52006PC0266(02)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjonital-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru /* KUMM/2006/0266 finali - CNS 2006/0094 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 2.6.2006

KUMM(2006) 266 finali

2006/0094 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjonital-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha B’segwiment tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja magħrufa bħala każijiet “Open Skies”, nhar il-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bi ftehim Komunitarju[1] (il-“mandat orizzontali”). L-għanijiet ta' ftehimiet bħal dawn huma li jagħtu lit-trasportaturi kollha ta' l-UE aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u sabiex jikkonformaw il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi mal-liġi Komunitarja. |

Il-kuntest ġenerali Ir-relazzjonijiet fil-qasam ta’ l-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi tradizzjonalment jiġu rregolamentati permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, l-Annessi għat-tali ftehimiet u arranġamenti oħra bilaterali jew multilaterali b’rabta ma' dan. Il-klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni fil-ftehimiet ta’ l-ajru bilaterali ta’ l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Dawn jippermettu li xi pajjiż terz jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta’ xi trasportatur ta’ l-ajru li jkun ġie deżinjat minn Stat Membru, iżda li ma jkunx propjetà sostanzjali u kontrollata effettivament minn dak l-Istat Membru jew iċ-ċittadini tiegħu. Dan instab li jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi Komunitarji stabbiliti fit-territorju ta' xi Stat Membru, iżda pposseduti u kkontrollati minn ċittadini ta' Stati Membri oħra. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li jkunu eżerċitaw il-libertà ta' l-istabbiliment tagħhom l-istess trattament fl-Istat Membru li jkun qed jospitahom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Hemm kwistjonijiet oħrajn, bħat-taxxa fuq il-fjuwil ta’ l-avjazzjoni jew it-tariffi introdotti minn trasportaturi ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi fuq ir-rotot intra-Komunitarji, fejn il-konformità mal-liġi Komunitarja għandha tiġi żgurata billi jiġu emendati jew ikkumplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkumplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Paragwaj. |

Il-konsistenza ma' politika u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-Ftehim se jservi ta’ mira fundamentali tal-politika esterna Komunitarja billi jikkonforma l-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta' l-ajru mal-liġi Komunitarja. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati |

Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni L-Istati Membri, kif ukoll l-industrija, ġew ikkonsultati matul in-negozjati kollha. |

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-kummenti li saru mill-Istati Membri u l-industrija ġew ikkunsidrati. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

Sommarju ta' l-azzjoni proposta Skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Paragwaj li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Paragwaj. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli ta' deżinjazzjoni tradizzjonali bi klawżola ta' deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lit-trasportaturi ta' l-ajru kollha tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt ta' stabbiliment. L-Artikoli 4 u 5 tal-Ftehim jirrisolvu żewġ tipi ta' klawżoli li jikkonċernaw kwistjonijiet tal-kompetenza Komunitarja. L-Artikolu 4 jittratta t-tassazzjoni tal-fjuwil ta’ l-avjazzjoni, li hija kwistjoni li ġiet armonizzata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirriforma l-qafas Komunitarju dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ l-enerġija u l-elettriku, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha. L-Artikolu 5 (Tariffi) isolvi kunflitti bejn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru eżistenti u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2409/92 dwar tariffi u rati għas-servizzi ta' l-ajru li jipprojbixxu kumpaniji ta' l-ajru ta' pajjiżi terzi milli jkollhom pożizzjoni dominanti fuq il-prezzijiet tas-servizzi ta' l-ajru għall-ġarr magħmul kollu kemm hu fil-Komunità. |

Il-bażi legali It-Trattat tal-KE Art. 80(2), 300(2) |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta hija bbażata interament fuq il-“mandat orizzontali” mogħti mill-Kunsill b’kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet koperti mil-liġi Komunitarja u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-Ftehim se jemenda jew jikkomplementa dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru mhux ’il hinn mill-punt neċessarju li jiżgura l-konformità mal-liġi Komunitarja. |

Għażla ta’ l-istrumenti |

Il-Ftehim bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Paragwaj huwa l-aktar strument effiċjenti biex il-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Maldivi jikkonformaw irwieħhom mal-liġi Komunitarja. |

IMPLIKAZZJONI FUQ IL-BAġIT |

Din il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

Is-Simplifikazzjoni |

Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. |

Id-dispożizzjonijiet relevanti tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Paragwaj se jiġu sostitwiti jew ikkumplimentati minn dispożizzjonijiet fi ftehim Komunitarju waħdieni. |

Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Skond il-proċedura standard għall-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja u dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru u jinnomina l-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità. |

1. Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80 (2), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[2],

Billi:

(1) Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

1. Suġġett għal konklużjoni tiegħu f'data aktar ’il quddiem, il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f'isem il-Komunità l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru.

2. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat b'mod provviżorju mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(2) tal-Ftehim.

3. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

2006/0094 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4],

Billi:

(1) Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

(2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3) Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità fi [...] suġġett għal konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill.../.../KE tal-Kunsill ta’ [...][5].

(4) Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1. Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizz ta' l-ajru huwa permezz ta’ dan approvat f'isem il-Komunità.

2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li tagħmel jew jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, [...]

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj

dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-PARAGWAJ

min-naħa l-oħra

(minn hawn 'il quddiem 'il-Partijiet')

INNUTAW li ftehimiet ta' servizzi bilaterali ta' l-ajru ġew iffirmati bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta' bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet ta' servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

FILWAQT LI JINNUTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea t-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta' l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi.

WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibilità għaċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem fi trasportaturi ta' l-ajru liċenzjati f'konformità mal-liġi tal-Komunità Ewropea,

GĦARFU li dispożizzjonijiet tal-ftehim għal servizzi bilaterali ta' l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj, li huma kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità sħiħa ma' dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj u biex tiġi ppreżervata it-tkomplija ta’ servizzi ta' l-ajru bħal dawn,

INNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta' traffiku ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj, biex jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi ta' l-ajru tal-Komunità u trasportaturi ta' l-ajru tar-Repubblika tal-Paragwaj, jew biex jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta' ftehim bilaterali għal servizzi ta' l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.

FTEHMU KIF ĠEJ:

ARTIKOLU 1 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, ‘Stati Membri’ tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. ‘L-Istati Membri tal-LACAC’ tfisser l-Istati Membri tal-Kummissjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili ta' l-Amerika Latina.

2. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 liċ-ċittadini ta' l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim jinftiehmu bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

3. Referenzi f'kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim jinftiehmu bħala li qed jirreferu għat-trasportaturi ta' l-ajru jew linji ta' l-ajru deżinjati minn dak l-Istat Membru.

ARTIKOLU 2 Deżinjazzjoni, Awtorizzazzjoni u Revoka

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportaturi ta' l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mir-Repubblika tal-Paragwaj, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportaturi ta' l-ajru, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mad-deżinjazzjoni tat-trasportatur ta' l-ajru mir-Repubblika tal-Paragwaj ikkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u permessi tiegħu mogħtija mill-Istat Membru, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportaturi ta' l-ajru, rispettivament.

2. Malli tirċievi deżinjazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Repubblika tal-Paragwaj għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm:

i. it-trasportatur ta' l-ajru jkun stabbilit fit-territorju ta' l-Istat Membru deżinjat skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u jkollu Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi tal-Komunità Ewropea;

ii. ikun eżerċitat u miżmum il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; u

iii. it-trasportatur ta' l-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju, u kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra.

3. Ir-Repubblika tal-Paragwaj tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' trasportatur ta' l-ajru minn Stat Membru fejn:

i. it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru li jkun qed jiddeżinjah taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew

ii. ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta' l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta' l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-deżinjazzjoni; jew

iii. it-trasportatur ta' l-ajru ma jkunx il-proprjetà ta’ u ma jkunx effettivament ikkontrollat direttament jew permezz ta' l-akbar sehem azzjonarju mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' dawn l-istati l-oħra; jew

iv. it-trasportatur ta’ l-ajru ikun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u xi Stat membru ieħor u r-Repubblika tal-Paragwaj turi li, billi jeżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew

v. it-trasportatur ta’ l-ajru jkun fil-pussess ta' Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru maħruġ mill-Istat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u dak l-Istat Membru, u d-drittijiet tat-traffiku lit-trasportatur ta' l-ajru ddeżinjat lejn dak l-Istat Membru jkunu ċċaħħdu mir-Repubblika tal-Paragwaj.

Waqt li qed teżerċita d-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika tal-Paragawaj ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi ta' l-ajru abbażi tan-nazzjonalità.

4. Malli jirċievi deżinjazzjoni mingħand ir-Repubblika tal-Paragwaj, Stat Membru għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali possibbli, sakemm:

i. it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit fir-Repubblika tal-Paragwaj; u

ii. ir-Repubblika tal-Paragwaj ikollha u żżomm kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta' l-ajru u tkun responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tiegħu; u

iii. it-trasportatur ta’ l-ajru jkun il-proprjetà ta' l-Istati Membri tal-LALAC u/jew ta' ċittadini mill-Istati Membri tal-LALAC u jkun effettivemnt ikkontrollat minnhom sew direttament inkella permezz ta’ sehem maġġoritarju.

