbira tal-fażi finali tal-EURO, il-Qorti Ġenerali għamlet ir-raġunament li ġej fil-punt 103 tas-sentenza appellata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[…] ebda kunsiderazzjoni valida ma tippermetti li jiġi konkluż li, fil-prinċipju, il-logħob <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> u l-logħob li jinvolvi tim nazzjonali tar-Renju Unit, jista’ għaldaqstant jiġi kklassifikat fir-rigward tas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru u, minħabba dan il-fatt, li jifforma parti minn tali lista. Fil-fatt, [il-fażi finali ta]l-EURO [hija] kompetizzjoni li tista’ raġonevolment titqies bħala avveniment wieħed pjuttost li bħala sensiela ta’ avvenimenti individwali mqassma f’logħob <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/>, f’logħob ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> u f’logħob li fih jipparteċipa t-tim nazzjonali<?PAGE NO="10"?> relattiv magħhom. F’dan ir-rigward, huwa nnotat li, fil-kuntest [tal-fażi finali] tal-EURO, ir-riżultati tal-logħob ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> jiddeterminaw ix-xorti tat-timijiet, għalkemm il-parteċipazzjoni tagħhom għal logħob ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> jew għal logħob li fihom jipparteċipa t-tim nazzjonali relatat magħhom tista’ tiddependi fuq dan. B’dan il-mod, il-logħob ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> jiddefinixxu l-avversarji tat-tim nazzjonali relatat magħhom fil-fażi suċċessiva tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, ir-riżultati tal-logħob ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> jistgħu wkoll jiddeterminaw il-preżenza jew in-nuqqas ta’ dan it-tim fil-fażi suċċessiva tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-punt 120 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qalet li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[…] il-fatt li [l-fażi finali ta]l-EURO [t]issemma fil-premessa 18 tad-Direttiva 97/36 jimplika li l-Kummissjoni ma tistax tikkunsidra l-inklużjoni ta’ logħob ta’ din il-kompetizzjoni f’lista ta’ avvenimenti bħala kuntrarju għad-dritt Komunitarju għar-raġuni li l-Istat Membru kkonċernat ma kkomunikalhiex ir-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikaw in-natura tagħhom bħala avveniment ta’ importanza primarja għas-soċjetà [...]. Madankollu, l-eventwali konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-inklużjoni [tal-fażi finali] tal-EURO [kollha kemm hi] f’lista ta’ avvenimenti ta’ [importanza kbira] għas-soċjetà ta’ Stat Membru hija kompatibbli mad-dritt Komunitarju, għar-raġuni li din il-kompetizzjoni hija, minħabba l-karatteristiċi tagħha, validament meqjusa bħala avveniment uniku, jista’ jitqiegħed inkwistjoni abbażi ta’ elementi speċifiċi li juru li l-logħob ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> ma humiex ta’ tali importanza għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></QUOT.S></P></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>L-UEFA tilmenta li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tagħha li l-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li r-Renju Unit kien validament ikkunsidra l-fażi finali tal-EURO kollha kemm hi bħala avveniment ta’ importanza kbira. Fil-fehma tagħha, dan l-Istat Membru seta’ jagħżel bħala tali avveniment l-hekk imsejjaħ logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> biss, li huma l-finali u s-semifinali, kif ukoll il-logħob tat-timijiet ta’ dan l-Istat. B’hekk, il-lista ta’ tali avvenimenti stabbilita mir-Renju Unit ma missux inkluda l’hekk imsejjaħ logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, jiġifieri l-logħob lieħor ta’ din il-fażi finali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-UEFA ssostni, permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħha, li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-fatt li l-leġiżlatur tal-Unjoni semma sempliċement l-EURO, fil-premessa 18 tad-Direttiva 97/36, kellu bħala konsegwenza li l-Kummissjoni ma kellhiex bżonn tirrikjedi mill-Istati Membri li jimmotivaw speċjalment id-deċiżjoni tagħhom li jinkludu l-kompetizzjoni kollha kemm hi fil-lista tal-avvenimenti ta’ importanza kbira. Tali analiżi hija intiża b’mod żbaljat li teskludi lill-Kummissjoni mill-obbligu tagħha li tivverifika jekk l-avveniment ikkonċernat huwiex effettivament avveniment ta’ importanza kbira. Din il-premessa tagħti biss lista indikattiva tat-tip ta’ avvenimenti li jistgħu jippreżentaw tali importanza, b’tali mod li ma tikkostitwixxix preżunzjoni li l-avvenimenti li hija ssemmi huma ta’ importanza kbira.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-imsemmi aggravju, l-UEFA tilmenta li l-Qorti Ġenerali bbażat ħafna mill-konklużjonijiet tagħha fuq l-eżami ta’ elementi li l-Kummissjoni nnifisha ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti ta’ dan l-aggravju, l-UEFA ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet din l-analiżi abbażi ta’ elementi evalwati b’mod manifestament żbaljat.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, it-tieni aggravju huwa parzjalment inammissibbli inkwantu jqiegħed inkwistjoni l-evalwazzjoni tal-fatti magħmula mill-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, dan l-aggravju huwa nieqes minn kull bażi legali, fejn din il-konklużjoni hija kondiviża mir-Renju Unit.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tat-tieni aggravju, għandu jiġi osservat, qabel kollox, li l-Qorti Ġenerali qalet, fil-punt 103 tas-sentenza appellata, li l-EURO hija kompetizzjoni li tista’ raġonevolment titqies bħala avveniment wieħed pjuttost milli bħala sekwenza ta’ avvenimenti individwali maqsuma f’logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, f’logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> u f’logħob li jinvolvi t-tim nazzjonali kkonċernat. Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 5 tas-sentenza appellata, huwa interpreta l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>kampjonat Ewropew tal-futbol<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li għalih tirreferi l-premessa 18 tad-Direttiva 97/36, fis-sens li din tinkludi biss il-fażi finali ta’ din il-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, la l-imsemmija premessa u lanqas ebda element ieħor tad-Direttivi 85/552 jew 97/36 ma jinkludu ħjiel tali li jiġi stabbilit li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kampjonat Ewropew tal-futbol<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> huwa intiż biss għall-fażi finali ta’ din il-kompetizzjoni. B’hekk, dawn il-kliem bħala prinċipju għandhom ikopru wkoll il-fażi inizjali ta’ dan il-kampjonat, jiġifieri l-logħob tal-fażi eliminatorja. Issa, huwa paċifiku li l-logħob tal-fażi eleminatorja li jippreċedi l-fażi finali ma humiex tali, b’mod ġenerali, li joħolqu interess fil-pubbliku inġenerali ta’ Stat Membru paragunabbli ma’ dak li l-pubbliku inġenerali juri meta tkun qed tiżvolġi l-fażi finali. Fil-fatt, huma biss ċerti logħbiet speċifiċi tal-fażi eliminatorja, b’mod partikolari dawk li jinvolvu lit-tim nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat jew dawk tat-timijiet l-oħra tal-grupp ta’ kwalifika li fih ikun qed jilgħab dan it-tim, li jistgħu jqajmu tali interess.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jiġi raġonevolment ikkontestat li l-importanza tal-logħbiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> b’mod ġenerali tirriżulta li hija ogħla minn dik li b’mod ġenerali hija attribwita lil-logħob tal-fażi finali tal-EURO li jippreċedihom, jiġifieri l-logħob ta’ selezzjoni fil-gruppi. Għalhekk ma jistax jiġi <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> sostnut li l-importanza mogħtija lil din l-aħħar kategorija ta’ logħob hija ekwivalenti għal dik tal-ewwel kategorija ta’ logħob u li, għalhekk, il-logħob kollu ta’ selezzjoni fil-gruppi huwa mingħajr distinzjoni reputat li jagħmel parti minn avveniment wieħed ta’ importanza kbira bħal-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. B’hekk, il-kwalifika ta’ kull logħba bħala avveniment ta’ importanza kbira tista’ tkun differenti minn Stat Membru għal ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni jindika li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>kampjonat Ewropew tal-futbol<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-premessa 18 tad-Direttiva 97/36, huwa limitat biss għall-fażi finali u li dan jikkostitwixxi avveniment wieħed u indiviżibbli. Bil-kontra, l-EURO għandu jiġi kkunsidrat bħala avveniment li huwa bħala prinċipju diviżibbli f’diversi logħbiet jew stadji, fejn mhux kollha jistgħu neċessarjament jiġu kkwalifikati bħala avveniment ta’ importanza kbira.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu għandu jiġi speċifikat li tali interpretazzjoni żbaljata mill-Qorti Ġenerali tal-premessa 18 tad-Direttiva 97/36, u b’mod partikolari tal-kunċett tal-EURO, ma kellhiex effett f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tal-esklużjoni tal-logħob tal-fażi eliminatorja mid-definizzjoni tal-EURO, jeħtieġ sempliċement li jitfakkar li r-Renju Unit ma inkludiex dan il-logħob fil-lista ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira u li, għaldaqstant, id-deċiżjoni kontenzjuża ma tikkonċernax it-tali logħob.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali eżaminat fil-punti 128 sa 139 tas-sentenza appellata, abbażi tal-elementi prodotti mill-UEFA u fir-rigward tal-perċezzjoni tal-pubbliku tar-Renju Unit, jekk il-logħob kollu tal-fażi finali tal-EURO effettivament kienx iqajjem, fi ħdan dan il-pubbliku, biżżejjed interess sabiex ikun jista’ jagħmel parti minn avveniment ta’ importanza kbira. Issa, billi kkonkludiet li dan kien il-każ, il-Qorti Ġenerali kellha raġun billi tikkonstata li l-logħob kollu li jaqa’ taħt il-fażi finali tal-EURO seta’ jiġi kkunsidrat, fir-Renju Unit, bħala avveniment wieħed ta’ importanza kbira. Fir-rigward tal-fatti, l-evalwazzjoni tagħha kienet għaldaqstant konformi ma’ dak li jirriżulta mill-punt 38 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 107 sa 114 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-interpretazzjoni żbaljata tal-premessa 18 tad-Direttiva 97/36 ma kellhiex effett fuq il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 253 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>B’hekk, skont ir-raġunament espost fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali waslet għall-konstatazzjoni, li tinsab fil-punt 120 tas-sentenza appellata, li ebda Stat Membru ma għandu l-obbligu jikkomunika lill-Kummissjoni r-raġunijiet speċifiċi li għalihom kienet intiża l-fażi finali tal-EURO, kollha kemm hi, bħala avveniment wieħed ta’ importanza kbira fl-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, ġaladarba l-fażi finali tal-EURO ma tistax tiġi validament inkluża, kollha kemm hi, f’lista ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira indipendentement mill-interess li jqajjem il-logħob fl-Istat Membru kkonċernat, dan tal-aħħar ma huwiex eżentat mill-obbligu tiegħu li jikkomunika lill-Kummissjoni r-raġunijiet li jippermettu li jiġi kkunsidrat li fil-kuntest speċifiku tas-soċjetà ta’ dan l-Istat, il-fażi finali tal-EURO tikkostitwixxi avveniment wieħed li għandu jiġi kkunsidrat kollu kemm hu bħala ta’ importanza kbira għall-imsemmija soċjetà, pjuttost milli sekwenza ta’ avvenimenti individwali maqsuma fl-logħob ta’ diversi livelli ta’ interess.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 120 tas-sentenza appellata billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma setgħetx tqis l-inklużjoni ta’ logħob tal-fażi finali tal-EURO bħala kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni minħabba l-fatt li l-Istat Membru kkonċernat ma kkomunikalhiex ir-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikaw il-karatteristika tagħhom bħala avveniment ta’ importanza kbira għas-soċjetà.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi eżaminat jekk, fir-rigward ta’ dan l-iżball, is-sentenza appellata għandhiex tiġi annullata.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali ma huwiex tali li jinvalida s-sentenza appellata jekk id-dispożittiv tagħha jidher li huwa fondat minħabba motivi oħra ta’ liġi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-367/95 P" PAGE.ECR="I-1719" YEAR="1998">C-367/95 P, Ġabra p. I-1719</REF.DOC.ECR>, punt 47, kif ukoll tad-<DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, ThyssenKrupp Nirosta vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-352/09 P" PAGE.ECR="I-2359" YEAR="2011">C-352/09 P, Ġabra p. I-2359</REF.DOC.ECR>, punt 136).