Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010, Verein Deutsche Sprache vs Il-Kunsill (T-245/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet, bħala manifestament inammissibbli, ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti u intiż li jiġi kkonstatat li l-Kunsill kiser id-dritt tal-Unjoni b’mod partikolari meta ma ggarantixxiex li l-kontenut kollu tas-sit internet tal-Presidenza tal-Kunsill ikun disponibbli bil-lingwa Ġermaniża - Nuqqas ta’ osservanza tan-natura u tas-suġġett tar-rikors - Assenza tal-eżami legali tat-teħid ta’ pożizzjoni tal-Kunsill - Ksur tal-obbligu li jiġu mħarrsa l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) Verein Deutsche Sprache eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.