02013R1106 — MT — 10.02.2017 — 004.003


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1106/2013

tal-5 ta’ Novembru 2013

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

(ĠU L 298 8.11.2013, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/49 tal-14 ta' Jannar 2015

  L 9

17

15.1.2015

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1019 tad-29 ta' Ġunju 2015

  L 163

18

30.6.2015

►M3

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1483 tal-1 ta' Settembru 2015

  L 228

1

2.9.2015

►M4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1821 tad-9 ta' Ottubru 2015

  L 265

4

10.10.2015

►M5

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/220 tat-8 ta' Frar 2017

  L 34

21

9.2.2017


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 134, 23.5.2017, p.  52 (2017/220)

►C2

Rettifika, ĠU L 255, 3.10.2017, p.  32 (2017/220)




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1106/2013

tal-5 ta’ Novembru 2013

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja



Artikolu 1

1.  Dazju antidumping definittiv huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli li fihom, bil-piż:

— 2,5 % jew aktar ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju,

— inqas minn 2,5 % ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta’ aluminju,

li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġina mill-Indja.

▼M3

2.  Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpanniji elenkati hawn taħt tkun din li ġejja:

▼M5



Il-kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Garg Inox, Bahadurgarh, Haryana u Pune, Maharashtra

10,3

B931

KEI Industries Ltd, New Delhi

7,7

B925

Macro Bars and Wires, Mumbai, Maharashtra

0,0

B932

Nevatia Steel & Alloys, Mumbai, Maharashtra

0,7

B933

Raajratna Metal Industries, Ahmedabad, Gujarat

12,5

B775

Venus Wire Industries Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra

6,9

B776

Precision Metals, Mumbai, Maharashtra;

6,9

B777

Hindustan Inox Ltd., Mumbai, Maharashtra

6,9

B778

Sieves Manufacturer India Pvt. Ltd, Mumbai, Maharashtra

6,9

B779

Viraj Profiles Limited, Palghar, Maharashtra and Mumbai, Maharashtra

6,8

B780

Il-kumpaniji elenkati fl-Anness

►C2  5,0 ◄

Ara l-Anness

Il-kumpaniji l-oħra kollha, minbarra l-kumpaniji inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni inizjali u kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun li jikkooperaw magħhom

►C1  12,5 ◄

B999

▼B

3.  Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazju doganali.

▼M3

4.  L-applikazzjoni tar-rata ta' dazju individwali speċifikata għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 u fl-Anness isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ tali fattura, identifikat/a b'ismu/isimha u l-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata skont is-sussegwenti: “Jiena, hawn taħt iffirmat/a, niċċertifika li l-(volum) tal-wajers tal-azzar inossidabbli mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fl-Indja. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura bħal din, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn” kollha.

▼B

Artikolu 2

Fejn produttur esportatur mill-Indja jipprovdi provi suffiċjenti lill-Kummissjoni li

(a) ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw mill-Indja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (l-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2012)

(b) mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur suġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament; u

(c) jew effettivament esporta l-oġġetti kkonċernati jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lill-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni,

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biż-żieda tal-produttur esportatur il-ġdid mal-lista fl-Anness.

Artikolu 3

L-ammonti garantiti permezz ta’ dazji antidumping provviżorji skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 418/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ wajers tal-azzar inossidabbli li fihom piż ta’:

— 2,5 % jew aktar ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 28 % jew aktar iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nikil u 20 % jew aktar iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju,

— inqas minn 2,5 % ta’ nikil, ħlief wajers li fihom piż ta’ 13 % jew aktar iżda mhux aktar minn 25 % ta’ kromju u 3,5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 6 % ta’ aluminju,

li bħalissa jaqa’ fil-kodiċi NM 7223 00 19 u 7223 00 99 u li joriġina mill-Indja, għandu jiġi miġbur b’mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju tal-antidumping se jiġu rilaxxati.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS

Produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw li mhux inklużi fil-kampjun:



Isem il-kumpanija

Belt

kodiċi addizzjonali TARIC

▼M4

Amar Precision Wire Products Pvt., Ltd

Satara, Maharashtra

B121

▼M2

Bekaert Mukand Wire Industries

Lonand, Tal. Khandala, Satara District, Maharashtra

B781

Bhansali Bright Bars Pvt. Ltd

Ltd., Mumbai, Maharashtra

B781

Bhansali Stainless Wire

Mumbai, Maharashtra

B781

Chandan Steel

Mumbai, Maharashtra

B781

Drawmet Wires

Bhiwadi, Rajasthan

B781

Jyoti Steel Industries Ltd

Mumbai, Maharashtra

B781

Mukand Ltd.

Thane

B781

Panchmahal Steel Ltd

Dist. Panchmahals, Gujarat

B781

Superon Schweisstechnik India Ltd

Gurgaon, Haryana

B997