European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2520

16.12.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2520

tal-15 ta’ Diċembru 2025

li jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Aromia bungii (Faldermann) u dwar miżuri għall-qerda u t-trażżin ta’ dak il-pest f’ċerti żoni demarkati u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), il-punti (a) sa (f), u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1503 (2) tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u tat-tixrid fl-Unjoni tal-Aromia bungii (Faldermann) (“il-pest speċifikat”). Huwa pest distruttiv ħafna għall-ispeċijiet tal-pjanti Prunus fit-territorju tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (3) jistabbilixxi, fil-Parti B tal-Anness II tiegħu, il-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni li huma magħrufa li jokkorru fit-territorju tal-Unjoni.

(3)

Il-pest speċifikat huwa inkluż fil-Parti B tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament, peress li huwa magħruf li jokkorri f’ċerti partijiet tat-territorju tal-Unjoni. Huwa elenkat ukoll fl-Anness tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 (4) bħala pest ta’ prijorità.

(4)

Il-pjanti ospitanti, li fil-passat instabu li kienu infestati mill-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, x’aktarx li jikkontribwixxu għat-tixrid tiegħu (“il-pjanti speċifikati”). Jenħtieġ li jkunu soġġetti għal stħarriġiet annwali u għal ċerti miżuri għall-qerda jew għat-trażżin, kif applikabbli, fiż-żoni demarkati.

(5)

Abbażi tas-sejbiet tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, il-lista tal-pjanti speċifikati jenħtieġ li tiġi estiża biex tkopri l-ispeċijiet kollha tal-Prunus u jenħtieġ li ma tibqax tinkludi l-Prunus laurocerasus.

(6)

Sabiex jiġu żgurati d-detezzjoni bikrija u l-qerda tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, fejn il-pest speċifikat ma jkunx magħruf li jokkorri, jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet annwali. Dawn jenħtieġ li jkopru l-pjanti speċifikati kollha, sabiex ikunu l-aktar effettivi. Dawk l-istħarriġiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-parir xjentifiku tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) li jinsab fil-Linji Gwida Ġenerali għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti (5).

(7)

Huwa possibbli li jintużaw pjanti speċifikati biex jattiraw il-pest speċifikat u b’hekk jiddelimitaw il-preżenza tiegħu f’każ ta’ sejba.

(8)

Barra minn hekk, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031, kull Stat Membru għandu jfassal u jżomm aġġornat pjan ta’ kontinġenza għal kull pest ta’ prijorità li jkun jista’ jidħol u jiġi stabbilit fit-territorju tiegħu. Abbażi tal-esperjenza minn tifqigħat preċedenti, jeħtieġ li jiġu adottati regoli speċifiċi li jimplimentaw l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/2031 sabiex jitfassal pjan ta’ kontinġenza komprensiv f’każ ta’ sejbiet tal-pest speċifikat fl-Unjoni.

(9)

Sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni u filwaqt li titqies il-kapaċità tat-tixrid tiegħu, jenħtieġ li l-wisa’ ta’ żona ta’ lqugħ tkun mill-inqas 2 km lil hinn mill-konfini taż-żona infestata.

(10)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri ta’ qerda u biex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-pest speċifikat fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-istħarriġiet annwali taż-żoni demarkati. Dawk ir-regoli jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti sabiex jadattaw għall-aktar evidenza xjentifika u teknika aġġornata.

(11)

Sabiex jiġi żgurat rispons proporzjonat għar-riskju fitosanitarju, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli għat-tnaqqis tad-daqs taż-żoni demarkati, derogi mill-istabbiliment tagħhom u t-tneħħija tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli u d-derogi, biex jiġi żgurat li l-pest speċifikat ma jinxteridx fil-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

(12)

F’każijiet ta’ sejbiet iżolati tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, l-istabbiliment ta’ żona demarkata jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ jekk il-pest speċifikat ikun jista’ jiġi eliminat mill-pjanti rispettivi, u jekk ikun hemm evidenza li dawk il-pjanti kienu infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona, jew jekk is-sejba ma tkunx mistennija twassal għall-stabbiliment. Dan huwa l-aktar approċċ proporzjonat, dment li l-istħarriġiet imwettqa fiż-żona kkonċernata jikkonfermaw in-nuqqas tal-pest speċifikat. Madankollu, f’każijiet speċifiċi ħafna, fejn il-feġġ u t-tixrid tal-pest speċifikat jistgħu jiġu esklużi b’mod inekwivoku u r-riskju rispettiv jitqies negliġibbli, tali sorveljanza mhijiex ġustifikata u għalhekk jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa.

(13)

F’ċerti żoni tat-territorju tal-Unjoni, il-qerda tal-pest speċifikat ma għadhiex possibbli. Għalhekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jitħallew japplikaw miżuri għat-trażżin ta’ dak il-pest f’dawk iż-żoni, minflok il-qerda tiegħu.

(14)

Il-miżuri fiż-żoni demarkati taħt trażżin jenħtieġ li jkunu inqas stretti mill-miżuri għall-qerda, iżda jenħtieġ li jiżguraw approċċ ta’ stħarriġ diliġenti u t-teħid ta’ azzjonijiet ta’ prekawzjoni, prinċipalment fiż-żoni ta’ lqugħ rispettivi, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni.

(15)

Peress li l-miżuri li jikkonċernaw iż-żoni demarkati għat-trażżin huma inqas stretti mill-miżuri fiż-żoni demarkati għall-qerda, jenħtieġ li l-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ tiżdied għal mill-inqas 4 km biex jiġi żgurat li l-pest speċifikat ma jinxteridx barra minn dawk iż-żoni demarkati.

(16)

L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn b’kull żona demarkata għat-trażżin li jkollhom l-intenzjoni li jiddeżinjaw jew jimmodifikaw, sabiex il-Kummissjoni tikseb perspettiva tat-tixrid tal-pest speċifikat fit-territorju tal-Unjoni, u sabiex tkun tista’ tinkludi ż-żona rispettiva f’lista ta’ żoni demarkati għat-trażżin.

(17)

Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija immedjata tal-pjanti infestati u sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-pest speċifikat lejn il-bqija tat-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li l-istħarriġiet taż-żoni ta’ lqugħ jitwettqu kull sena fl-aktar żmien xieraq tas-sena u b’intensità suffiċjenti, filwaqt li titqies il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw ulterjorment il-pjanti speċifikati fiż-żoni infestati għat-trażżin.