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ teżerċita s-setgħa tagħha ta’ investigazzjoni, il-motivazzjoni li wasslet lil Stat Membru jikkwalifika avveniment bħala ta’ importanza kbira tista’ tkun fil-qosor, bil-kundizzjoni li din il-motivazzjoni tkun rilevanti. B’hekk, ma jistax jiġi rikjest, b’mod partikolari, li l-Istat Membru jindika, fin-notifika nnifisha tal-miżuri kkonċernati, informazzjoni fid-dettall u b’ċifri fir-rigward ta’ kull element jew parti mill-avveniment li kien suġġett għal notifika lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, jekk il-Kummissjoni jkollha dubji, abbażi tal-elementi għad-dispożizzjoni tagħha, fir-rigward tal-kwalifika ta’ avveniment bħala ta’ importanza kbira, hija għandha titlob kjarifiki mingħand l-Istat Membru li jkun għamel din il-kwalifika (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Estonja, C-505/09 P, punt 67).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan il-każ, b’mod partikolari mill-komunikazzjoni tal-miżuri adottati mir-Renju Unit, li ġew innotifikati lill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20000505">5 ta’ Mejju 2000</DATE> u li huma annessi mad-deċiżjoni kontenzjuża, jirriżulta li l-Istat Membru għażel il-fażi finali tal-EURO kollha kemm hi, bħala avveniment ta’ importanza kbira minħabba l-fatt li dan il-logħob kollu, inkluż għalhekk il-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, kellu reżonanza partikolari fuq il-livell nazzjonali u kien jippreżenta interess speċifiku wkoll għal persuni li ma humiex dawk li komunement isegwu l-futbol, li l-udjenza televiżiva hija mingħajr dubju importanti u li dan il-logħob kollu kien tradizzjonalment imxandar b’xandira diretta permezz ta’ servizzi b’xejn.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Tali indikazzjonijiet innotifikati mir-Renju Unit skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552, jippermettu lill-Kummissjoni teżerċita l-investigazzjoni tagħha u li titlob, fil-każ li hija kienet tqis li huwa neċessarju jew opportun, kjarifiki supplimentari lil dan l-Istat Membru jew il-produzzjoni ta’ provi minbarra dawk li jinsabu fin-notifika ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, xejn ma jindika li l-Kummissjoni ma eżerċitatx tali investigazzjoni, ta’ natura ristretta, u li hija ma eżaminatx, fir-rigward tal-motivi msemmija fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, jekk il-ministeru ma wettaqx żball manifest ta’ evalwazzjoni billi għażel numru ta’ logħob li jagħmel parti mill-fażi finali tal-EURO bħala avveniment ta’ importanza kbira.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox mill-premessa 6 tad-deċiżjoni kontenzjuża jirriżulta li l-Kummissjoni effettivament ivverifikat jekk il-logħob kollu li kien jagħmel parti mill-fażi finali tal-EURO, għalhekk inkluż il-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, kellux reżonanza partikolari fir-Renju Unit, jiġifieri jekk il-logħob ta’ dan it-tornew kienx popolari ħafna għall-pubbliku inġenerali u mhux biss għat-telespettaturi li ġeneralment isegwu l-logħob tal-futbol fuq it-televiżjoni. Barra minn hekk, mill-premessa 18 ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li dan it-tornew kollu kemm hu, u għaldaqstant inkluż il-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, dejjem kien jiġi trażmess mill-ġdid fuq stazzjonijiet televiżivi ta’ aċċess liberu u li kien ġibed lejh bosta telespettaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Sussegwentement, mill-proċess jirriżulta li, quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni annettiet mar-risposta numru ta’ dokumenti b’ċifri li fuqhom hija bbażat ruħha sabiex tivverifika l-legalità tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit, inklużi dawk li kienu jirriżultaw minn dan l-Istat Membru u li kienu jagħmlu distinzjoni bejn il-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, il-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u dak li jinvolvi t-tim nazzjonali. Issa, l-UEFA ma kkontestatx il-fatt li dawn id-dokumenti kkostitwixxew il-bażi tad-deċiżjoni kontenzjuża u hija stess irrikonoxxiet li l-Kummissjoni kienet ħadet inkunsiderazzjoni tali statistika ta’ data (ara l-punt 58 ta’ din is-sentenza).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-UEFA ma tistax effettivament issostni li n-natura allegatament difettuża tal-investigazzjoni eżerċitata mill-Kummissjoni tirriżulta mill-fatt li l-imsemmija dokumenti b’ċifri jikkonċernaw il-perijodu li jippreċedi s-sena 2000 u li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-data li tikkonċerna l-perijodu 2000-2007, meta hija jmissha bbażat id-deċiżjoni kontenzjuża fuq l-elementi disponibbli meta din ġiet adottata, jiġifieri s-<DATE ISO="20071016">16 ta’ Ottubru 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-deċiżjoni kontenzjuża ġiet adottata bil-għan li tissostitwixxi d-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tat-<DATE ISO="20000728">28 ta’ Lulju 2000</DATE>, indirizzata lir-Renju Unit mid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Edukazzjoni u Kultura<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> li ġiet annullata bis-sentenza Infront WM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, minħabba l-fatt li hija ma kinitx ġiet adottata mill-kulleġġ tal-Membri tal-Kummissjoni. B’hekk sabiex tiggarantixxi ċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni tat effett retroattiv lid-deċiżjoni kontenzjuża, billi eżaminat l-istess miżuri nazzjonali, jiġifieri dawk innotifikati mir-Renju Unit fil-<DATE ISO="20000505">5 ta’ Mejju 2000</DATE>, u billi pprovdiet li din id-deċiżjoni kienet tapplika mit-<DATE ISO="20001118">18 ta’ Novembru 2000</DATE>, jiġifieri mill-pubblikazzjoni ta’ dawn il-miżuri fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Issa, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Kummissjoni setgħet tagħti tali effett retroattiv lid-deċiżjoni kontenzjuża (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19901113">13 ta’ Novembru 1990</DATE>, Fedesa <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-331/88" PAGE.ECR="I-4023" YEAR="1990">C-331/88, Ġabra p. I-4023</REF.DOC.ECR>, punti 45 sa 47), fejn dan l-effett barra minn hekk ma ġiex ikkontestat mill-UEFA.