<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-470/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0470</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:185">EU:C:2018:185</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20180315">15.3.2018</DATE> – Kawża C‑470/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">North East Pylon Pressure Campaign u Sheehy</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180315">15 ta’ Marzu 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/92/UE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal azzjoni legali tal-membri tal-pubbliku kkonċernat</KEYWORD><KEYWORD>Rikors prematur</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ spiża mhux projbittiva u ta’ deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva relatati mal-parteċipazzjoni tal-pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑470/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20160729">29 ta’ Lulju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20160822">22 ta’ Awwissu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">North East Pylon Pressure Campaign Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maura Sheehy</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">An Bord Pleanála,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Minister for Communications, Energy and Natural Resources,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ireland,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">The Attorney General,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">EirGrid plc,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, C.G. Fernlund, J.‑C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑<DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal North East Pylon Pressure Campaign Ltd u M. Sheehy, minn D. Courtney u B. Sawey, solicitors, M. O’Donnell, barrister, C. Hughes, barrister, E. Keane, SC, u C. Bradley, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-An Bord Pleanála, minn A. Doyle, solicitor, u B. Foley, barrister, u N. Butler, SC,</P></ITEM><ITEM><P>Għal The Attorney General u l-Minister for Communications, Climate Action and Environment (li kien Minister for Communications, Energy and Natural Resources), minn E. Creedon u E. McKenna, bħala aġenti, assistiti minn M. McDowell, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn R. Mulcahy, SC, u G. Gilmore, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għal EirGrid plc, minn D. Nagle, solicitor, S. Dodd, barrister, M. Cush, SC, u E. Cassidy, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Zadra, G. Gattinara u J. Tomkin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑<DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="026" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 26, p. 1</REF.DOC.OJ>), u, min-naħa l-oħra, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil‑<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas‑<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164M" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 164M, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni ta’ Aarhus<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn North East Pylon Pressure Campaign Limited u Maura Sheehy, minn naħa, u An Bord Pleanála, il-Minister for Communications, Energy and Natural Resources (il-Ministru għall-Komunikazzjonijiet, l-Enerġija u r-Riżorsi Naturali, l-Irlanda, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ministru<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), l-Irlanda u l-Attorney General, min-naħa l-oħra, dwar l-intaxxar tal-ispejjeż relatati maċ-ċaħda ta’ talba għal awtorizzazzjoni li jiġi introdott rimedju ġudizzjarju kontra l-proċess ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għall-installazzjoni ta’ interkonnessjoni tal-elettriku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għan<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għal finijiet ta’ kontribuzzjoni għall-protezzjoni tad-dritt ta’ kull persuna ta’ ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, li tgħix f’ambjent adegwat għas-saħħa u għall-benesseri tagħha, kull parti għandha tiggarantixxi d-drittijiet ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent, tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali u tal-aċċess ġudizzjarju fi kwistjonijiet ambjentali b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din il-konvenzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jiddisponi fil-paragrafu 8 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kull parti għandha tiżgura li l-persuni li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni ma jiġu bl-ebda mod ippenalizzati, ippersegwitati jew suġġetta għal miżuri vessatorji minħabba l-involviment tagħhom. Din id-dispożizzjoni ma tippreġudikax is-setgħat tal-qrati nazzjonali li jattribwixxu spejjeż ta’ ammont raġonevoli fil-proċeduri ġudizzjarji.