(18)

Sabiex jiġi evitat it-tixrid possibbli tal-pest speċifikat ’il barra miż-żoni demarkati, l-intensità tal-istħarriġiet madwar il-postijiet tal-produzzjoni fiż-żoni demarkati jenħtieġ li tkun aktar intensiva milli fil-bqija ta’ dawn iż-żoni.

(19)

Il-miżuri li jinsabu fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503 dwar l-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni tal-pjanti speċifikati, huma inklużi fl-Annessi VII u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-istħarriġiet, il-qerda u t-trażżin tal-pest speċifikat jenħtieġ li jiġu aġġornati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031 u jiġu sostitwiti bil-miżuri ta’ dan ir-Regolament.

(20)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503 titħassar.

(21)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar l-istħarriġiet abbażi tal-Kard tal-Istħarriġ dwar il-Pesti tal-Awtorità fir-rigward tal-Aromia bungii (6) u l-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju (7) jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2027 sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jippjanaw, iħejju d-disinn u jallokaw biżżejjed riżorsi għal tali stħarriġiet.

(22)

Ir-rapportar tal-istħarriġiet fiż-żoni jenħtieġ li jsir b’mod uniformi biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-armonizzazzjoni u għalhekk jenħtieġ li jiġi previst mudell speċifiku.

(23)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni tal-istabbiliment u t-tixrid fit-territorju tal-Unjoni tal-Aromia bungii (Faldermann), , miżuri għall-qerda tiegħu, fejn jinstab preżenti f’dak it-territorju, u miżuri għat-trażżin tiegħu, meta l-qerda ma tibqax possibbli.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“pest speċifikat” tfisser Aromia bungii (Faldermann);

(2)

“pjanti speċifikati” tfisser pjanti għat-tħawwil, għajr iż-żrieragħ, li għandhom zokk jew għonq tal-għerq b’dijametru ta’ 1 cm jew aktar fl-eħxen punt tagħhom, ta’ Prunus spp;

(3)

“pjanti sentinella” tfisser pjanti speċifikati mħawla speċifikament biex jappoġġaw id-detezzjoni bikrija tal-pest speċifikat u użati għall-istħarriġiet;

(4)

“injam speċifikat u materjal tal-injam għall-imballaġġ” tfisser injam u materjal tal-injam għall-imballaġġ ta’ Prunus spp.;

(5)

“żona demarkata għat-trażżin” tfisser żona, fejn il-pest speċifikat ma jistax jinqered, elenkata fl-Anness I.

KAPITOLU II

STĦARRIĠIET ANNWALI GĦALL-PEST SPEĊIFIKAT FIT-TERRITORJU TAL-UNJONI U PJANIJIET TA’ KONTINĠENZA

Artikolu 3

Stħarriġiet tat-territorju tal-Unjoni barra miż-żoni demarkati

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet annwali bbażati fuq ir-riskju tal-pjanti speċifikati fiż-żoni tat-territorji tagħhom, fejn il-pest speċifikat mhuwiex magħruf li jokkorri, għall-preżenza ta’ dak il-pest.

2.   Id-disinn u l-iskema tal-kampjunar ta’ dawk l-istħarriġiet għandhom jippermettu li jiġi individwat, fl-Istat Membru kkonċernat, b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja, livell baxx ta’ preżenza ta’ pjanti infestati.

Għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju għall-pesti tal-pjanti.

3.   L-istħarriġiet għandhom jitwettqu:

(a)

abbażi tal-livell tar-riskju fitosanitarju rispettiv;

(b)

fiż-żoni fil-beraħ, naturali u urbani, kif ukoll fil-mixliet, fiċ-ċentri tal-ġardinaġġ, fiċ-ċentri tan-negozjar, fl-impjanti tal-isserrar tal-injam iebes, f’postijiet fejn jinħażnu jew jiġu nnegozjati l-komoditajiet relatati mal-materjali tal-injam għall-imballaġġ, u siti rilevanti oħra, kif xieraq;

(c)

fi żminijiet xierqa matul is-sena fir-rigward tal-possibbiltà ta’ detezzjoni tal-pest speċifikat, filwaqt li titqies il-bijoloġija ta’ dak il-pest, il-preżenza u l-bijoloġija tal-pjanti speċifikati, u l-informazzjoni xjentifika u teknika msemmija fil-Karta tal-Istħarriġ tal-Pesti tal-Awtorità dwar l-Aromia bungii.

4.   L-istħarriġiet għandhom jikkonsistu minn:

(a)

eżami viżwali tal-pjanti speċifikati; u

(b)

fejn xieraq, il-qbid u l-ġbir ta’ kampjuni u l-ittestjar.

Sabiex jiġu kkomplementati l-eżamijiet viżwali, fejn xieraq, jistgħu jintużaw klieb tat-tfittxija mħarrġa speċifikament.

Artikolu 4

Pjanijiet ta’ kontinġenza

Kull Stat Membru għandu jipprevedi dan li ġej fil-pjan ta’ kontinġenza tiegħu, kif meħtieġ fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/2031:

(a)

il-qerda tal-pest speċifikat, kif stabbilit fl-Artikolu 9;

(b)

ir-riżorsi meħtieġa li għandhom ikunu disponibbli, u l-proċeduri biex dawk ir-riżorsi jsiru disponibbli, f’każ ta’ preżenza kkonfermata jew issuspettata tal-pest speċifikat;

(c)

il-proċeduri għall-identifikazzjoni tas-sidien tal-pjanti li għandhom jitneħħew, filwaqt li jinnotifikaw l-ordni tat-tneħħija u jivvalutaw il-proprjetajiet privati, fejn għandhom jiġu applikati miżuri f’każ ta’ detezzjoni tal-pest speċifikat.

L-Istati Membri għandhom jaġġornaw kull sena l-pjanijiet ta’ kontinġenza tagħhom, kif xieraq.

KAPITOLU III

ŻONI DEMARKATI

Artikolu 5

Stabbiliment taż-żoni demarkati

1.   Fejn il-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mingħajr dewmien, jistabbilixxi żona demarkata għall-fini tal-qerda tal-pest speċifikat.

2.   Wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-pest speċifikat u l-istabbiliment taż-żona demarkata msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jiddeterminaw il-livell ta’ infestazzjoni permezz ta’ stħarriġ ta’ delimitazzjoni.

