European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2020

7.9.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2020

tal-4 ta’ Settembru 2026

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u l-Artikolu 232(1), il-punt (b), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji jitħallew jidħlu fl-Unjoni biss jekk il-pajjiżi terzi jew it-territorji kkonċernati jkunu elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, territorji, jew żoni tagħhom, jew, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, minn kompartimenti tagħhom, iridu jikkonformaw magħhom sabiex jidħlu fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Fis-27 ta’ Awwissu 2026, l-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar żewġ tifqigħat ġodda tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-istat ta’ South Dakota, li ġew ikkonfermati fl-20 ta’ Awwissu 2026 u fil-21 ta’ Awwissu 2026, rispettivament, permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti nnotifikat l-istabbiliment taż-żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ qerda biex tikkontrolla l-preżenza tal-HPAI u tillimita t-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

L-Istati Uniti ppreżentaw aktar informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri li ttieħdu biex jipprevjenu aktar tixrid tal-HPAI wara dawk it-tifqigħat reċenti tal-HPAI.

(8)

L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Uniti ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità veterinarja tal-Istati Uniti, jixraq li jiġi sospiż id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa miż-żona kkonċernata mit-tifqigħat il-ġodda f’dak il-pajjiż terz, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu d-dati meta ġew ikkonfermati t-tifqigħat. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għall-Istati Uniti fit-tabelli stabbiliti fl-Anness V, il-Parti 1, it-Taqsima B, u l-Parti 2, u fit-tabella stabbilita fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Filwaqt li jitqiesu t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fl-Istati Uniti, l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 b’dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.1403 u US-2.1404 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1402:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1403

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

20.8.2026

 

US-2.1404

N, P1

 

21.8.2026”

 

(b)

Fil-Parti 2, fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni 2.1403 u US-2.1404 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.1402:

“L-Istati Uniti

US-2.1403

State of South Dakota

Brule 06

Brule County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 98.8098303°W 43.6144533°N)

US-2.1404

State of South Dakota

Edmunds 20

Edmunds County: A circular zone of a 10 km radius starting with North point (GPS coordinates: 99.0962431°W 45.6562724°N)”

(2)

fl-Anness XIV, il-Parti 1, it-Taqsima B, fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni 2.1403 u US-2.1404 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona US-2.1402:

“US

L-Istati Uniti

US-2.1403

POU, RAT

N, P1

 

20.8.2026

 

GBM

P1

 

20.8.2026

 

US-2.1404

POU, RAT

N, P1

 

21.8.2026

 

GBM

P1

 

21.8.2026”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2020/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)