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni kellha l-obbligu twettaq l-eżami tagħha fir-rigward tas-sitwazzjoni li kienet teżisti fl-2000. F’dan ir-rigward, fid-dawl tan-nuqqas ta’ kontestazzjoni mill-UEFA, ma huwiex meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni kellhiex tieħu inkunsiderazzjoni din is-sitwazzjoni fid-data meta ġiet adottata d-deċiżjoni li ġiet issostitwita bid-deċiżjoni kontenzjuża jew fid-data meta ġew ippubblikati l-miżuri nazzjonali nnotifikati. B’hekk, hija kellha tivverifika jekk, f’dak iż-żmien, il-logħob kollu li kien jagħmel parti mill-fażi finali tal-EURO setax jiġi kkunsidrat bħala<?PAGE NO="14"?> avveniment ta’ importanza kbira. Issa, mill-proċess jirriżulta li l-UEFA ma pproduċiet ebda prova lill-Qorti Ġenerali li setgħet tippermettilha tikkonstata li l-Kummissjoni ma kinitx adottat id-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-provi disponibbli fl-2000. Bil-kontra, hija rrikonoxxiet li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq statistika ta’ data eżistenti fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li kienet tinsab fl-ittra tat-<DATE ISO="20000728">28 ta’ Lulju 2000</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, kien permess lill-UEFA li turi quddiem il-Qorti Ġenerali li, abbażi ta’ dawn il-provi, il-Kummissjoni jmissha kkonkludiet li r-Renju Unit kien wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi għażlet il-logħob kollu li kien jagħmel parti mill-fażi finali tal-EURO bħala avveniment ta’ importanza kbira.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Issa, għal dan il-għan, l-UEFA ssottomettiet quddiem il-Qorti Ġenerali d-data li tikkonċerna b’mod partikolari r-rata tat-telespettaturi tal-fażijiet finali tal-EURO tal-1996 u ta’ dak tal-2000, filwaqt li sostniet li dawn l-elementi juru li l-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ma kellux, fir-Renju Unit, reżonanza partikolari min-naħa tat-telespettaturi li ma jsegwux regolarment il-qasam tal-futbol.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali eżaminat id-data fil-punti 131 u 132 tas-sentenza appellata, iżda ma kkonfermatx l-evalwazzjoni proposta mill-UEFA.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Hija kkonkludiet fil-punt 139 tas-sentenza appellata, billi ħadet ukoll inkunsiderazzjoni data oħra sottomessa mill-UEFA, dwar il-perijodu ta’ wara s-sena 2000 (punti 128 sa 130, 135 u 136 tal-istess sentenza), li hija ma kinitx uriet li l-konstatazzjonijiet li jinsabu fil-premessi 6 u 18 tad-deċiżjoni kontenzjuża u msemmija fil-punt 53 ta’ din is-sentenza huma vvizzjati bi żball u lanqas li, konsegwentement, il-Kummissjoni jmissha kkonkludiet li r-Renju Unit kien wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi għażlet il-logħob kollu li kien jagħmel parti mill-fażi finali tal-EURO bħala avveniment ta’ importanza kbira.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-argumenti preċedenti jirriżulta li l-iżball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali ma jirriżultax li huwa tali li jinvalida s-sentenza appellata, peress li d-dispożittiv tagħha jidher li huwa fondat minħabba motivi oħra ta’ liġi. Konsegwentement, l-ewwel parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala ineffettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-istess aggravju, l-UEFA tilmenta li l-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha msemmija fil-punti 60 u 62 ta’ din is-sentenza, ibbażat numru mill-konklużjonijiet tagħha fuq elementi li l-Kummissjoni nnifisha ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-investigazzjoni tal-legalità msemmija fl-Artikolu 263 TFUE, il-Qorti Ġenerali ma tistax tissostitwixxi l-motivazzjoni tagħha stess ma’ dik tal-awtur tal-att ikkontestat u ma tistax timla, permezz tal-motivazzjoni tagħha stess, lakuna fil-motivazzjoni ta’ dan l-att, b’tali mod li l-eżami tagħha ma tkun torbot ma’ ebda evalwazzjoni li tinsab f’din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, Frucona Košice vs Il-Kummissjoni, C-73/11 P, punti 87 sa 90 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, l-eżami mwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-punti 126 sa 139 tas-sentenza appellata jorbot mal-evalwazzjonijiet li jinsabu fil-premessi 6 u 18 tad-deċiżjoni kontenzjuża u sempliċement tikkorrobora l-konstatazzjonijiet magħmula f’dawn il-premessi.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti ta’ dan l-aggravju, l-UEFA ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet l-analiżi msemmija fil-punti 60 u 62 ta’ din is-sentenza abbażi ta’ elementi li hija evalwat b’mod manifestament żbaljat.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>L-imsemmija parti, fil-verità, hija intiża sabiex tinkiseb il-possibbiltà li l-Qorti tal-Ġustizzja tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha tal-fatti ma’ dik tal-Qorti Ġenerali, mingħajr ma l-UEFA tinvoka żnaturament tal-fatti u tal-provi sottomessi lill-Qorti Ġenerali. Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, din il-parti għandha għalhekk tiġi miċħuda bħala inammissibbli (ara s-sentenzi tat-<?PAGE NO="15"?><DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE>, Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients VS Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/03 P" PAGE.ECR="I-4429" YEAR="2006">C-397/03 P, Ġabra p. I-4429</REF.DOC.ECR>, punt 85, kif ukoll tad-<DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, ThyssenKrupp Nirosta vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 180).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-impriżi pubbliċi u mal-impriżi li lilhom l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tielet aggravju tagħha, l-UEFA ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ma ddiskutietx il-kwistjoni bil-quddiem dwar jekk l-Artikolu 86(1) KE huwiex rilevanti f’dan il-każ. B’mod partikolari, minkejja li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-miżuri adottati mir-Renju Unit ma kinux ekwivalenti għal għoti ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, dan ma jsolvix il-kwistjoni, peress li l-impriżi kkonċernati, b’mod partikolari l-BBC u Channel 4, huma impriżi pubbliċi fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-istess aggravju, l-UEFA tqis li l-analiżi tal-Qorti Ġenerali tiżvela interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>drittijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> li jinsab fl-Artikolu 86(1) KE, li minħabba fiha hija kkonkludiet b’mod żbaljat li l-miżuri adottati mir-Renju Unit ma kinux ekwivalenti għall-għoti ta’ drittijiet speċjali għax-xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu. Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod partikolari b’mod formalistiku u teoretiku l-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru kinitx tagħti drittijiet speċjali lil tali xandara. Hija injorat ir-realtà ekonomika, ġaladarba din il-leġiżlazzjoni tippermetti fil-prattika lix-xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu li jakkwistaw drittijiet esklużivi ta’ xandir ta’ logħob tal-fażi finali tal-EURO fir-Renju Unit, meta x-xandara li joperaw stazzjonijiet bi ħlas fil-prattika ma jistgħux jakkwistaw tali drittijiet ta’ xandir.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti ta’ dan l-aggravju, l-UEFA ssostni li l-Qorti Ġenerali jmissha kkonstatat l-eżistenza ta’ drittijiet speċjali għax-xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu, minħabba l-fatt li r-Renju Unit kjarament tahom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>privilieġġi legali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Fil-fatt, jekk operatur li jopera stazzjon bi ħlas jixtri mill-UEFA d-dritt li jxandar logħba tal-fażi finali tal-EURO fir-Renju Unit, huwa ma jiġix awtorizzat ixandar dan id-dritt, sakemm ma jkunx ippropona b’kundizzjonijiet raġonevoli d-dritt inkwistjoni lix-xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu. Min-naħa l-oħra, dan l-operatur assolutament ma huwiex meħtieġ li jipproponi dawn id-drittijiet lil operaturi oħra li joperaw stazzjonijiet bi ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, it-tielet aggravju huwa inammissibbli inkwantu l-UEFA tinvoka numru ta’ argumenti li hija ma kinitx qajmet fir-rikors promotur tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali. Barra minn hekk, dan il-motiv huwa nieqes minn bażi legali, fejn din il-konklużjoni hija kondiviża mir-Renju Unit.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tat-tielet aggravju, għandu jiġi osservat, minn naħa, li, bil-kontra ta’ dak li tallega l-UEFA, il-Qorti Ġenerali ma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>evitatx milli titratta<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> il-kwistjoni li kellha tiġi ttrattata bil-quddiem dwar jekk l-Artikolu 86(1) KE kienx applikabbli f’dan il-każ. Hija eżaminat din il-kwistjoni fil-punti 165 sa 171 tas-sentenza appellata u kkonkludiet li din id-dispożizzjoni ma kinitx rilevanti u li għaldaqstant ma kinitx tapplika.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li, quddiem il-Qorti Ġenerali, l-UEFA ma qajmet ebda motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 86(1) KE kien applikabbli minħabba l-fatt li ċerti xandara li kienu joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu kienu impriżi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 86(1) KE.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali, dan l-argument għandu għalhekk jiġi miċħud bħala inammissibbli (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, Alliance One International u Standard Commercial Tobacco vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs Alliance One Internationat <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C-628/10 P u C-14/11 P, punt 111 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti ta’ dan l-aggravju, huwa paċifiku li l-kliem tal-Artikoli 98 u 101 tal-Liġi tal-1996 dwar ix-xandir, kif emendat bir-Regolament tal-2000 dwar ix-xandir bit-televiżjoni, ma jagħmel ebda distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta’ xandara u, b’mod partikolari, ma jagħtix lix-xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu protezzjoni li tiġi rrifjutata lil dawk li joperaw stazzjonijiet bi ħlas, fejn dawn ix-xandara huma b’mod partikolari liberi li jakkwistaw id-drittijiet ta’ xandir mill-ġdid mhux esklużivi tal-avvenimenti ta’ importanza kbira u li jittrażmettuhom mill-ġdid b’mod mhux esklużiv.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Ċertament, ma jistax jiġi eskluż li, fil-prattika, huma biss ċerti xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu, bħall-BBC u l-ITV, li finalment jittrażmettu mill-ġdid, wara l-awtorizzazzjoni tal-Office of Communications, il-logħob kollu tal-fażi finali tal-EURO fir-Renju Unit, peress li x-xandara li joperaw stazzjonijiet bi ħlas jinteressaw ruħhom biss f’xandir mill-ġdid li jibbenefika mill-esklużività u, minħabba f’hekk, ma jissottomettux offerta sabiex jakkwistaw id-drittijiet marbuta magħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali essenzjalment fil-punt 171 tas-sentenza appellata, tali effett huwa r-riżultat tal-istrateġija kummerċjali tax-xandara li joperaw stazzjonijiet bi ħlas li għażlu mudell ta’ impriża li tiffoka fuq l-esklużività, b’tali mod li huma inqas lesti li jaċċettaw xandir mill-ġdid mhux esklużiv tal-avvenimenti ta’ importanza kbira meta mqabbla max-xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu. Dan l-effett jirriżulta għalhekk prinċipalment mill-għażla kummerċjali libera ta’ din l-ewwel kategorija ta’ xandara u għaldaqstant ma jistax jiġi attribwit lil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet parti ta’ dan l-aggravju, għandu jiġi osservat li l-UEFA ma qajmitx motiv quddiem il-Qorti Ġenerali bbażat fuq il-fatt li x-xandara li joperaw stazzjonijiet ta’ aċċess liberu jgawdu minn privileġġ minħabba l-fatt li x-xandara li joperaw stazzjonijiet bi ħlas għandhom l-obbligu li jipproponu d-drittijiet ta’ xandir mill-ġdid tal-logħob kollu tal-fażi finali tal-EURO. Skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 76 ta’ din is-sentenza, tali argument għandu għalhekk jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti preċedenti, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment infondat u parzjalment inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-ksur ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat dwar il-kompetizzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>L-UEFA ssostni li, peress li l-Artikolu 86(1) KE hija kjarament applikabbli f’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma eżaminatx il-kwistjoni dwar jekk il-miżuri adottati mir-Renju Unit għandhomx bħala effett li jqiegħdu lill-BBC u lill-ITV f’pożizzjoni li huma ma setgħux jiksbu waħedhom mingħajr ma jiksru d-dritt tal-kompetizzjoni jew li ppermettitilhom jaslu iktar faċilment sabiex jiksru d-dritt tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ir-raba’ aggravju huwa ineffettiv.