|
25.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 38/3 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10596 - OTPP / KKR / GREENCOLLAR)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 38 I/02)
1.
Fl-14 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
|
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR & Co”, u flimkien l-affiljati tagħha, “KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Green Climate Co Pty Ltd (“GreenCollar”, l-Awstralja). |
OTPP u KKR jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ GreenCollar kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
OTPP hija korporazzjoni mingħajr kapital azzjonarju inkorporata skont l-Att dwar il-Pensjoni tal-Għalliema (Ontario). OTPP hija impenjata bl-amministrazzjoni tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment ta’ assi ta’ pjanijiet tal-pensjoni f’isem madwar 331 000 għalliem attivi u rtirati fil-Provinċja Kanadiża ta’ Ontario. |
|
— |
KKR hija ditta ta’ investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi u soluzzjonijiet tas-swieq tal-kapital u tal-assigurazzjoni. |
|
— |
GreenCollar hija pjattaforma ambjentali u żviluppatur ta’ proġetti fl-Awstralja (li tispeċjalizza fi proġetti bbażati fuq in-natura). |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10596 - OTPP / KKR / GREENCOLLAR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).