3.   Meta, abbażi tar-riżultati tal-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 3, matul mill-inqas 4 snin konsekuttivi, l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-livell ta’ infestazzjoni mill-pest speċifikat ikun tali li l-qerda tiegħu tkun impossibbli, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tbiddel ir-reġim għat-trażżin. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih lill-Kummissjoni bid-dettalji taż-żona demarkata l-ġdida għat-trażżin li biħsiebha tiddeżinja jew timmodifika, sabiex tali żona tiġi inkluża fil-lista taż-żoni demarkati għat-trażżin fl-Anness I.

4.   Iż-żona demarkata għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

żona li tinkludi l-pjanti infestati kollha u l-pjanti speċifikati kollha li jistgħu jiġu infestati, f’raġġ ta’ mill-inqas 100 m madwar il-pjanti infestati (“żona infestata”);

(b)

żona ta’ lqugħ:

(i)

b’wisa’ ta’ mill-inqas 2 km lil hinn mill-konfini taż-żona infestata fil-każ ta’ żona demarkata għall-qerda tal-pest speċifikat;

(ii)

b’wisa’ ta’ mill-inqas 4 km lil hinn mill-konfini taż-żona infestata, fil-każ ta’ żona demarkata għat-trażżin.

5.   Id-delimitazzjoni taż-żona demarkata għandha tkun ibbażata fuq:

(a)

il-prinċipji xjentifiċi, il-bijoloġija tal-pest speċifikat, il-livell ta’ infestazzjoni, id-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti speċifikati fiż-żona kkonċernata u l-evidenza dwar l-istabbiliment tal-pest speċifikat;

(b)

stħarriġ ta’ delimitazzjoni b’disinn u skema ta’ kampjunar li jippermettu d-detezzjoni b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %;

(c)

il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistikament sodi u bbażati fuq ir-riskju.

6.   Għall-finijiet tat-teħid tal-miżuri ta’ qerda msemmija fl-Artikolu 9, il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ tista’ titnaqqas sa mhux inqas minn 1 km fejn l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-qerda tal-pest speċifikat hija possibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tat-tifqigħa, bħad-daqs u l-post tagħha, il-livell ta’ infestazzjoni jew in-numru u d-distribuzzjoni tal-pjanti speċifikati.

Fil-każ ta’ żona demarkata għat-trażżin, il-wisa’ taż-żona ta’ lqugħ tista’ titnaqqas għal mhux inqas minn 2 km, jekk l-awtorità kompetenti tqis li dik id-distanza hija xierqa għat-trażżin tal-pest speċifikat, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi tat-tifqigħa, bħad-daqs u l-post tagħha, il-livell ta’ infestazzjoni jew n-numru u d-distribuzzjoni tal-pjanti speċifikati.

Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-pubbliku ġenerali u l-operaturi professjonisti jkunu konxji mid-delimitazzjoni taż-żoni demarkati.

Artikolu 6

Derogi mill-istabbiliment taż-żoni demarkati

1.   B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix żona demarkata jekk ikun hemm evidenza li:

(a)

il-pest speċifikat ikun ġie introdott fiż-żona bil-pjanti, bl-injam jew bil-materjal tal-injam għall-imballaġġ li fuqhom ikun instab, u dawk il-pjanti, l-injam jew il-materjal tal-injam għall-imballaġġ ikunu ġew infestati qabel l-introduzzjoni tagħhom fiż-żona kkonċernata u ma tkun seħħet l-ebda multiplikazzjoni tal-pest speċifikat jew tkun sejba iżolata, mhux mistennija li twassal għal stabbiliment; u

(b)

ma jkun hemm l-ebda stabbiliment tal-pest speċifikat u t-tixrid u t-tnissil b’suċċess tal-pest speċifikat ma jkunux possibbli minħabba l-bijoloġija tiegħu, abbażi tar-riżultati ta’ investigazzjoni speċifika u l-miżuri ta’ qerda meħuda.

2.   Meta l-awtorità kompetenti tuża d-deroga prevista fil-paragrafu 1, hija għandha:

(a)

tieħu miżuri immedjati biex tiżgura l-qerda minnufih tal-pest speċifikat u teskludi l-possibilità tat-tixrid tiegħu;

(b)

matul mill-inqas ċiklu wieħed tal-ħajja tal-pest speċifikat flimkien ma’ sena addizzjonali, u mhux inqas minn 4 snin konsekuttivi, tissorvelja wisa’ ta’ mill-inqas 1 km madwar il-pjanti infestati jew il-post fejn instab il-pest speċifikat, regolarment u b’mod intensiv, f’konformità mal-Artikolu 3, mill-inqas matul l-ewwel perjodu tat-titjir tal-pest speċifikat;

(c)

tittraċċa lura l-oriġini tal-infestazzjoni, billi teżamina l-pjanti speċifikati, l-injam speċifikat jew il-materjal tal-injam għall-imballaġġ madwar is-sejba għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni, inkluż permezz ta’ kampjunar distruttiv immirat, biex tiġi skartata l-preżenza tal-larva;

(d)

tqajjem sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat; u

(e)

tieħu kwalunkwe miżura oħra li tista’ tgħin fil-qerda tal-pest speċifikat, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (“ISPM”, International Standard for Phytosanitary Measures) Nru 9 (8) u tapplika approċċ integrat f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-ISPM Nru 14 (9).

Il-punt (b) tal-paragrafu 2 ma għandux japplika fil-każijiet fejn il-preżenza jew il-feġġ ta’ adulti tal-pest speċifikat fil-pjanta speċifikata, fl-injam speċifikat jew fil-materjal tal-injam għall-imballaġġ speċifikat jistgħu jiġu esklużi b’mod inekwivoku u r-raġunijiet għal dik il-konklużjoni jkunu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni bil-miktub.

Artikolu 7

Tneħħija taż-żona demarkata

Żona demarkata tista’ titneħħa meta, abbażi tal-istħarriġiet previsti fl-Artikolu 8, ma jkunx hemm detezzjoni tal-pest speċifikat fiż-żona demarkata għal mill-inqas 4 snin konsekuttivi.

Id-demarkazzjoni tista’ titneħħa wkoll f’każijiet fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1).

Artikolu 8

Stħarriġiet annwali fiż-żoni demarkati u spezzjonijiet tal-pjanti sentinella

1.   Fiż-żoni demarkati, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu stħarriġiet intensivi annwali fuq il-pjanti speċifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, biex jindividwaw il-preżenza tal-pest speċifikat filwaqt li jqisu l-informazzjoni msemmija fil-kard tal-istħarriġ dwar il-pesti tal-Awtorità dwar l-Aromia bungii u f’konformità mal-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

2.   L-istħarriġiet għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 3(3) u (4) biex tiġi individwata l-preżenza tal-pest speċifikat.