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>L-UEFA tilmenta li l-Qorti Ġenerali kisret numru ta’ artikoli tat-Trattat li jikkonċernaw il-kompetizzjoni, billi rrikonoxxiet li l-applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli jippresupponi, fil-kuntest ta’ din il-kwistjoni, l-applikabbiltà tal-Artikolu 86(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Issa, fil-punti 165 sa 171 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Artikolu 86(1) KE ma kienx applikabbli. Peress li l-UEFA ma waslitx tqiegħed inkwistjoni din il-konklużjoni fil-kuntest ta’ dan l-appell, ir-raba’ aggravju huwa ineffettiv u għandu għaldaqstant jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-prinċipju ta’ proporzjonalità</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ħames aggravju tagħha, l-UEFA ssostni li l-Qorti Ġenerali żnaturat il-motiv tagħha dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, peress li hija sostniet, quddiem din tal-aħħar, li, minn naħa, il-miżuri adottati mir-Renju Unit kienu jikkostitwixxu diskriminazzjoni kontra korpi ta’ xandir stabbiliti fi Stati Membri oħra u li, min-naħa l-oħra, id-definizzjoni ta’ x’inhu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>korp ta’ xandir bit-televiżjoni approvat<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, kien wisq strett biex ikun proporzjonat għall-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni. Issa, il-Qorti Ġenerali jmissha kkonstatat li tali miżuri kienu sproporzjonati abbażi ta’ kull waħda minn dawn iż-żewġ motivi.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni parti tal-ħames aggravju tagħha, l-UEFA ssostni li l-analiżi tal-Qorti Ġenerali hija żbaljata minħabba l-fatt li dan kien ippreżuma – mis-sempliċi fatt li l-fażi finali tal-EURO tista’ titqies bħala l-istess avveniment uniku u li, kollu kemm hu, huwa avveniment ta’ importanza kbira – li l-għan li kien jikkonsisti f’li jiġi ggarantit aċċess wiesgħa tal-pubbliku għax-xandir televiżiv ta’ dan l-avveniment ma setax raġonevolment jinkiseb permezz ta’ restrizzjoni inqas restrittiva minn dik li tirriżulta mill-miżuri adottati mir-Renju Unit, bħal lista li tinkludi biss ċerti logħbiet speċifiċi tal-fażi finali tal-EURO.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti ta’ dan l-aggravju, l-UEFA ssostni li, kieku kellu jitqies li l-fażi finali tal-EURO tista’ titqies bħala avveniment uniku ta’ importanza kbira għas-soċjetà tar-Renju Unit, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li twettaq eżami fid-dettall tal-kompatibbiltà tal-imsemmija miżuri mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tas-servizzi u dwar il-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Skont ir-Renju Unit u l-Kummissjoni, il-ħames aggravju huwa nieqes minn kull bażi legali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ħames aggravju tagħha, l-UEFA tilmenta li l-Qorti Ġenerali, fil-verità, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, minħabba l-fatt li hija ma rrispondietx għall-argumenti invokati quddiemha u bbażati fuq in-natura allegatament diskriminatorja tal-miżuri adottati mir-Renju Unit u fuq definizzjoni wisq restrittiva tal-kunċett ta’ korp ta’ xandir televiżiv approvat.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma għandhiex l-obbligu li tipprovdi espożizzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u individwali, l-argumenti kollha mressqa mill-partijiet fil-kawża. Konsegwentement, il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali jista’ jkollha natura impliċita dejjem jekk tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jkunu jafu r-raġunijiet għalfejn hija ma laqgħetx l-argumenti tagħhom u li Qorti tal-Ġustizzja jkollha biżżejjed elementi sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma għandhiex l-obbligu li<?PAGE NO="18"?> tirrispondi għall-argumenti invokati minn parti li ma humiex ċari u preċiżi biżżejjed, sa fejn ma humiex is-suġġett ta’ żvilupp partikolari ieħor u ma humiex akkumpanjati minn argument speċifiku li jissostanzjahom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-120/06 P+C-121/06 P" PAGE.ECR="I-6513" YEAR="2008">C-120/06 P u C-121/06 P, Ġabra p. I-6513</REF.DOC.ECR>, punti 91 u 96, kif ukoll tal-<DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, Edwin vs UASI, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-263/09 P" PAGE.ECR="I-5853" YEAR="2011">C-263/09 P, Ġabra p I-5853</REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq in-natura allegatament diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għandu jitfakkar li, fil-punti 148 u 149 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet, minn naħa, li din il-leġiżlazzjoni kienet tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi minħabba li, fattwalment, huwa iktar probabbli li jkun xandar li jopera stazzjon ta’ aċċess liberu, stabbilit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>skont kull probabbiltà f’dan l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, li jittrażmetti mill-ġdid il-logħob kollu tal-fażi finali tal-EURO prattikament b’esklużività, u mhux kompetitur stabbilit fi Stat Membru ieħor. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li tali restrizzjoni setgħet tkun ġustifikata peress li hija kienet intiża tipproteġi d-dritt għall-informazzjoni u li tiżgura aċċess wiesgħa għall-pubbliku għax-xandir mill-ġdid bit-televiżjoni ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà, nazzjonali jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Meta ddeċidiet il-kawża, il-Qorti Ġenerali tat biżżejjed motivazzjoni, anki jekk impliċita, li tippermetti lill-UEFA ssir taf ir-raġunijiet li għalihom ma ntlaqgħux l-argumenti tagħha u lill-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument dwar id-definizzjoni allegatament restrittiva tal-kunċett ta’ korp ta’ xandir televiżiv approvat, għandu jiġi osservat li dan kien is-suġġett ta’ punt wieħed biss fir-rikors promotur li kien jinkludi total ta’ 176 punt. Barra minn hekk, dan l-argument kien ibbażat biss fuq l-affermazzjoni li din id-definizzjoni hija definittivament iktar restrittiva minn dik adottata mill-Istati Membri l-oħra u li, fil-prattika, hija tillimita għal tlieta biss in-numru ta’ korpi li għandhom il-possibbiltà jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa. Fl-aħħar nett, fir-replika tagħha, l-UEFA ħadet ħsieb tiżviluppa l-imsemmi argument f’żewġ sentenzi qosra.