IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.6.2025
COM(2025) 327 final
2025/0175(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10161/21 INIT; ST 10161/21 ADD 1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Belġju
2025/0175 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) (ST 10161/21 INIT; ST 10161/21 ADD 1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Belġju
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Wara l-preżentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (“RRP”, recovery and resilience plan) mill-Belġjufit- 30 ta’ April 2021, il-Kummissjoni pproponiet il-valutazzjoni pożittiva tagħha lill-Kunsill. Il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021. Dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill ġiet emendata fit-8 ta’ Diċembru 2023, fl-10 ta’ Diċembru 2024, fit-18 ta’ Frar 2025, fil-11 ta’ Marzu 2025, u fis-27 ta’ Mejju 2025.
(2)Fl-10 ta’ Ġunju 2025, il-Belġju għamel talba motivata lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta biex temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 għar-raġuni li l-RRP ma għadux jista’ jinkiseb għalkollox minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Abbażi ta’ dan, il-Belġju ppreżenta RRP emendat.
Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2021/241
(3)L-emendi tal-RRP li ressaq il-Belġju minħabba ċirkostanzi oġġettivi jikkonċernaw 13-il miżura.
(4)Il-Belġju spjega li 13-il miżura ġew emendati sabiex tiġi implimentata alternattiva aħjar li tippermetti li jitnaqqas il-piż amministrattiv, filwaqt li xorta jinkisbu l-għanijiet tal-miżura rispettiva. Dan jikkonċerna l-istadju importanti 42 tal-investiment I-1.24: Il-Patt Blu, taħt il-komponent 1.3: Il-Klima u l-Ambjent; id-deskrizzjoni tal-investiment I-2.01: “Soċjetà diġitali ċibersigura u reżiljenti” tal-Istat Federali, u l-mira 46 tal-investiment I-2.01, taħt il-komponent 2.1: Ċibersigurtà; l-istadju importanti 82 tal-investiment I-2.14: “L-iżvilupp ta’ istitut tal-IA sabiex din it-teknoloġija tintuża biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà” taħt il-komponent 2.3: Fibra ottika, 5G u teknoloġiji ġodda; il-mira 99 tal-investiment I-3.07: “Estensjoni tal-metro” tar-Reġjun tal-Vallonja u tal-investiment I-3.08: “Sinjali tat-toroq intelliġenti” tar-Reġjun ta’ Wallonia taħt il-komponent 3.2: Bidla Modali; deskrizzjoni tar-riforma R-3.05 “Stazzjonijiet tal-Impożizzjoni — RBC” tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali u l-mira 121, il-mira 122, u l-mira 123 tar-riforma R-3.05, taħt il-komponent 3.3: L-ekoloġizzazzjoni tat-trasport bit-triq; id-deskrizzjoni tal-miżura R-4.06: “Suq tax-xogħol inklussiv” tal-Komunità Fjamminga, taħt il-komponent 4.2: Taħriġ u impjieg ta’ gruppi vulnerabbli; id-deskrizzjoni tal-miżura I-4.07: “Strateġija ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid” tar-Reġjun Kapitali ta’ Brussell u l-istadju importanti 143 tal-investiment 143, taħt il-komponent 4.2: Taħriġ u impjieg ta’ gruppi vulnerabbli; id-deskrizzjoni tal-miżura R-5.03: “Il-kont tax-xogħol” tal-Istat Federali, taħt il-komponent 5.1: It-Taħriġ u s-Suq tax-Xogħol; id-deskrizzjoni tal-miżura R-6.01: “rieżamijiet tal-infiq” tal-Istat Federali, taħt il-komponent 6.1: Rieżamijiet tal-infiq; id-deskrizzjoni tal-miżura R-6.05: “Analiżi tal-infiq” tal-Komunità Franċiża, taħt il-komponent 6.1: Rieżamijiet tal-infiq; l-istadju importanti 228 tar-riforma R-7.02: “Proċedura ta’ riforma tal-appell lill-Kunsill tal-Istat” tal-Istat Federali, taħt il-komponent 7.3: L-enerġija rinnovabbli. Abbażi ta’ dan, il-Belġju talab li jemenda l-istadji importanti, il-miri u d-deskrizzjonijiet tal-miżuri msemmija hawn fuq. Barra minn hekk, il-Belġju talab li jestendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-istadju importanti 226 taħt il-miżura I-7.15 “Sfond għal H2” tal-Istat Federali taħt il-komponent 7.2: Teknoloġiji tal-enerġija emerġenti ġodda. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
(5)Il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet ippreżentati mill-Belġju jiġġustifikaw l-emenda/i skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq.
Distribuzzjoni tal-istadji importanti u l-miri
(6)Id-distribuzzjoni tal-istadji importanti u l-miri f’pagamenti parzjali jenħtieġ li tiġi modifikata biex tqis l-emendi tal-pjan u l-iskeda ta’ żmien indikattiva ppreżentata mill-Belġju.
Korrezzjonijiet ta’ żbalji klerikali
(7)Ġie identifikat żball klerikali wieħed fit-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, li jaffettwa miżura waħda taħt komponent wieħed. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata sabiex jiġu kkoreġuti dawn l-iżbalji klerikali, li ma jirriflettux il-kontenut tal-RRP ippreżentat lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Lulju 2021, kif miftiehem bejn il-Kummissjoni u l-Belġju. L-iżbalji klerikali huma relatati mad-deskrizzjoni tal-miżura v1: Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-komponent V. Awditjar u Kontroll. Dawn il-korrezzjonijiet ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-miżuri kkonċernati.
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni
(8)Il-Kummissjoni vvalutat l-RRP emendat skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241.
(9)Il-Kummissjoni tqis li l-emendi mressqa mill-Belġju ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (ST 10161/21 INIT; ST 10161/21 ADD 1) tat-13 ta’ Lulju 2021dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Belġju fir-rigward tar-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP mal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3), il-punti (a), (b), (c), (d), (da), (db), (e), (f), (g), (h), (i), (j) u (k).
Valutazzjoni pożittiva
(10)Wara l-valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-RRP emendat meta nstab li l-RRP jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) u l-Anness V ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat, l-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u l-ammont li għandu jsir disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP emendat fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli.
Kontribuzzjoni finanzjarja
(11)Il-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat tal-Belġju jammontaw għal EUR 5 279 567 854. Peress li l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-RRP emendat huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għall-Belġju, il-kontribuzzjoni finanzjarja ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 20(4) u l-Artikolu 21a(6) tar-Regolament (UE) 2021/241 allokata għall-RRP emendat tal-Belġju jenħtieġ li tkun ugwali għal EUR 5 033 950 235. Għaldaqstant, il-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-Belġju tibqa’ l-istess.
Self
(12)L-appoġġ b’self li sar disponibbli għall-Belġju li jammonta għal EUR 244 200 000 jibqa’ l-istess.
(13)Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (ST 10161/21 INIT; ST 10161/21 ADD 1) tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP għall-Belġju jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill jiġi sostitwit kompletament,
ADOTTA/ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Belġju hija emendata kif ġej:
(1) l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP
Il-valutazzjoni tal-RRP modifata tal-Belġju abbażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata. Ir-riformi u l-proġetti ta’ investiment skont l-RRP, l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRP, inkluż l-istadji importanti u l-miri rilevanti u l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-pagament tas-self, l-indikaturi rilevanti marbuta mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti, u l-arranġamenti biex il-Kummissjoni tagħti aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.”;
(2) l-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President