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dritt tal-pubbliku li jipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ambjentali, l-Artikolu 6 tal-imsemmija konvenzjoni jiffissa fid-dettall ir-regoli għall-attivitajiet elenkati fl-Anness I tagħha, filwaqt li l-Artikoli 7 u 8 jikkonċernaw b’mod iktar partikolari, għall-ewwel artikolu, il-pjanijiet, il-programmi u l-politiki ambjentali, għat-tieni artikolu, it-tħejjija ta’ regolamenti eżekuttivi u/jew ta’ strumenti normattivi vinkolanti ta’ applikazzjoni ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tal-istess konvenzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Aċċess għall-ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull parti għandha tiżgura li, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, il-membri tal-pubbliku kkonċernat:</P><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>ikunu jistgħu jaġixxu quddiem qorti u/jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit mil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità, kemm fir-rigward tal-mertu kif ukoll tal-proċedura, ta’ kull deċiżjoni, kull att jew kull ommissjoni koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 u, jekk id-dritt intern jipprevedi dan u mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 iktar ’il quddiem, dispożizzjonijiet oħra rilevanti ta’ din il-konvenzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu 2 ma jeskludux il-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors preliminari quddiem l-awtorità amministrattiva u ma jiddispensawx mill-obbligu li jiġu eżawriti r-rimedji ġudizzjarji amministrattivi qabel ma tiġi istitwita l-proċedura ġudizzjarja, meta dan l-obbligu huwa previst fid-dritt intern.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Barra minn hekk, u bla ħsara għall-proċeduri ta’ reviżjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 iktar ’il fuq, kull parti għandha tiżgura li l-membri tal-pubbliku li jissodisfaw il-kriterji eventwali previsti mid-dritt intern tagħha jkunu jistgħu jipproċedu bi proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jikkontestaw l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ individwi jew ta’ awtoritajiet pubbliċi li jiksru d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-ambjent.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Barra minn hekk, u bla ħsara għall-paragrafu 1, il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 iktar ’il fuq għandhom jipprovdu rimedji suffiċjenti u effettivi, inkluż rimedju permezz ta’ ordni fejn ikun xieraq, u għandhom ikunu oġġettivi, ekwi u mingħajr dewmien, u ma għandhomx jinvolvu spiża projbittiva. […]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, skont il-kuntest ġuridiku inkwistjoni, il-membri tal-pubbliku kkonċernat:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>ikollhom aċċess għal rivista quddiem qorti tal-ġustizzja jew korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="011.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ rivista preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżi tal-eżawriment tal-proċeduri ta’ rivista amministrattiva qabel ir-rikors għall-proċeduri ta’ kontroll ġudizzjarju, meta jeżisti dan ir-rekwiżit taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali.</ALINEA><ALINEA>Kwalunkwe proċedura bħal din għandha tkun ġusta, ekwa, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130417">17 ta’ April 2013</DATE> dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="39" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 115, p. 39</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-linji gwida għall-iżvilupp fil-ħin u l-interoperabbiltà tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Organizzazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi li kull Stat Membru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>għandu jaħtar awtorità nazzjonali kompetenti li għandha tkun responsabbli għall-iffaċilitar u l-koordinazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi għall-proġetti ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju li r-rekwiżit ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>spiża mhux projbittiva<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> previst fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92 jinsab fl-Artikolu 50b tal-Planning and Development Act, 2000 (il-Liġi tal-2000 dwar l-Ippjanar u l-Iżvilupp), kif emendat (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Liġi tal-2000<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="050A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Din it-taqsima tapplika għal proċeduri tax-xorta li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>proċeduri fil-High Court [il-Qorti Għolja, l-Irlanda] permezz ta’ stħarriġ ġudizzjarju, jew biex jintalab permess biex jiġi ppreżentat rikors għal stħarriġ ġudizzjarju, ta’:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>kull deċiżjoni jew allegata deċiżjoni meħuda jew allegatament meħuda;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>kull azzjoni meħuda jew allegatament meħuda; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni, skont liġi tal-Istat li jimplementa:</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[<HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>] dispożizzjoni tad-Direttiva [2011/92] […] li għaliha japplika […] l-Artikolu 10a […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 50b(3) ta’ din il-liġi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-Qorti tista’ tikkundanna lil parti għall-ispejjeż fi proċeduri li għalihom tapplika din it-taqsima jekk il-Qorti tqis li jkun xieraq li tagħmel hekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>minħabba li l-Qorti tqis li talba jew kontrotalba ta’ parti tkun fiergħa jew vessatorja,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>minħabba l-mod li bih il-parti tkun mexxiet il-proċeduri, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>meta l-parti tinstab ħatja ta’ disprezz tal-Qorti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 50b(4) tal-imsemmija liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Is-sottotaqsima (2) ma taffettwax lill-Qorti li hija intitolata tagħti l-ispejjeż favur parti fi kwistjoni ta’ importanza pubblika eċċezzjonali u meta fiċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ ikun fl-interess tal-ġustizzja li tagħmel hekk.