</TXT></NP><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Konsegwentement, fir-rigward tal-fatt li l-imsemmi argument ma kien suġġett għal ebda żvilupp partikolari fis-sottomissjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar ma kellhiex obbligu li tirrispondi.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tal-ħames aggravju, għandu jiġi osservat qabel kollox li din hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-punt 152 tas-sentenza appellata. Fil-fatt, fuq dan il-punt, il-Qorti Ġenerali ma bbażatx ruħha fuq il-preżunzjoni li l-għan li jikkonsisti f’li jiġi ggarantit aċċess wiesgħa tal-pubbliku għax-xandir televiżiv ta’ avveniment uniku ta’ importanza kbira ma setgħetx possibbilment tinkiseb permezz ta’ restrizzjoni inqas restrittiva. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motiv tal-UEFA bħala wieħed ibbażat fuq premessa żbaljata, peress li kien ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri adottati mir-Renju Unit kienu sproporzjonati inkwantu l-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tal-fażi finali tal-EURO ma kienx ta’ importanza kbira. Issa, il-Qorti Ġenerali kellha raġun billi ddeċidiet kif għamlet ġaladarba hija kienet ikkonkludiet fil-punti 123 sa 141 tas-sentenza appellata, li l-fażi finali tal-EURO, kollha kemm hi u għaldaqstant inkluż il-logħob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>mhux ta’ importanza primarja<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, setgħet tiġi kkunsidrata li hija ta’ importanza kbira għas-soċjetà tar-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-tielet parti ta’ dan l-aggravju, mill-punt 19 ta’ din is-sentenza jirriżulta li hija l-Kummissjoni li għandha twettaq eżami ristrett, limitat għar-riċerka tal-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Istati Membri waqt l-istabbiliment tal-listi nazzjonali tal-avvenimenti ta’ importanza kbira.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, hemm lok sabiex il-ħames aggravju kollu kemm hu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt aggravju, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-applikazzjoni tad-dritt għall-proprjetà</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Skont l-UEFA, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset, minn naħa, li s-sempliċi fatt li l-fażi finali tal-EURO tista’ tiġi kkunsidrata bħala l-istess avveniment uniku ta’ importanza kbira huwa biżżejjed sabiex l-indħil fid-drittijiet ta’ proprjetà ta’ din l-assoċjazzjoni, fir-rigward ta’ kull waħda minn dan il-logħob differenti ta’ dan it-tornew, jiġi kkunsidrat bħala neċessarjament proporzjonat. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali wettqet żball iktar fundamentali meta naqset milli tevalwa l-portata tar-restrizzjonijiet imposti fuq id-drittijiet għall-proprjetà tal-UEFA, liema fatt ipprekludiha milli tagħmel l-analiżi korretta tal-kwistjoni dwar jekk l-iżvantaġġi kkawżati bil-miżuri adottati mir-Renju Unit kinux sproporzjonati jew le meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit u l-Kummissjoni jikkontestaw il-fondatezza ta’ dan l-aggravju.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kull persuna għandha d-dritt li tgawdi mill-proprjetà tal-beni li tkun akkwistat legalment, li tużahom, li tiddisponi minnhom u li tħallihom bħala wirt. L-użu tal-beni jista’ jiġi rregolat bil-liġi sa fejn ikun meħtieġ għall-interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 10, 20 u 21 ta’ din is-sentenza, jirriżulta, minn naħa, li l-preġudizzju għad-dritt għall-proprjetà tal-UEFA diġà jirriżulta mill-Artikolu 3a tad-Direttiva 85/552 u li dan il-preġudizzju jista’ jkun, bħala regola, ġustifikat mill-għan intiż li jipproteġi d-dritt għall-informazzjoni u li jiġi żgurat aċċess wiesa’ tal-pubbliku għax-xandiriet mill-ġdid fuq it-televiżjoni ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira. Min-naħa l-oħra, peress li l-logħob kollu tal-fażi finali tal-EURO kien validament ikkwalifikat mir-Renju Unit bħala avveniment ta’ importanza kbira, il-Kummissjoni kellha l-obbligu li teżamina biss l-effetti ta’ din il-kwalifika fuq id-dritt għall-proprjetà tal-UEFA li kienu jmorru lilhinn minn dawk intrinsikament marbuta mal-inklużjoni ta’ dan l-avveniment fil-lista tal-avvenimenti kkwalifikati minn dawn l-awtoritajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Issa, l-uniċi pretensjonijiet tal-UEFA li jikkonċernaw tali effetti huma bbażati fuq il-fatt li x-xerrejja potenzjali fil-bejgħ bl-irkant tad-drittijiet ta’ xandir mill-ġdid ikkonċernati, jiġifieri l-BBC u l-ITV, jifformaw alleanza u jippreżentaw offerta komuni. Madankollu, mir-rikors promotur ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali jirriżulta li tali argument ma tqajjimx quddiem il-Qorti Ġenerali. Fir-rigward tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 74 ta’ din is-sentenza, l-UEFA ma tistax b’hekk tinvokaha fil-kuntest ta’ dan l-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sitt aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi marbuta relatati mal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>L-UEFA ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma rrikjedietx li l-Kummissjoni tosserva l-livell ta’ motivazzjoni meħtieġ fid-dawl ta’ kull wieħed mis-sitt aggravji fuq il-mertu mqajma fl-appell. Id-deċiżjoni kontenzjuża jmissha ġiet annullata, qabel kollox, għaliex ma fihiex motivazzjoni suffiċjenti f’dak li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ avveniment ta’ importanza kbira tal-fażi finali tal-EURO. Għandu jingħad ukoll li l-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni hija wkoll difettuża fir-rigward<?PAGE NO="20"?> tal-ostakolu kkawżat lil-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għall-kompetizzjoni libera u għad-dritt għall-proprjetà tal-UEFA. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali ma jmisshiex ibbażat ruħha fuq l-allegata sitwazzjoni privileġġata li din tal-aħħar tislet mill-kwalità tagħha ta’ proprjetarja tad-drittijiet sabiex tiddetermina jekk il-motivazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni kinitx biżżejjed.