Sabiex jiġu kkomplementati l-eżamijiet viżwali, fejn xieraq, jistgħu jintużaw siġar sentinella.

Barra minn hekk, il-kampjuni distruttiv immirat għandu jitwettaq mill-korp uffiċjali responsabbli, fejn xieraq.

3.   Id-disinn tal-istħarriġ għandu jqis il-linji gwida Ġenerali għal stħarriġ statistikament sod u bbażat fuq ir-riskju u d-disinn tal-istħarriġ u l-iskema ta’ kampjunar użata għall-istħarriġiet ta’ detezzjoni għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b’mill-inqas 95 % ta’ kunfidenza, livell ta’ preżenza tal-pesti speċifikati ta’ 1 %.

4.   Fil-każijiet fejn jintużaw pjanti sentinella, dawk il-pjanti għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet mill-inqas darba fix-xahar matul l-istaġun tat-titjir. Dawn għandhom jinqerdu u jiġu eżaminati, sa mhux aktar tard minn qabel ma l-pest speċifikat ikun jista’ jikkompleta ċiklu tal-ħajja sħiħ wieħed fiż-żona tal-Istat Membru kkonċernat.

5.   Ir-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont dan l-Artikolu għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli msemmija fl-Anness II.

KAPITOLU IV

MIŻURI TA’ QERDA U TA’ TRAŻŻIN

Artikolu 9

Miżuri ta’ qerda

1.   Sabiex jinqered il-pest speċifikat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin fiż-żoni infestati:

(a)

it-tqaċċit immedjat tal-pjanti infestati u tal-pjanti b’sintomi kkawżati mill-pest speċifikat, u t-tneħħija sħiħa tal-għeruq tagħhom jekk l-pest speċifikat jinsab li jkun bejjet ’l isfel mill-għonq tal-għerq tal-pjanta infestata;

(b)

it-tqaċċit tal-pjanti speċifikati kollha fi ħdan raġġ ta’ mill-inqas 100 m madwar il-pjanti infestati u l-eżami ta’ dawk il-pjanti speċifikati għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni;

(c)

it-tneħħija, l-eżami u r-rimi b’mod sikur tal-pjanti mqaċċta f’konformità mal-punti (a) u (b), filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat matul u wara t-tqaċċit;

(d)

it-tneħħija, l-eżami u r-rimi sikur tal-injam u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ assoċjati mal-infestazzjoni, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat matul u wara t-tqaċċit;

(e)

il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe moviment ta’ pjanti, injam u materjal tal-injam għall-imballaġġ potenzjalment infestati barra miż-żona demarkata;

(f)

l-investigazzjoni tal-oriġini tal-infestazzjoni bit-traċċar lura tal-pjanti, tal-injam, tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ u ta’ oġġetti oħra assoċjati mal-infestazzjoni, u l-eżami tagħhom għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni, inkluż il-kampjunar distruttiv immirat;

(g)

is-sostituzzjoni tal-pjanti speċifikati bi speċijiet oħrajn ta’ pjanti mhux suxxettibbli, fejn xieraq;

(h)

il-projbizzjoni tal-preżenza ta’ pjanti speċifikati ġodda fil-beraħ fiż-żona msemmija fil-punt (b), għajr:

—

għall-postijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Anness VIII, p. 17.4, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, u

—

għall-pjanti sentinella;

(i)

it-trawwim tas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u l-miżuri adottati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u tat-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, inkluż il-kundizzjonijiet rigward il-moviment tal-pjanti speċifikati, tal-injam speċifikat u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ miż-żona demarkata;

(j)

miżuri speċifiċi li jindirizzaw kull sitwazzjoni partikolari jew kumplikazzjoni li tista’ tkun mistennija li timpedixxi, tfixkel, jew iddewwem il-qerda, b’mod partikolari dawk relatati mal-aċċessibbiltà u l-qerda xierqa tal-pjanti kollha li jkunu infestati jew li jkun hemm suspett li huma infestati, irrispettivament mill-post fejn jinsabu, ikunux ta’ sjieda pubblika jew privata, jew irrispettivament mill-persuna jew mill-entità li hija responsabbli għalihom;

(k)

kwalunkwe miżura oħra li tista’ tikkontribwixxi għall-qerda tal-pest speċifikat, f’konformità mal-ISPM Nru 9 (10) u l-applikazzjoni ta’ approċċ sistematiku f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-ISPM Nru 14 (11).

Fil-każijiet tal-punt (a), fejn ma jkunx possibbli li jitneħħew il-ġdur li jkunu mdaħħlin fil-fond u l-għeruq tas-superfiċe, dawn għandhom ikunu mitħuna għal mill-inqas 40 cm taħt il-livell tas-superfiċe, jew għandhom ikunu mgħottija b’materjal reżistenti għall-insetti. Fejn il-pjanti infestati jkunu nstabu barra mill-perjodu tat-titjir tal-pest speċifikat, it-tqaċċit u t-tneħħija għandhom jitwettqu qabel il-bidu tal-perjodu tat-titjir li jmiss.

2.   L-istħarriġiet uffiċjali annwali f’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km madwar il-postijiet tal-produzzjoni msemmija fl-Anness VIII, p. 17.4, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistiċi sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-pesti tal-pjanti, u d-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar użati għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 99 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %.

3.   Fil-każ tal-moviment tal-injam speċifikat u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ barra miż-żona demarkata u jekk ma tkun disponibbli l-ebda faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar fiż-żona demarkata, l-injam speċifikat jew il-materjal tal-injam għall-imballaġġ għandhom jiġu mċaqilqa, taħt kontroll uffiċjali, u f’kundizzjonijiet magħluqa b’mod li jiżgura li l-pest speċifikat ma jkunx jista’ jinxtered, lejn l-eqreb faċilità barra miż-żona demarkata, biex jiġi żgurat it-trattament jew l-ipproċessar immedjat f’konformità mal-punti 33-35 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

L-awtorità kompetenti għandha twettaq stħarriġiet annwali fil-mumenti xierqa għall-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-pjanti speċifikati f’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km ta’ dik il-faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), fejn awtorità kompetenti tikkonkludi li t-tqaċċit ma jkunx xieraq għal numru limitat ta’ pjanti individwali, minħabba l-valur soċjali, kulturali jew ambjentali partikolari tagħhom, dawk il-pjanti individwali għandhom ikunu soġġetti għal eżami individwali ta’ kull xahar għal kwalunkwe sinjal ta’ infestazzjoni u għandhom jittieħdu miżuri alternattivi għat-tqaċċit li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni biex jiġi evitat kwalunkwe tixrid possibbli tal-pest speċifikat minn dawk il-pjanti.