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-Environment (Miscellaneous Provisions) Act 2011 [il-Liġi tal-2011 dwar l-Ambjent (dispożizzjonijiet mixxellanji), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Liġi tal-2011<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>] jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3)</NO.PARAG><ALINEA><P>Qorti tista’ tikkundanna parti għall-ispejjeż fi proċeduri li għalihom tapplika din it-taqsima jekk il-qorti tqis xieraq li tagħmel hekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta l-qorti tqis li talba jew kontrotalba ta’ parti tkun fiergħa jew vessatorja,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>minħabba l-mod li bih il-parti tkun mexxiet il-proċeduri, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>meta l-parti tinstab ħatja ta’ disprezz tal-Qorti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA>Is-sottotaqsima (1) ma taffettwax lill-Qorti li hija intitolata tagħti l-ispejjeż favur parti fi kwistjoni ta’ importanza pubblika eċċezzjonali u meta fiċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ ikun fl-interess tal-ġustizzja li tagħmel hekk.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-Liġi tal-2011 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>It-Taqsima 3 tapplika għal proċeduri ċivili, minbarra proċeduri msemmija fis-sottotaqsima (3), istitwiti minn persuna:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>bl-għan li tkun żgurata l-konformità ma’, jew l-infurzar ta’ rekwiżit statutorju jew kundizzjoni jew rekwiżit ieħor mehmuż ma’ liċenzja, permess, awtorizzazzjoni, kiri jew permess ieħor speċifikat fis-sottotaqsima (4), jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ kontravenzjoni dwar jew nuqqas ta’ konformità ma’ tali liċenzja, permess, awtorizzazzjoni, kiri jew għoti ta’ kunsens,</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="6"?><P>u meta n-nuqqas li tkun żgurata tali konformità ma’, jew infurzar ta’ tali rekwiżit statutorju, kundizzjoni jew rekwiżit ieħor imsemmi fil-paragrafu (a), jew tali kontravenzjoni dwar jew nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu (b), ikunu kkawżaw, qed jikkawżaw jew aktarx jikkawżaw ħsara lill-ambjent.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-Liġi tal-2011 jipprevedi li l-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jekk ikun hemm bżonn <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fl-2015, EirGrid plc, operatur pubbliku Irlandiż tat-trażmissjoni tal-elettriku, talbet l-awtorizzazzjoni sabiex tinstalla madwar 300 arblu għal kejbils b’vultaġġ għoli fuq tul ta’ 138 km biex jingħaqdu n-netwerks tal-Irlanda u tal-Irlanda ta’ Fuq u biex jiżguraw l-affidabbiltà tal-provvista tal-elettriku fil-gżira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Dan il-proġett, li huwa wieħed mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>proġetti ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> identifikati mill-Kummissjoni Ewropea abbażi tar-Regolament Nru 347/2013, ġie kkontestat minn grupp ta’ pressjoni li ġab flimkien għadd kbir ta’ sidien tal-artijiet u ta’ abitanti potenzjalment ikkonċernati, imsejjaħ North East Pylon Pressure Campaign (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>NEPP<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>). L-awtorità nazzjonali li, bis-saħħa tal-Artikolu 8 ta’ dak ir-regolament, ġiet maħtura biex tiffaċilita u tikkoordina l-proċess tal-għoti tal-permessi għal dan il-proġett ta’ interkonnessjoni hija l-An Bord Pleanála, il-korp Irlandiż tal-appelli dwar l-ippjanar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-An Bord Pleanála huwa responsabbli wkoll biex japprova l-awtorizzazzjoni għal żvilupp għal dan il-proġett. Wara l-applikazzjoni formali għall-awtorizzazzjoni għal żvilupp u s-sottomissjoni ta’ stima tal-impatt ambjentali, dan il-korp sejjaħ seduta orali għas‑<DATE ISO="20160307">7 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160304">4 ta’ Marzu 2016</DATE>, NEPP u M. Sheehy bdew jikkontestaw il-proċedura għal awtorizzazzjoni għal żvilupp, b’mod partikolari billi fittxu li jostakolaw li ssir is-seduta. Għal dan il-għan, huma ressqu talba sabiex jiġu awtorizzati jintroduċu proċedura ta’ stħarriġ ġudizzjarju b’rikors għal ordni interlokutorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja li xi ħmistax mill-kapijiet tat-talbiet li ġew ippreżentati, insostenn ta’ liema kienu invokati madwar erbgħin motiv, ibbażati, b’mod partikolari, fuq il-fatt li EirGrid kienet biddlet l-informazzjoni oriġinarjament inkluża fir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-impatt ambjentali li hija kellha l-obbligu li tittrażmetti skont id-Direttiva 2011/92, fuq l-insuffiċjenza tad-dikjarazzjonijiet dwar l-impatt ambjentali u tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-impatt fuq Natura 2000, fuq l-illegalità ta’ partijiet mill-proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni għal żvilupp, fuq in-nuqqas ta’ konformità tat-talba għall-awtorizzazzjoni ta’ EirGrid mad-dritt nazzjonali, fuq il-ksur tar-rekwiżiti ta’ smigħ xieraq fl-organizzazzjoni tas-smigħ tal-An Bord Pleanála, u fuq l-imparzjalità oġġettiva ta’ dan tal-aħħar minħabba l-ħatra tiegħu mill-Ministru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li r-rikors għal ordni interlokutorja