5. Stat Membru jista' jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' trasportatur ta' l-ajru mir-Repubblika tal-Paragwaj jekk:

i. it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit fir-Repubblika tal-Paragwaj; jew

ii. il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx eżerċitat jew miżmum mir-Repubblika tal-Paragwaj jew ir-Repubblika tal-Paragwaj ma tkunx responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta' l-Ajru tiegħu; jew

iii. it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx il-proprjetà ta' l-Istati Membri tal-LALAC u/jew ta' ċittadini mill-Istati Membri tal-LALAC u ma jkunx effettivament ikkontrollat minnhom sew direttament inkella permezz ta’ sehem maġġoritarju; jew

iv. it-trasportatur ta’ l-ajru ikun diġà awtorizzat jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn l-Istat Membru u Stat Membru ieħor tal-LALAC, u l-Istat Membru juri li, billi jeżerċita d-drittijiet fuq it-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor tal-LALAC, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor.

ARTIKOLU 3 Sikurezza

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness 2(c).

2. Fejn Stat Membru jkun iddeżinja trasportatur ta' l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu ikun eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika tal-Paragwaj skond id-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddeżinja t-trasportatur ta' l-ajru u r-Repubblika tal-Paragwaj għandhom japplikaw b'mod ugwali fir-rigward ta' l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew iż-żamma ta' l-istandards tas-sikurezza mill-Istat Membru l-ieħor u b'rispett ta' l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta' dak it-trasportatur ta' l-ajru.

ARTIKOLU 4 Tassazzjoni tal-fjuwil ta’ l-avjazzjoni

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(d).

2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2(d) m'għandu jżomm l-Istati Membri milli jimponu taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tagħhom għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' trasportatur ta' l-ajru deżinjat tar-Repubblika tal-Paragwaj li jopera bejn punt fit-territorju ta' Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

3. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2(d) m'għandu jżomm Stat Membru milli jimponi taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'vettura ta' l-ajru ta' trasportatur ta' l-ajru deżinjata tar-Repubblika tal-Paragwaj li topera bejn punt fit-territorju ta' Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

ARTIKOLU 5 It-tariffi fuq il-ġarr

1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness 2 (e).

2. It-tariffi li ser jiġu ddebitati mit-trasportatur(i) ta' l-ajru deżinjat(i) mir-Repubblika tal-Paragwaj permezz ta' ftehim elenkat fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea. Il-liġi tal-Komunità Ewropea hija applikata fuq bażi mhux diskriminatorja.

3. It-tariffi li għandu/għandhom jintalab/jintalbu t-trasportatur(i) ta' l-ajru nnominat(i) minn Stat Membru fl-ambitu ta' xi ftehim elenkat fl-Anness 1 li jkun fihom dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2 (e) għall-ġarr bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u xi Stat Membru ieħor tal-LALAC għandhom ikunu suġġetti għal-liġi Paragwajana rigward il- price leadership u jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja.

ARTIKOLU 6 Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni

1. Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I m’għandu (1) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki mifthema li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kull ftehim, deċiżjoni jew prattika miftehma bħal dawn; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.

2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I li huma inkompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jiġu applikati.

ARTIKOLU 7 Annessi għal dan il-Ftehim

L-Annessi għal dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu.

ARTIKOLU 8 Reviżjonijiet jew emendi

Il-Partijiet jistgħu, f’kull waqt, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

ARTIKOLU 9 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ġew kompluti.

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet qablu biex japplikaw b'mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

3. Ftehim u ftehim ieħor bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Paragwaj li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1(b). Dan il-Ftehim japplika għal kull ftehim u arranġament ta' dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja tiegħu.

ARTIKOLU 10 Tmiem

1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness 1 konċernat jiġu tterminati fl-istess ħin.

2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.

B’XIEHDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi [....] b'żewġ kopji, fi [...] jum ta' [..., ...] fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Ungeriża, Taljana u Żvediża. F'każ ta' diverġenza, it-test bl-Ispanjol għandu jgħodd l-aktar fost it-testi bil-lingwi l-oħra.