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Skont ir-Renju Unit u l-Kummissjoni, is-seba’ aggravju huwa nieqes minn bażi legali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-motivazzjoni rikjesta mill-Artikolu 253 KE għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament segwit mill-istituzzjoni, awtur tal-att, b’tali mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u lill-qorti kompetenti teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jkun evalwat skont iċ-ċirkustanzi tal-każ, b’mod partikolari mill-kontenut tal-att, min-natura tal-motivi invokati u mill-interess li d-destinatarji tal-att jew persuni oħra kkonċernati direttament u individwalment minnu jista’ jkollhom li jirċievu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti, inkwantu l-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu 253 għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-kliem tiegħu iżda wkoll tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw is-suġġett ikkonċernat (sentenza ċċitata iktar ’il fuq Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala, iċċitata iktar ’il fuq, punt 166 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li, meta l-adozzjoni tal-att inkwistjoni jidħol f’kuntest magħruf sew mill-persuni kkonċernati, dan l-att jista’ jiġi mmotivat fil-qosor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni, C-335/09 P, punt 152 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552, għandu jitfakkar, minn naħa, li, billi adottathom, il-Kummissjoni teżerċita mhux daqstant setgħa deċiżjonali tagħha, iżda setgħa ta’ investigazzjoni li, barra minn hekk, huwa ristrett u limitat għat-tiftix ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Istati Membri fil-kwalifika ta’ avvenimenti ta’ importanza kbira (ara punti 12 u 19 ta’ din is-sentenza). L-imsemmija deċiżjonijiet għandhom għalhekk jinqraw fid-dawl tal-miżuri nazzjonali nnotifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li tali deċiżjonijiet jikkonċernaw, minbarra l-Istat Membru li jinnotifikahom lill-Kummissjoni, b’mod partikolari x-xandara li joperaw stazzjonijiet televiżivi f’dan l-Istat u l-proprjetarji ta’ drittijiet esklużivi ta’ xandir mill-ġdid għall-avvenimenti kkonċernati. Issa, ma jistax jiġi miċħud li dawn il-persuni kkonċernati prinċipali għandhom għarfien dettaljat tal-kuntest li fih ġew adottati dawn id-deċiżjonijiet, peress li, mill-inqas sabiex jiġi nnegozjat il-prezz ta’ dawn id-drittijiet, huma għandhom ikunu jafu l-elementi kollha li jaffettwaw sinjifikattivament il-valur tagħhom u, b’mod partikolari, l-interess li l-avveniment inkwistjoni jippreżenta għall-pubbliku tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552 tista’ tiġi mmotivata fil-qosor. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tindika biss raġunijiet fil-qosor li għalihom hija kkunsidrat avveniment bħala wieħed ta’ importanza kbira. Barra minn hekk, mill-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 20 sa 21 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-motivazzjoni dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri adottati mir-Renju Unit mar-regoli dwar il-moviment liberu tas-servizzi, mal-kompetizzjoni libera u mad-dritt għall-proprjetà tista’ tkun ta’ natura impliċita. Iktar preċiżament, meta l-effetti fuq il-moviment liberu tas-servizzi, fuq il-kompetizzjoni libera u fuq<?PAGE NO="21"?> id-dritt għall-proprjetà ma jmorrux lilhinn mill-effetti intrinsikament marbuta mal-inklużjoni tal-avveniment ikkonċernat fil-lista prevista fl-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 89/552, bħala prinċipju ma huwiex neċessarju li tali konklużjoni tiġi speċifikament immotivata.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li l-premessi 5, 6 u 18 tad-deċiżjoni kontenzjuża jesponu r-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni qieset li l-logħob kollu li jagħmel parti mill-fażi finali tal-EURO seta’ jiġi kkunsidrat bħala avveniment ta’ importanza kbira. B’hekk, il-premessa 6 tindika b’mod partikolari li dan l-avveniment għandu reżonanza partikolari fir-Renju Unit, peress li huwa partikolarment popolari għall-pubbliku inġenerali u mhux biss għat-telespettaturi li ġeneralment isegwu l-avvenimenti sportivi fuq it-televiżjoni. Din il-konstatazzjoni hija barra minn hekk ippreċiżata bil-premessa 18, fejn jirriżulta li l-imsemmi avveniment minn dejjem ġie trażmess mill-ġdid minn stazzjonijiet ta’ televiżjoni b’xejn u li ġibed lejh, bħala tali, minn numru ta’ telespettaturi.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball ta’ liġi billi qieset li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet tinkludi l-informazzjoni neċessarja li tippermetti, minn naħa, lill-UEFA ssir taf bir-raġunijiet għalfejn il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li l-logħob kollu li kien jagħmel parti mill-fażi finali tal-EURO seta’ jiġi kkunsidrat bħala avveniment ta’ importanza kbira u, min-naħa l-oħra, lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ tagħha fir-rigward tal-fondatezza ta’ din il-konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aspetti l-oħra tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża, xejn ma jindika f’din il-kawża, li l-effetti fuq il-moviment liberu tas-servizzi u fuq il-kompetizzjoni libera jmorru lilhinn mill-effetti intrinsikament marbuta mal-inklużjoni tal-fażi finali tal-EURO fil-lista tal-avvenimenti ta’ importanza kbira. Fir-rigward tal-allegat preġudizzju għad-dritt għall-proprjetà li jmur lilhinn minn dak li jirriżulta minn din is-sempliċi inklużjoni, għandu jitfakkar li tali argument tqajjem mill-UEFA biss quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, is-seba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Peress li ebda waħda mis-seba’ aggravji invokati mill-UEFA insostenn tal-appell tagħha ma tista’ tiġi milqugħa, hemm lok li dan l-appell jiġi miċħud kollu kemm hu bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma huwiex fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli tal-Proċedura, applikabbli fl-appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, kull parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-UEFA tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-kawża kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Union des associations européennes de football (UEFA) hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>