ġie miċħud, is-seduta quddiem l-An Bord Pleanála saret fid-data prevista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Twettqet il-proċedura għal awtorizzazzjoni u l-qorti tat permess li r-rikorrenti jżidu lill-Ministru, li kien iddisinja l-An Bord Pleanála, u l-Attorney General fost il-konvenuti, kif ukoll jissupplimentaw il-kontestazzjoni tagħhom għall-ħatra tal-An Bord Pleanála bħala l-awtorità kompetenti. EirGrid intervjeniet fil-proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160512">12 ta’ Mejju 2016</DATE>, erbat ijiem wara s-seduta, il-qorti tar-rinviju rrifjutat li tagħti l-awtorizzazzjoni biex jiġi ppreżentat rikors għar-raġuni li d-dritt Irlandiż kien jidher li jeħtieġ li wieħed jistenna li l-An Bord Pleanála jkun adotta deċiżjoni finali qabel ma tista’ tiġi kkontestata, u li, għaldaqstant, ir-rikors li għalih l-awtorizzazzjoni kienet mitluba huwa prematur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-proċedura li wasslet għal din it-talba għal deċiżjoni preliminari, il-partijiet ma jaqblux fuq l-ispejjeż marbuta mal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni li jiġi ppreżentat rikors meta l-ammont jaqbeż EUR <FT TYPE="NUMBER">500000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ġie sostnut li NEPP u M. Sheehy ma setgħux jinvokaw l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92, peress li t-talba għall-awtorizzazzjoni li jiġi ppreżentat rikors ma kinitx sempliċement qed tqajjem irregolaritajiet li jivvizzjaw il-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-impatt ambjentali bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-kompatibbiltà tad-dritt Irlandiż mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92 u d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus li jistabbilixxu r-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din il-qorti tispeċifika, f’dan ir-rigward, li l-Irlanda ma adottatx dispożizzjoni li tittrasponi l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2011/92. Infatti, peress li l-istadju li matulu tista’ tiġi kkontestata skont din id-direttiva ma huwiex definit, kull qorti Irlandiża għandha tevalwa, fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk ir-rikors li ġiet mressqa quddiemha ġietx imressqa fl-istadju xieraq, jew jekk hijiex prematura jew tardiva. Barra minn hekk, l-istess qorti tindika li l-Liġi tal-2011 tkun iktar restrittiva mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus minħabba li tikkundizzjona l-applikabbiltà tagħha fir-rigward ta’ spejjeż fuq l-eżistenza ta’ rabta bejn l-illegalità invokata u dannu ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-High Court (il-Qorti Għolja) iddeċidiet li tissospendi l-kawża quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1)</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ ordinament ġuridiku nazzjonali li fih il-leġiżlatur ma jkunx stabbilixxa b’mod espress u definittiv f’liema stadju tal-proċedura tista’ tiġi kkontestata deċiżjoni u li fih tali kwistjoni għandha tiġi deċiża mill-qorti fil-kuntest ta’ kull rikors speċifiku fuq il-bażi ta’ każ b’każ skont regoli tad-dritt komuni, id-dritt naxxenti mill-Artikolu 11(4) tad-Direttiva [2011/92] għal proċedura li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ma tiswiex tant li tkun projbittiva [ma tkunx eċċessivament oneruża]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> japplika għal proċedura quddiem qorti nazzjonali li permezz tagħha jiġi ddeterminat jekk ir-rikors partikolari inkwistjoni ġiex ippreżentat fl-istadju korrett?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit li l-proċedura <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>ma tiswiex tant li tkun projbittiva [ma tkunx eċċessivament oneruża]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> skont l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva [2011/92] japplika għall-elementi kollha ta’ proċedura ġudizzjarja li permezz tagħha tiġi kkontestata l-legalità (skont id-dritt nazzjonali jew tal-UE) ta’ deċiżjoni, att jew ommissjoni suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar il-parteċipazzjoni pubblika, jew unikament għall-elementi tad-dritt tal-Unjoni ta’ tali kontestazzjoni (jew b’mod partikolari, unikament għall-elementi tal-kontestazzjoni marbuta ma’ kwistjonijiet li jikkonċernaw dispożizzjonijiet tad-direttiva dwar il-parteċipazzjoni pubblika)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-frażi <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[i]d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva [2011/92] tinkludi deċiżjonijiet amministrattivi adottati waqt li tkun qiegħda tiġi ddeterminata applikazzjoni għall-kisba ta’ permess għall-iżvilupp, indipendentement minn jekk dawn id-deċiżjonijiet amministrattivi jiddeterminawx id-drittijiet legali tal-partijiet b’mod irriversibbli u finali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Qorti nazzjonali, bil-għan li tiżgura protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ambjentali tal-Unjoni, għandha tinterpreta d-dritt nazzjonali tagħha b’mod kemm jista’ jkun konsistenti mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni [ta’ Aarhus:]</TXT><?PAGE NO="8"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fi proċedura li tikkontesta l-validità ta’ proċedura għall-kisba ta’ permess għal żvilupp marbuta ma’ proġett ta’ interess komuni magħżul skont ir-Regolament Nru 347/2013 […], u/jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fi proċedura li tikkontesta l-validità ta’ proċedura għall-kisba ta’ permess għall-iżvilupp fejn l-iżvilupp ikun jaffettwa sit Ewropew magħżul skont id-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/43/KEE, tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 206, p. 7</REF.DOC.OJ>)]?