Artikolu 10

Miżuri ta’ trażżin

1.   Fiż-żona infestata taż-żoni demarkati għat-trażżin, kif elenkati fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)

it-tqaċċit tal-pjanti infestati u tal-pjanti b’sintomi kkawżati mill-pest speċifikat, u t-tneħħija sħiħa tal-għeruq tagħhom jekk l-pest speċifikat jinsab li jkun bejjet ’l isfel mill-għonq tal-għerq tal-pjanta infestata;

(b)

it-tneħħija, l-eżami u r-rimi ta’ pjanti mqaċċta f’konformità mal-punt (a) u tal-għeruq tagħhom, filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex jiġi evitat it-tixrid tal-pest speċifikat wara t-tqaċċit;

(c)

il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe moviment ta’ pjanti, injam u materjal tal-injam għall-imballaġġ potenzjalment infestati barra miż-żona demarkata;

(d)

fejn xieraq, is-sostituzzjoni ta’ pjanti speċifikati bi pjanti oħrajn li mhumiex suxxettibbli;

(e)

il-projbizzjoni tal-preżenza fiż-żona infestata ta’ pjanti speċifikati ġodda fil-beraħ, ħlief għall-postijiet tal-produzzjoni msemmija fil-punt 17.4 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u pjanti sentinella;

(f)

it-trawwim tas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar it-theddida tal-pest speċifikat u l-miżuri adottati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u tat-tixrid tiegħu fit-territorju tal-Unjoni, inkluż il-kundizzjonijiet rigward il-moviment tal-pjanti speċifikati, tal-injam speċifikat u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ barra miż-żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 5;

(g)

miżuri speċifiċi biex jindirizzaw kwalunkwe partikolarità jew kumplikazzjoni oħra li tista’ raġonevolment tkun mistennija li tipprevjeni, tfixkel jew idewwem it-trażżin, b’mod partikolari dawk relatati mal-aċċessibbiltà u t-tqaċċit u l-qerda adegwati tal-pjanti kollha li huma infestati jew li huma ssuspettati li għandhom infestazzjoni, irrispettivament mill-post u mis-sjieda tagħhom, jew mill-persuna responsabbli għalihom;

(h)

kwalunkwe miżura oħra, li tista’ tgħin biex jitrażżan il-pest speċifikat.

Fil-każ tal-punt (a), fejn ma jkunx possibbli li jitneħħew il-ġdur li jkunu mdaħħlin fil-fond u l-għeruq tas-superfiċe, dawn għandhom ikunu mitħuna għal mill-inqas 40 cm taħt il-livell tas-superfiċe, jew għandhom ikunu mgħottija b’materjal reżistenti għall-insetti. L-attivitajiet ta’ tqaċċit għanhom jibdew minnufih, iżda f’każijiet fejn il-pjanti infestati jkunu nstabu barra mill-perjodu tat-titjir tal-pest speċifikat, it-tqaċċit u t-tneħħija għandhom jitwettqu qabel il-bidu tal-perjodu tat-titjir li jmiss;

L-istħarriġiet uffiċjali annwali f’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km madwar il-postijiet tal-produzzjoni msemmija fil-punt 17.4 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, għandhom ikunu bbażati fuq il-Linji Gwida Ġenerali tal-Awtorità għal stħarriġiet statistiċi sodi u bbażati fuq ir-riskju tal-pesti tal-pjanti, u d-disinn tal-istħarriġ u l-iskema tal-kampjunar użati għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b’livell ta’ fiduċja ta’ mill-inqas 99 %, livell ta’ preżenza ta’ pjanti infestati ta’ 1 %.

2.   Fil-każ tal-moviment tal-injam speċifikat u tal-materjal tal-injam għall-imballaġġ barra miż-żona demarkata u jekk ma tkun disponibbli l-ebda faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar fiż-żona demarkata, l-injam speċifikat jew il-materjal tal-injam għall-imballaġġ għandhom jiġu mċaqilqa taħt kontroll uffiċjali, u f’kundizzjonijiet magħluqa b’mod li jiżgura li l-pest speċifikat ma jkunx jista’ jinxtered, lejn l-eqreb faċilità barra miż-żona demarkata, biex jiġi żgurat it-trattament jew l-ipproċessar immedjat f’konformità mal-punti 33-35 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.

L-awtorità kompetenti għandha twettaq stħarriġiet annwali fil-mumenti xierqa għall-preżenza tal-pest speċifikat permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-pjanti speċifikati f’wisa’ ta’ mill-inqas 1 km ta’ dik il-faċilità tat-trattament jew tal-ipproċessar.

3.   Meta l-preżenza tal-pest speċifikat tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment fiż-żona ta’ lqugħ, għandhom japplikaw l-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE) 2016/2031.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Rapportar

L-Istati Membri għandhom, sat-30 ta’ April ta’ kull sena, jissottomettu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn rapport li jsemmi dan li ġej:

(a)

il-miżuri meħuda matul is-sena kalendarja preċedenti skont dan ir-Regolament, u r-riżultati tal-miżuri previsti fl-Artikoli 3 sa 10;

(b)

in-numru ta’ kampjuni meħuda f’konformità mal-Artikolu 8(2);

(c)

ir-raġunijiet għall-użu tad-deroga prevista fl-Artikolu 9(4), u l-miżuri meħuda bħala riżultat tagħha.

Artikolu 12

Tħassir tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503

 

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1503 titħassar.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 3(2), l-Artikolu 5(5)(b) u l-Artikolu 8(3) għandhom japplikaw mis-1 ta’ Jannar 2027.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1503 tat-8 ta’ Ottubru 2018 li tistabbilixxi miżuri biex l-Aromia bungii (Faldermann) ma jiddaħħalx fl-Unjoni u ma jinxteridx fiha (ĠU L 254, 10.10.2018, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1503/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1702 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-lista ta’ pesti ta’ prijorità (ĠU L 260, 11.10.2019, p. 8; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1702/oj).

(5)  EFSA (European Food Safety Authority), General guidelines for statistically sound and risk-based surveys of plant pests, 8 September 2020; DOI:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1919.