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: GĦAR-REPUBBLIKA TAL-PARAGWAJ:

ANNESS 1

Lista ta' ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim

Ftehim tas-servizzi ta' l-ajru bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

- Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iffirmat f’Bonn nhar is-26 ta' Novembru 1974, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim Paragwaj – Ġermanja” fl-Anness 2;

- Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Renju tal-Belġju dwar it-trasport ta’ l-ajru skedat, iffirmat f’Asuncion nhar l-1 ta’ Settembru 1972, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Paragwaj-Belġju” fl-Anness 2;

Immodifikat permezz ta’ l- Agreed Record iffirmat fi Brussell nhar it-3 ta’ Settembru 1982;

- Il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Paragwaj u l-Gvern ta’ Spanja dwar it-trasport ta’ l-ajru, iffirmat f’Madrid nhar it-12 ta’ Mejju 1976, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Paragwaj-Spanja” fl-Anness 2;

Issupplimentat permezz ta’ l- Agreed Record iffirmat f’Asuncion nhar it-2 ta’ Novembru 1978;

Issupplimentat permezz ta’ l- Agreed Record iffirmat f’Asuncion nhar it-2 ta’ Settembru 1985;

Issupplimentat permezz ta’ l- Agreed Record iffirmat f’Madrid nhar is-6 ta’ Ottubru 1992;

- Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Renju ta’ l-Olanda dwar it-trasport bl-ajru skedat, iffirmat f’The Hague nhar is-7 ta’ Frar 1974, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Paragwaj-Olanda” fl-Anness 2.

(b) Ftehimiet dwar is-servizzi ta' l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn ir-Repubblika tal-Paragwaj u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta' l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament.

- Abbozz ta’ Ftehim bejn il-Gvern tar-Republika tal-Paragwaj u l-Gvern tar-Repubblika Taljana dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, inizjalat f’Ruma fit-18 ta’ Lulju 1985 bħala Anness għall- Agreed Record ta’ Konsultazzjonijiet, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj - Italja" fl-Anness 2;

- L-Abbozz ta' Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Paragwaj u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq dwar is-servizzi ta’ l-ajru, inizjalat f’Asuncion nhar it-28 ta’ Awissu 1998 bħala Anness B għall-Protokoll Maqbul bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tar-Repubblika tal-Paragwaj u r-Renju Unit, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-Abbozz ta' Ftehim Paragwaj - Renju Unit" fl-Anness 2.

ANNESS 2

Lista ta' artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta' dan il-Ftehim

2. Deżinjazzjoni:

3. l-Artikolu 3 tal-Ftehim Paragwaj - Ġermanja;

4. l-Artikolu 3 tal-Ftehim Paragwaj - Belġju;

5. l-Artikolu 3 tal-Ftehim Paragwaj - Spanja;

6. l-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj - Italja;

7. l-Artikolu 3 tal-Ftehim Paragwaj - Olanda;

8. l-Artikolu 4 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit

9. Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta' l-Awtorizzazzjonijiet jew il-Permessi:

10. l-Artikolu 4 tal-Ftehim Paragwaj - Ġermanja;

11. l-Artikolu 4 tal-Ftehim Paragwaj - Belġju;

12. l-Artikolu 4 tal-Ftehim Paragwaj - Spanja;

13. l-Artikolu 5 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj - Italja;

14. l-Artikolu 4 tal-Ftehim Paragwaj - Olanda;

15. l-Artikolu 5 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit

16. Kontroll regolatorju:

17. l-Artikolu 10 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj - Italja;

18. l-Artikolu 14 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit;

19. It-Tassazzjoni tal-Fjuwil ta’ l-Avjazzjoni:

20. l-Artikolu 6 tal-Ftehim Paragwaj - Ġermanja;

21. l-Artikolu 5 tal-Ftehim Paragwaj - Belġju;

22. l-Artikolu 5 tal-Ftehim Paragwaj - Spanja;

23. l-Artikolu 6 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj - Italja;

24. l-Artikolu 5 tal-Ftehim Paragwaj - Olanda;

25. l-Artikolu 8 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit

26. Tariffi għall-Ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea:

27. l-Artikolu 9 tal-Ftehim Paragwaj - Ġermanja;

28. l-Artikolu 9 tal-Ftehim Paragwaj - Belġju;

29. l-Artikolu 6 tal-Ftehim Paragwaj - Spanja;

30. l-Artikolu 8 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj - Italja;

31. l-Artikolu 9 tal-Ftehim Paragwaj - Olanda;

32. l-Artikolu 7 ta’ l-Abbozz ta’ Ftehim Paragwaj – Renju Unit

ANNESS 3

Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

(a) Ir-Repubblika ta l-Iżlanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

(b) Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skond il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(c) Ir-Renju tan-Norveġja (skond il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

(d) Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport ta' l-Ajru)

[1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju 2003 (dokument ristrett)

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU C [...], [...], p. [...].

[4] ĠU C [...], [...], p. [...].

[5] ĠU C [...], [...], p. [...].