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għad-domandi (4)(a) u/jew (b) tkun fl-affermattiv, id-dikjarazzjoni li r-rikorrenti għandhom <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>jissodisfaw kull rekwiżit stabbilit [fid]-dritt nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> tipprekludi lill-Konvenzjoni milli titqies li għandha effett dirett, f’ċirkustanzi fejn ir-rikorrenti ma jkunux naqsu milli jissodisfaw kriterju tad-dritt nazzjonali għall-preżentata ta’ rikors u/jew ikunu manifestament intitolati li jippreżentaw tali rikors:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fi proċedura li tikkontesta l-validità ta’ proċedura għall-kisba ta’ permess għall-iżvilupp marbut ma’ proġett ta’ interess komuni magħżul skont ir-Regolament Nru 347/2013 […], u/jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fi proċedura li tikkontesta l-validità ta’ proċedura għall-kisba ta’ permess għall-iżvilupp fejn l-iżvilupp ikun jaffettwa sit Ewropew magħżul skont id-Direttiva [92/43]?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Stat Membru huwa ħieles li jipprovdi, fil-leġiżlazzjoni tiegħu, eċċezzjonijiet għar-regola li l-proċeduri ambjentali ma għandhomx ikunu eċċessivament onerużi, meta d-Direttiva [2011/92] jew il-Konvenzjoni [ta’ Aarhus] ma jipprovdu għall-ebda eċċezzjoni simili?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>B’mod partikolari, rekwiżit tad-dritt nazzjonali li jirrikjedi rabta kawżali bejn l-allegat att jew deċiżjoni illegali u d-dannu ambjentali bħala kundizzjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplementa l-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni [ta’ Aarhus] bil-għan li jiġi żgurat li proċeduri ambjentali ma jkunux eċċessivament onerużi huwa kompatibbli mal-konvenzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tielet domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 għandux jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplikax għal proċedura quddiem qorti ta’ Stat Membru, bħal dik tal-kawża prinċipali, fejn qiegħed jiġi deċiż jekk rikors jistax jiġi awtorizzat matul proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni għal żvilupp, f’kuntest fejn dan l-Istat Membru ma stabbilixxiex f’liema stadju rikors ikun jista’ jiġi ppreżentat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tiddeċiedi, ir-rekwiżit stabbilit mill-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 jikkonċerna l-ispejjeż finanzjarji kollha li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ġudizzjarja. Għaldaqstant, in-natura projbittiva għandha tiġi evalwata globalment, waqt li jittieħed kont tal-ispejjeż kollha mġarrba mill-parti kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Edwards u Pallikaropoulos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑260/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:221">EU:C:2013:221</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, meta d-dritt proċedurali nazzjonali jipprevedi li għandha tintalab awtorizzazzjoni qabel rikors kopert mir-rekwiżit stabbilit mill-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92, l-ispejjeż relatati ma’ proċedura intiża sabiex tinkiseb l-imsemmija awtorizzazzjoni għandhom ukoll jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Dan huwa <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> l-każ fl-ipoteżi fejn, bħal fil-kawża prinċipali, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli ma ddeterminatx l-istadju li fih jista’ jiġi ppreżentat rikors, kif jeżiġi l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2011/92, tali proċedura għandha tevalwa jekk ir-rikors ġiex ippreżentat fl-istadju xieraq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti l-fatt li t-talba biex jiġi introdott rimedju ġudizzjarju ġietx ippreżentata waqt proċedura li tista’ twassal għal awtorizzazzjoni għal żvilupp, u mhux kontra deċiżjoni li temmet din il-proċedura b’mod definittiv. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 101 sa 108 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-Direttiva 2011/92 la titlob u lanqas tipprojbixxi li r-rikorsi koperti mill-garanzija kontra l-ispejjeż projbittivi jiġu ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet li jtemmu definittivament proċedura ta’ awtorizzazzjoni, fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta’ proċessi deċiżjonali ambjentali, iżda tipprevedi biss l-obbligu tal-Istati Membri li jiddeterminaw l-istadju li fih rikors jista’ jiġi ppreżentat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Sussegwentement, biex tingħata risposta għall-ewwel u għat-tielet domanda, l-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplika għal proċedura quddiem qorti ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha jiġi deċiż jekk rikors jistax jiġi awtorizzat matul proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni għal żvilupp, u dan iktar u iktar meta dan l-Istat Membru ma ddeterminax f’liema stadju rikors jista’ jiġi ppreżentat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, meta rikorrent jinvoka kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fi kwistjonijiet ambjentali u kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ regoli oħra, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva previst fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 japplika għall-ispejjeż relatati