(6)  EFSA (European Food Safety Authority), de la Peña E, Schrader G and Vos S, 2021. Pest survey card on Aromia bungii. Il-pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA tal-2021:EN-6914. Disponibbli online: https://efsa.europa.eu/plants/planthealth/monitoring/surveillance/aromia-bungii . L-aħħar aġġornament: is-26 ta’ Jannar 2021.

(7)  EFSA (European Food Safety Authority), General guidelines for statistically sound and risk-based surveys of plant pests, 8 September 2020, DOI:10.2903/sp.efsa.2020.EN-1919.

(8)  Linji gwida għall-programmi ta’ qerda ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.

(9)  L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.

(10)  Linji gwida għall-programmi ta’ qerda ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 9 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma. Ippubblikati fil-15 ta’ Diċembru 2011.

(11)  L-użu ta’ miżuri integrati f’approċċ sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju ta’ pesti — Standard ta’ Referenza ISPM Nru 14 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma. Ippubblikat fit-8 ta’ Jannar 2014.


ANNESS I

Żoni demarkati għat-trażżin

1.   L-Italja

Numru tal-Europhyt / Isem taż-żona demarkata

Parti miż-żona demarkata (infestata/żona ta’ lqugħ)

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

274/il-Campania

Żona infestata

Il-Campania

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin:

Afragola, Arzano, Bacoli, Brusciano, Calvizzano, Cardito, Casalnuovo di Napoli, Casavatore, Casoria, Castello di Cisterna, Cercola, Crispano, Frattamaggiore, Frattaminore, Grumo Nevano, Isola di Ischia , Marano, Mariglianella, Massa di Somma, Melito di Napoli, Monte di Procida, Mugnano di Napoli, Napoli, Ottaviano, Pollena Trocchia, Pomigliano D’Arco, Pozzuoli, Procida, San Giorgio a Cremano, San Giuseppe Vesuviano.

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Acerra, Angri, Aversa, Boscoreale, Boscortrecase, Caivano, Castel Volturno, Cesa, Ercolano, Giugliano in Campania, Marigliano, Mondragone, Nola, Orta di Atella, Palma Campania, Poggiomarino, Pompei, Portici, Qualiano, Quarto, San Gennaro Vesuviano, San Marzano Sul Sarno.

Żona ta’ lqugħ

Il-Campania

It-territorju kollu tal-muniċipalitajiet li ġejjin: Lusciano, Parete, Torre Annunziata.

Parti mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Acerra, Angri, Aversa, Boscoreale, Boscotrecase, Caivano, Camposano, Cancello ed Arnone, Carbonara di Nola, Carinaro, Casaluce, Casola di Napoli, Castellammare di Stabia, Castel Volturno, Cicciano, Cimitile, Corbara, Domicella, Ercolano, Gragnano, Gricignano di Aversa, Lettere, Liveri, Maddaloni, Marcianise, Marigliano, Mondragone, Nocera Inferiore, Nola, Orta di Atella, Pagani, Palma Campania, Poggiomarino, Pompei, Portici, Qualiano, Quarto, San Felice a Cancello, San Gennaro Vesuviano, San Marcellino, San Marzano Sul Sarno, San Paolo Belsito, San Valentino Torio, San Vitaliano, Santa Maria la Carità, Sant’Antonio Abate, Sant’Arpino, Sant’Egidio del Monte Albino, Sarno, Saviano, Scafati, Scisciano, Striano, Succivo, Teverola, Torre del Greco, Trecase, Trentola Ducenta, Villa Literno, Villaricca.

2.   Il-Ġermanja

Numru tal-Europhyt / Isem taż-żona demarkata

Parti miż-żona demarkata (infestata/żona ta’ lqugħ)

Reġjun

Muniċipalitajiet jew delimitazzjonijiet amministrattivi/ġeografiċi oħrajn

825/Rosenheim/Kolbermoor

Żona infestata

Il-Bavarja tan-Nofsinhar

Partijiet mill-bliet ta’ Kolbermoor u Rosenheim

 

Żona ta’ lqugħ

Il-Bavarja tan-Nofsinhar

Partijiet mill-ibliet ta’ Bad Aibling, Kolbermoor u Rosenheim

Partijiet mill-muniċipalitajiet ta’ Bad Feilnbach, Großkarolinenfeld, Neubeuern, Raubling Rohrdorf,, Schechen u Stephanskirchen


ANNESS II

Mudelli għar-rappurtar tar-riżultati tal-istħarriġiet imwettqa skont l-Artikolu 8

PARTI A

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali

1.

Deskrizzjoni taż-Żona Demarkata (ŻD)

2.

Daqs inizjali taż-ŻD (ettari)

3.

Daqs aġġornat taż-ŻD (ettari)

4.

Approċċ (qerda jew trażżin)

5.

Żona

6.

Siti ta’ stħarriġ

7.

Żoni ta’ riskju identifikati

8.

Żoni ta’ riskju spezzjonati

9.

Materjal tal-pjanti / Komodità

10.

Lista ta’ speċijiet tal-pjanti ospitanti

11.

Skeda ta’ zmien

12.

Dettalji tal-istħarriġ

13.

Numru ta’ kampjuni sintomatiċi analizzati:

i:

Total

ii:

Pożittivi

iii:

Negattivi

iv:

Mhux determinati

14.

Numru ta’ kampjuni asintomatiċi analizzati:

i:

Total

ii:

Pożittivi

iii:

Negattivi

iv:

Mhux determinati

15.

Numru tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif ikun applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1715  (1)

16.

Kummenti

A)

Numru ta’ eżamijiet viżwali

B)

Numru totali ta’ kampjuni meħuda

C)

Tip ta’ nases (jew metodu alternattiv ieħor (eż. xbieki tat-tiknis))

D)

Numru ta’ nases (jew metodu ta’ qbid ieħor)

E)

Numru ta’ siti ta’ qbid, meta jkun differenti mid-data rrapportata f’(D)

F)

Tip ta’ testijiet (eż. identifikazzjoni mikroskopika, PCR, ELISA)

G)

Numru totali ta’ testijiet

H)

Miżuri oħra (eż. klieb tat-tfittxija, droni, ħelikopters, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni)

Isem

Data tal-istabbiliment

Deskrizzjoni

Numru

I)

Numru ta’ miżuri oħra

Numru

Data

A

B

C

D

E

F

G

H

I

i

ii

iii

iv

i

ii

iii

iv

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.   Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell

Jekk jimtela dan il-mudell, ma għandux għalfejn jimtela l-mudell fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Għall-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Qerda jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Żona infettata (ŻI) jew żona ta’ lqugħ (ŻL) billi tuża ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona taż-ŻI fejn twettaq l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻL, madwar il-mixtliet, eċċ.) f’ringieli differenti.

