European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2644

4.10.2024

DEĊIŻJONI (UE) 2024/2644 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-2 ta’ Ottubru 2024

li taħtar Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta' tlettax-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2024.

(2)

Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perjodu li jibda mis-7 ta' Ottubru 2024 u li jiskadi fis-6 ta' Ottubru 2030.

(3)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2508 tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri (1), is-Sur Giovanni PITRUZZELLA nħatar Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mis-7 ta' Ottubru 2024 sas-6 ta' Ottubru 2030. Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Giovanni PITRUZZELLA, is-Sur Andrea BIONDI ġie nnominat għall-ewwel mandat bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta' dan il-kandidat għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Andrea BIONDI huwa b'dan maħtur Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mis-7 ta' Ottubru 2024 sas-6 ta' Ottubru 2030.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ottubru 2024.

Il-President

ÓDOR B.


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2508 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tat-8 ta' Novembru 2023 li taħtar żewġ Imħallfin u Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja (ĠU L, 2023/2508, 10.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2508/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2644/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)