41998D0012



Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0196 - 0196


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

tal-21 ta' April 1998

dwar l-Iskambju ta' statistiċi fuq viżi maħruġa

(SCH/Com-ex (98)12)

Il-KUMITAT EŻEKUTTIV,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni hawn fuq imsemmija,

Billi l-iskambju ta' statistiċi fuq livell lokali dwar viżi li ġew maħruġa u uffiċjalment rifjutati r-rappreżentazzjonijiet varji biex ikollhom idea dwar ix-xejriet totali f'applikazzjonijiet għall-visas minn pajjiżi fil-ġurisdizzjoni tagħhom u kull tibdil possibbli f'applikazzjonijiet minn waħda mill-missjonijiet fuq il-post ta' xi wieħed mill-imseħbin ta' Schengen għal ieħor;

Billi l-ħarsa ġenerali li ngħatat hawn fuq se tiffaċilita l-koperazzjoni konsulari lokali biex dawn ikunu jistgħu jeżaminaw ir-raġunijiet għal kull xejriet li jiġu osservati, speċjalment dwar xiri ta' viża, biex jaslu għal konklużjonijiet prattiċi u, fejn huwa xieraq, biex jagħmlu rakkomandazzjonijiet neċessarji lil awtoritajiet nazzjonali rispettivi tagħhom;

Ikkunsidra l-piż amministrattiv kbir fuq il-missjonijiet diplomatiċi u postijiet konsulari bħala riżultat li għandu jkun hemm skambju ta' statistiċi kull xahar fuq viża għal żmien qasir li ġew maħruġa u uffiċjalment rifjutati, mitluba f'nota SCH/II (95) 50 rev. 2 minn Grupp ta' Ħidma II lill-Grupp Ċentrali.

Billi fuq naħa waħda, billi l-LTV għandhom biss jiġu maħruġa f'każijiet eċċezzjonali, l-iskambju mensili dwar livell ta' statistiċi lokali dwar l-ħruġ ta' dawn il-viżi għandu jkompli fuq bażi ta' kull xahar,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

1. Statistiċi dwar viżi għal żmien qasir li ġew maħruġa u uffiċjalment rifjutati, viżi ta' mogħdija u viżi għal transitu mill-ajruport għandhom jiġu skambjatai kull tliet xhur.

2. Bla ħsara għall-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u mfissra fl-Anness 14 ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni, li bi qbil magħhom l-Istati ta' Schengen għandhom jikkomunikaw kull informazzjoni dwar il-ħruġ ta' LTV fi żmien 72 siegħa, il-missjonijiet diplomatiċi ta' Schengen u postijiet konsulari huma hawnhekk imfakkra dwar l-obbligazzjoni tagħhom (SCH/Com-ex decl 4) biex jagħtu lil xulxin fuq bażi ta' kull xahar statistiċi dwar LTV maħruġa ix-xahar ta' qabel u biex jagħtu dawn l-istatistiċi lill-awtoritajiet ċentrali rispettivi tagħhom.

3. Kapitolu VIII ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni għandu jitlesta fik suppost [1].

Brussel, il-21 ta' April 1998.

Il-President

J. Vande Lanotte

[1] Ara dokument SCH/Com-ex(99)13.

--------------------------------------------------