Għall-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, mergħa); 1.2. masġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġnien privat; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam).

Għall-kolonna 7: Indika liema huma ż-żoni ta’ riskju identifikati abbażi tal-bijoloġija tal-pest(i), il-preżenza tal-pjanti ospitanti, il-kundizzjonijiet ekoklimatiċi u l-postijiet ta’ riskju.

Għall-kolonna 8: Indika ż-żoni ta’ riskju inklużi fl-istħarriġ, minn dawk identifikati fil-kolonna 7.

Għall-kolonna 9: Indika l-pjanti, il-frott, iż-żrieragħ, il-ħamrija, il-materjal tal-imballaġġ, l-injam, il-makkinarju, il-vetturi, l-ilma, oħrajn, filwaqt li tispeċifika l-każ speċifiku.

Għall-kolonna 10: Indika l-lista ta’ speċijiet/ġeneri tal-pjanti mistħarrġa bl-użu ta’ ringiela waħda għal kull speċi/ġeneru ta’ pjanta.

Għall-kolonna 11: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Għall-kolonna 12: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’N/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli.

Għall-kolonni 13 u 14: Indika r-riżultati, jekk applikabbli, billi tipprovdi l-informazzjoni disponibbli fil-kolonni korrispondenti. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

 

Għall-kolonna 15: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta sar l-istħarriġ għas-sejbiet fiż-ŻL. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 16 (“Kummenti”).

PARTI B

1.   Mudell għar-rapportar tar-riżultati tal-istħarriġiet annwali bbażati fuq l-istatistika

1.

Deskrizzjoni taż-Żona Demarkata (ŻD)

2.

Daqs inizjali taż-ŻD (ettari)

3.

Daqs aġġornat taż-ŻD (ettari)

4.

Approċċ

5.

Żona

6.

Siti ta’ stħarriġ

7.

Skeda ta’ zmien

A.

Definizzjoni tal-istħarriġ (parametri ta’ input għal RiBESS+)

B.

Sforz tal-kampjunar

C.

Riżultati tal-istħarriġ

25.

Kummenti

8.

Popolazzjoni fil-mira

9.

Unitajiet epidemjoloġiċi

10.

Metodi ta’ detezzjoni

11.

Effettività tal-kampjunar

12.

Sensittività tal-metodu

13.

Fatturi ta’ riskju (attivitajiet, postijiet u żoni)

14.

Numru ta’ unitajiet epidemjoloġiċi spezzjonati

15.

Numru ta’ eżamijiet viżwali

16.

Numru ta’ kampjuni

17.

Numru ta’ nases

18.

Numru ta’ siti tal-qbid

19.

Numru ta’ testijiet

20.

Numru ta’ miżuri oħra

21.

Riżultati

22.

Numru tan-notifika tat-tifqigħat innotifikati, kif ikun applikabbli, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1715

23

Livell ta’ kunfidenza miksub

24.

Prevalenza tad-disinn

Isem

Data tal-istabbiliment

Deskrizzjoni

Numru

Speċijiet ospitanti

Żona (ettari jew unità oħra aktar rilevanti)

Unitajiet tal-ispezzjoni

Deskrizzjoni

Unitajiet

Eżamijiet viżwali

Qbid

Ittestjar

Metodi oħra

Fattur ta’ riskju

Livelli ta’ riskju

Numru ta’ postijiet

Riskji relattivi

Proporzjon tal-popolazzjoni ospitanti

Pożittivi

Negattivi

Mhux determinati

Numru

Data

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.   Struzzjonijiet dwar kif jimtela l-mudell

Spjega s-suppożizzjonijiet sottostanti għad-disinn tal-istħarriġ għal kull pest. Ikteb fil-qosor u ġġustifika:

—

il-popolazzjoni fil-mira, l-unità epidemjoloġika u l-unitajiet tal-ispezzjoni;

—

il-metodu tad-detezzjoni u s-sensittività tal-metodu;

—

il-fattur(i) tar-riskju, u indika l-livelli tar-riskju u r-riskji relattivi korrispondenti u l-proporzjonijiet tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna 1: Indika l-isem taż-żona ġeografika, in-numru tat-tifqigħa jew kwalunkwe informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ din iż-żona demarkata (ŻD) u d-data meta ġiet stabbilita.

Għall-kolonna 2: Indika d-daqs taż-ŻD qabel il-bidu tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 3: Indika d-daqs taż-ŻD wara l-istħarriġ.

Għall-kolonna 4: Indika l-approċċ: Qerda jew Trażżin. Jekk jogħġbok inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn, skont in-numru ta’ ŻD għal kull pest u l-approċċi li dawn iż-żoni huma soġġetti għalihom.

Għall-kolonna 5: Indika ż-żona taż-ŻD fejn twettaq l-istħarriġ, u inkludi r-ringieli kollha li hemm bżonn: Iż-żona infettata (ŻI) jew iż-żona ta’ lqugħ (ŻL), f’ringieli separati. Meta applikabbli, indika ż-żona taż-ŻI fejn twettaq l-istħarriġ (eż. l-aħħar 20 km ħdejn iż-ŻL, madwar il-mixtliet) f’ringieli differenti.

Għall-kolonna 6: Indika n-numru u d-deskrizzjoni tas-siti tal-istħarriġ, billi tagħżel waħda mill-entrati li ġejjin għad-deskrizzjoni:

1.

Fil-beraħ (żona ta’ produzzjoni): 1.1. għalqa (ikkultivata, mergħa); 1.2. masġar tal-frott/vinja; 1.3. mixtla; 1.4. foresta;

2.

Fil-beraħ (oħrajn): 2.1. ġonna privati; 2.2. siti pubbliċi; 2.3. żona ta’ konservazzjoni; 2.4. pjanti selvaġġi f’żoni għajr żoni ta’ konservazzjoni; 2.5. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam, artijiet mistagħdra, network tat-tisqija u tad-drenaġġ);

3.

Kundizzjonijiet magħluqa fiżikament: 3.1. serra; 3.2. sit privat, għajr serra; 3.3. sit pubbliku, għajr serra; 3.4. oħrajn, bi speċifikazzjoni tal-każ partikolari (eż. ċentru ta’ ġardinaġġ, siti kummerċjali li jużaw materjal tal-injam għall-imballaġġ, industrija tal-injam).