mar-rikors kollu, jew biss għall-ispejjeż relatati mal-parti tar-rikors ibbażata fuq ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2011/92 li r-rikorsi li huma suġġetti għall-protezzjoni kontra l-ispejjeż projbittivi huma dawk intiżi kontra d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Interpretazzjoni letterali ta’ din id-dispożizzjoni b’hekk tfisser li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha huwa limitat għall-ispejjeż relatati biss mal-aspetti ta’ tilwima li tinvoka d-dritt tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet skont ir-regoli dettaljati stipulati f’dan ir-rigward fid-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Dan l-approċċ huwa kkonfermat minn qari kuntestwali tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2011/92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Dan tal-aħħar jinkludi, fil-fatt, mhux biss ir-regoli dwar l-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja, iżda wkoll, b’mod iktar wiesa’, ir-regoli ta’ armonizzazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-impatt ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, billi l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2011/92 jagħmel riferiment espliċitu biss għad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-test dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, il-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jiġi kkunsidrat li kellu l-intenzjoni li jeskludi mill-garanzija kontra spejjeż projbittivi r-rikorsi bbażati fuq kwalunkwe regola oħra ta’ din id-direttiva, u iktar u iktar fuq kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra, kemm tal-Unjoni jew tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni lanqas ma hija invalidata fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2011/92, li jikkonsisti, b’mod partikolari, kif jirriżulta mill-premessi 19 sa 21, milli jittraskrivu fil-liġi sekondarja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet stess jirreferu, biex jiddefinixxu l-ambitu tar-rikorsi li ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva, għal dawk ir-rikorsi intiżi kontra kwalunkwe deċiżjoni, att jew ommissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ dik il-konvenzjoni, jiġifieri li ċerti regoli jirregolaw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fi kwistjonijiet ambjentali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li d-dritt intern jiddisponi mod ieħor billi jestendi din il-garanzija għal dispożizzjonijiet oħra rilevanti ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>B’hekk, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu biss l-intenzjoni li jaċċetta r-rekwiżit li ċerti rimedji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva kif iddefinit fl-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, kull interpretazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit, fis-sens tad-Direttiva 2011/92, li japplika lil hinn mir-rikorsi miġjuba kontra d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet relatati mal-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku ddefinit minn din id-direttiva tirriżulta f’interpretazzjoni li tmur lil hinn mill-intenzjonijiet tal-leġiżlatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Meta, bħal fil-każ ta’ talba għall-awtorizzazzjoni li wasslet għall-proċedura tal-intaxxar tal-ispejjeż prinċipali, rikors dirett kontra proċess kopert mid-Direttiva 2011/92 tgħaqqad kunsiderazzjonijiet legali fir-rigward tar-regoli tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku ma’ argumenti ta’ natura oħra, huwa f’idejn il-qorti nazzjonali biex, <HT TYPE="ITALIC">ex æquo et bono</HT> u skont il-modalitajiet proċedurali nazzjonali applikabbli, tagħmel distinzjoni bejn dawk l-ispejjeż relatati ma’ kull wieħed miż-żewġ tipi ta’ argumenti, sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżit ta’ spiża mhux projbittiva jiġi applikat għall-parti tar-rikors ibbażata fuq ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li r-risposta għat-tieni domanda hija li meta rikorrent jinvoka kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fi kwistjonijiet ambjentali u kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ regoli oħra, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva previst fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 japplika biss għall-ispejjeż relatati mal-parti tar-rikors ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ u l-ħames domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ u l-ħames domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk u sa fejn l-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li, sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ambjentali tal-Unjoni, ċerti proċeduri ġudizzjarji ma jkunux ta’ spiża projbittiva japplika għall-aspetti ta’ tilwima li ma jkunux koperti mill-istess rekwiżit kif jirriżulta, skont id-Direttiva 2011/92, mir-risposta mogħtija għat-tieni domanda, u, jekk iva, liema huma l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu mill-qorti nazzjonali f’tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni li tagħti deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, iffirmata mill-Komunità u wara approvata permezz tad-Deċiżjoni 2005/370, u li d-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar għaldaqstant jifformaw parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Filwaqt li l-paragrafu 2 tal-Artikolu 9 ta’ din il-konvenzjoni jistabbilixxi dritt għal rimedju maħsub biex jiġi infurzat id-dritt tal-pubbliku li jipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ambjentali, il-paragrafu 3 tal-istess artikolu jikkonċerna, b’mod iktar wiesa’, id-dritt tal-pubbliku kkonċernat sabiex jikkontestaw l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ individwi jew ta’ awtoritajiet pubbliċi li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-paragrafu 4 tal-imsemmi artikolu, li jispeċifika l-karatteristiċi li għandu jkollhom ir-rikorsi, u b’mod partikolari li ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva, japplika b’mod espliċitu kemm għar-rikorsi msemmija fil-paragrafu 3 u kemm, b’mod partikolari, għal dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva, kif previst mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus, għandu jitqies li japplika għal proċedura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri proċedura li hija intiża li tikkontesta, fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali tal-ambjent, proċess għal awtorizzazzjoni għal żvilupp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament, meta dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tista’ tiġi applikata kemm għal sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali kif ukoll għal sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dritt tal-Unjoni, jeżisti interess ċert li, sabiex jiġu evitati diverġenzi futuri ta’ interpretazzjoni, din id-dispożizzjoni tingħata interpretazzjoni uniformi, irrispettivament mill-kundizzjonijiet li fihom hija ser tiġi applikata (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-interpretazzjoni mogħtija fil-kuntest tar-risposta għall-ewwel domanda, dwar l-applikabbiltà tar-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva għal proċedura quddiem qorti nazzjonali li fil-kuntest tagħha jiġi ddeterminat jekk l-awtorizzazzjoni għal rikors tistax tingħata, hija trasponibbli għall-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-konsegwenzi għall-qorti nazzjonali ta’ din il-konklużjoni f’tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi mfakkar li la l-paragrafu 3 u lanqas il-paragrafu 4 tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma fihom obbligu inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż li jista’ jirregola direttament is-sitwazzjoni ġuridika tal-individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ordre des barreaux francophones et germanophone <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:605">EU:C:2016:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li dawn id-dispożizzjonijiet, minkejja li huma nieqsa minn effett dirett, għandhom l-għan li jippermettu li jiżguraw ħarsien effettiv tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-modalitajiet proċedurali għal rikorsi intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi għandhom bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola dawn il-modalitajiet, u huma l-Istati Membri li għandhom jiżguraw, f’kull każ, protezzjoni effettiva ta’ dawn id-drittijiet (ara, b’mod partikolari, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta wkoll minn ġurisprudenza stabbilita li l-modalitajiet proċedurali għal rikorsi intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ individwi taħt il-liġi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikorsi simili tad-dritt intern (il-prinċipju ta’ ekwivalenza) u ma għandhomx jagħmlu l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli (il-prinċipju ta’ effettività) (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080415">15 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>Impact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑268/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:223">EU:C:2008:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi pprevedut, mingħajr ma titqiegħed inkwistjoni l-protezzjoni effettiva tad-dritt ambjentali tal-Unjoni, f’dan il-każ tad-Direttiva 2011/92 u tar-Regolament Nru 347/2013, li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jingħataw interpretazzjoni li tagħmel l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta tkun involuta l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tal-ambjent, b’mod partikolari fit-twettiq ta’ proġett ta’ interess komuni, fis-sens tar-Regolament Nru 347/2013, hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti interpretazzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali li, sa fejn ikun possibbli, tkun konformi mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, b’tali mod li l-ispiża tal-proċeduri ġudizzjarji ma tkunx projbittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li jeħtieġ li r-risposta għar-raba’ u l-ħames domanda hija li l-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ambjentali tal-Unjoni, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplika għall-parti ta’ rikors li ma tkunx koperta mill-istess rekwiżit, kif jirriżulta, skont id-Direttiva 2011/92, mir-risposta mogħtija għat-tieni domanda, sa fejn ir-rikorrent ifittex, b’dak ir-rikors, li jiżgura r-rispett għad-dritt nazzjonali tal-ambjent. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx effett dirett, iżda hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti interpretazzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali li, sa fejn ikun possibbli, tkun konformi magħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sitt u s-seba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt u s-seba’ domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk Stat Membru jistax jidderoga mir-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji ma tkunx projbittiva mitlub mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus u mid-Direttiva 2011/92 meta rikors jitqies frivolu jew vessatorju, jew fl-assenza ta’ rabta bejn il-ksur allegat tad-dritt nazzjonali tal-ambjent u dannu ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li r-rekwiżit li l-proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva previst kemm fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 kif ukoll fl-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ma jipprekludix lill-qrati nazzjonali milli jikkundannaw lil rikorrent għall-ispejjeż. Dan jirriżulta b’mod espliċitu mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li magħha il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tkun allineati, bl-Artikolu 3(8) ta’ din il-konvenzjoni jispeċifika li bl-ebda mod ma hija ppreġudikata s-setgħa tal-qrati nazzjonali li jikkundannaw spejjeż ta’ ammont raġonevoli fi tmiem ta’ proċedura ġudizzjarja (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130411">11 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Edwards u Pallikaropoulos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑260/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:221">EU:C:2013:221</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk huwa possibbli li l-qorti nazzjonali tieħu inkunsiderazzjoni fatturi bħal, b’mod partikolari, il-prospetti raġonevoli tas-suċċess tar-rikors jew jekk in-natura tiegħu hijiex frivola jew vessatorja, sakemm l-ammont tal-ispejjeż imposti fuq l-applikant ma jkunux għoljin wisq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Konvenzjoni ta’ Aarhus fir-rigward tal-ispejjeż proċedurali, bħalma hija l-Liġi tal-2011, tistax tikkundizzjona l-applikazzjoni tar-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji ma tkunx projbittiva fuq l-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti bejn l-illegalità invokata fir-rigward tad-dritt nazzjonali tal-ambjent u dannu ambjentali, tista’ biss issir riferenza għall-kliem stess tal-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-fatt, dan ir-rekwiżit japplika, skont id-dispożizzjonijiet magħquda tal-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu 9 ta’ din il-konvenzjoni, għall-proċeduri intiżi sabiex jikkontestaw l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ individwi jew ta’ awtoritajiet pubbliċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>li jiksru d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għalhekk, il-partijiet kontraenti għal din il-konvenzjoni kellhom, mingħajr ambigwità, l-intenzjoni li japplikaw il-protezzjoni kontra l-ispejjeż projbittivi tar-rimedji li l-għan tagħha huwa li tara li tiġi rrispettata l-legalità ambjentali <HT TYPE="ITALIC">in abstracto</HT>, mingħajr ma tiġi kkundizzjonata din il-protezzjoni fuq id-dimostrazzjoni ta’ xi rabta ma’ dannu ambjentali li huwa attwali jew, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, potenzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Huwa xieraq, għalhekk, li r-risposta għas-sitt u s-seba’ domanda hija li Stat Membru ma jistax jidderoga mir-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ma tkunx projbittiva, mitlub mill-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u mill-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92, meta rikors jitqies frivolu jew vessatorju, jew fl-assenza ta’ rabta bejn il-ksur allegat tad-dritt nazzjonali tal-ambjent u dannu ambjentali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplika għal proċedura quddiem qorti ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha jiġi deċiż jekk rikors jistax jiġi awtorizzat matul proċedura għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni għal żvilupp, u dan iktar u iktar meta dan l-Istat Membru ma ddeterminax f’liema stadju rikors jista’ jiġi ppreżentat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Meta rikorrent jinvoka kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali fi kwistjonijiet ambjentali u kemm motivi bbażati fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ regoli oħra, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva previst fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92 japplika biss għall-ispejjeż relatati mal-parti tar-rikors ibbażata fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil‑<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas‑<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt ambjentali tal-Unjoni, ir-rekwiżit li ċerti proċeduri ġudizzjarji ma għandhomx ikunu ta’ spiża projbittiva japplika għall-parti ta’ rikors li ma tkunx koperta mill-istess rekwiżit, kif jirriżulta, skont id-Direttiva 2011/92, mir-risposta mogħtija fil-punt 2 ta’ dan id-dispożittiv, sa fejn ir-rikorrent ifittex, b’dak ir-rikors, li jiżgura r-rispett għad-dritt nazzjonali tal-ambjent. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx effett dirett, iżda hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti interpretazzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali li, sa fejn ikun possibbli, tkun konformi magħhom.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Stat Membru ma jistax jidderoga mir-rekwiżit li l-ispiża ta’ ċerti proċeduri ġudizzjarji ma tkunx projbittiva, impost mill-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali u mill-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2011/92, meta rikors jitqies frivolu jew vessatorju, jew fl-assenza ta’ rabta bejn il-ksur allegat tad-dritt nazzjonali tal-ambjent u dannu ambjentali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>