Għall-kolonna 7: Indika x-xhur tas-sena meta twettaq l-istħarriġ.

Għall-kolonna 8: Indika l-popolazzjoni fil-mira magħżula billi tipprovdi kif xieraq il-lista tal-ispeċijiet/ġeneri ospitanti u ż-żona koperta. Il-popolazzjoni fil-mira hija definita bħala l-grupp ta’ unitajiet ta’ spezzjoni. Id-daqs tagħha huwa definit tipikament għal żoni agrikoli bl-ettari, iżda jista’ jkun lottijiet, għelieqi, serer, eċċ. Jekk jogħġbok iġġustifika l-għażla magħmula fis-suppożizzjonijiet sottostanti. Indika l-unitajiet ta’ spezzjoni mistħarrġa. “Unità ta’ spezzjoni” tfisser pjanti, partijiet ta’ pjanti, komoditajiet, materjali, vetturi ta’ pesti li ġew eżaminati bir-reqqa għall-identifikazzjoni u għad-detezzjoni tal-pesti.

Għall-kolonna 9: Indika l-unitajiet epidemjoloġiċi li ġew mistħarrġa, u indika d-deskrizzjoni u l-unità tal-kejl tagħhom. “Unità epidemjoloġika” tfisser żona omoġenja fejn l-interazzjonijiet bejn il-pest, il-pjanti ospitanti u l-fatturi u l-kundizzjonijiet abijotiċi u bijotiċi jirriżultaw fl-istess epidemjoloġija, jekk il-pest ikun preżenti. L-unitajiet epidemjoloġiċi huma suddiviżjoni tal-popolazzjoni fil-mira li huma omoġenji f’termini tal-epidemjoloġija b’mill-inqas pjanta ospitanti waħda. F’xi każijiet il-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti kollha f’reġjun/żona/pajjiż tista’ tiġi definita bħala unità epidemjoloġika. Dawn jistgħu jkunu reġjuni tal-Klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS, Nomenclature of territorial units for statistics), żoni urbani, foresti, ġonna tal-ward jew irziezet, jew ettari. L-għażla tal-unitajiet epidemjoloġiċi trid tiġi ġġustifikata fis-suppożizzjonijiet sottostanti.

Għall-kolonna 10: Indika l-metodi użati matul l-istħarriġ inkluż in-numru ta’ attivitajiet f’kull każ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi ta’ kull pest. Indika b’N/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx disponibbli.

Għall-kolonna 11: Indika stima tal-effettività tal-kampjunar. L-effettività tal-kampjunar tfisser il-probabbiltà li jintgħażlu partijiet ta’ pjanti infettati minn pjanta infettata. Għall-vetturi, hija l-effettività tal-metodu li jaqbad vettur pożittiv meta jkun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ. Għall-ħamrija, hija l-effettività tal-għażla ta’ kampjun tal-ħamrija li jkun fih il-pest meta l-pest ikun preżenti fiż-żona tal-istħarriġ.

Għall-kolonna 12: “Sensittività tal-metodu” tfisser il-probabbiltà ta’ metodu li jagħmel detezzjoni korretta tal-preżenza tal-pest. Is-sensittività tal-metodu hija definita bħala l-probabbiltà li ospitant verament pożittiv jittestja pożittiv. Hija l-multiplikazzjoni tal-effettività tal-kampjunar (jiġifieri l-probabbiltà li jintgħażlu partijiet infettati tal-pjanta minn pjanta infettata) bis-sensittività dijanjostika (karatterizzata mill-ispezzjoni viżwali u/jew mit-test tal-laboratorju użati fil-proċess ta’ identifikazzjoni).

Għall-kolonna 13: Ipprovdi l-fatturi ta’ riskju f’kolonni differenti, u uża kemm hemm bżonn ringieli. Għal kull fattur ta’ riskju indika l-livell ta’ riskju u r-riskju relattiv korrispondenti u l-proporzjon tal-popolazzjoni tal-pjanti ospitanti.

Għall-kolonna B: Indika d-dettalji tal-istħarriġ, skont ir-rekwiżiti legali speċifiċi għal kull pest. Indika b’N/A meta l-informazzjoni ta’ kolonna partikolari ma tkunx applikabbli. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta f’dawn il-kolonni hija relatata mal-informazzjoni inkluża fil-kolonna 10 “Metodi ta’ detezzjoni”.

Għall-kolonna 18: Indika n-numru ta’ siti tal-qbid f’każ li dan in-numru jkun differenti min-numru ta’ nases (Kolonna 17) (eż. l-istess nassa tintuża f’postijiet differenti).

Għall-kolonna 21: Indika n-numru ta’ kampjuni li nstabu pożittivi, negattivi jew mhux determinati. “Mhux determinati” huma dawk il-kampjuni analizzati li għalihom ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba fatturi differenti (eż. taħt il-livell ta’ detezzjoni, kampjun mhux ipproċessat-mhux identifikat, antik).

Għall-kolonna 22: Indika n-notifiki tat-tifqigħat tas-sena meta twettaq l-istħarriġ. In-numru tan-notifika tat-tifqigħat ma hemmx għalfejn jiġi inkluż meta l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet li s-sejba hija waħda mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2), fl-Artikolu 15(2) jew fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2016/2031. F’dan il-każ, indika r-raġuni għaliex ma pprovdejtx din l-informazzjoni fil-kolonna 25 (“Kummenti”).

Għall-kolonna 23: Indika s-sensittività tal-istħarriġ, kif definit fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji (ISPM, International Standard for Phytosanitary Measures) 31. Dan il-valur tal-livell ta’ fiduċja miksub tal-ħelsien mill-pesti huwa kkalkulat abbażi tal-eżamijiet (u/jew tal-kampjuni) imwettqa fid-dawl tas-sensittività tal-metodu u tal-prevalenza prevista.

Għall-kolonna 24: Indika l-prevalenza prevista bbażata fuq stima ta’ qabel l-istħarriġ tal-probabbiltà ta’ prevalenza reali tal-pest fl-għalqa. Il-prevalenza prevista hija stabbilita bħala mira tal-istħarriġ u tikkorrispondi mal-kompromess li l-maniġers tar-riskju qed jagħmlu bejn ir-riskju li jkollhom il-pest u r-riżorsi disponibbli għall-istħarriġ. Tipikament, għal stħarriġ ta’ detezzjoni jiġi stabbilit valur ta’ 1 %.


(1)   ĠU L 261, 14.10.2019, p. 37.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2520/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)