|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3762 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0336
Miżuri biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f'pajjiżi terzi
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2015/637 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u d-Direttiva (UE) 2019/997 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE (COM(2023)0930 – C9-0015/2024 – 2023/0441(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(C/2025/3762)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2023)0930), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0015/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0178/2024), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 13
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 19
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 23
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 25
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 26
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 28
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 30
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 30a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 31
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
||||
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 32
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 33
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 34a (ġdida)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 41
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
||
|
|
“Rifuġjati rikonoxxuti u persuni apolidi u persuni oħra li mhumiex ċittadini tal-ebda pajjiż, li jirrisjedu fi Stat Membru u għandhom dokument tal-ivvjaġġar maħruġ minn dak l-Istat Membru għandhom ikunu intitolati għal protezzjoni konsulari taħt l-istess kundizzonijiet taċ-ċittadini mhux rappreżentati, jekk Stat Membru ta’ residenza ma jkunx rappreżentat minn awtortià diplomatika jew konsulari”. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Fil-każ li d-delegazzjonijiet tal-Unjoni jkunu l-unika rappreżentanza li tinsab fiżikament f’pajjiż terz, jew fejn ikun hemm ħtieġa oġġettiva għal assistenza addizzjonali għal ċittadini mhux rappreżentati waqt sitwazzjoni ta’ kriżi minħabba kapaċità insuffiċjenti tal-ambaxxati u l-konsulati tal-Istati Membri, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jipprovdu assistenza konsulari, inkluż il-ħruġ ta’ Dokumenti Provviżorji tal-Ivvjaġġar skont id-dispożizzjonijiet stipulati mid-Direttiva (UE) 2019/997. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. Meta tiġi provduta protezzjoni konsulari lil ċittadini mhux rappreżentati, l-Istati Membri għandhom iqisu approċċ intersezzjonali għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ gruppi vulnerabbli u individwi f’riskju ta’ diskriminazzjoni għal kwalunkwe raġuni bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta, jiġifieri s-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.” |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
||||
|
imħassar |
||||
|
imħassar |
||||
|
|
|
||||
|
imħassar |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 11 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jappoġġaw lill-Istati Membri fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati f’konformità mal-Artikolu 5(10) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE. Tali appoġġ jista’ jinkludi t-twettiq ta’ kompiti speċifiċi ta’ għajnuna konsulari, fuq talba tal-Istati Membri u f’isimhom. L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom jipprovdu lid-delegazzjoni tal-Unjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-każ ikkonċernat. |
2. Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jappoġġaw lill-Istati Membri fl-għoti ta’ protezzjoni konsulari liċ-ċittadini mhux rappreżentati f’konformità mal-Artikolu 5(10) tad-Deċiżjoni 2010/427/UE. Tali appoġġ jista’ jinkludi t-twettiq ta’ kompiti speċifiċi ta’ għajnuna konsulari, fuq talba tal-Istati Membri u f’isimhom. L-Istat Membru li jassisti u l-Istat Membru tan-nazzjonalità għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lid-delegazzjoni tal-Unjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-każ ikkonċernat. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Is-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jiġu allokati r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex ikopru l-kostijiet ġenerali u l-ammont ta’ xogħol amministrattiv orizzontali addizzjonali. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni konsulari lokali msemmija fl-Artikolu 12, l-Istati Membri u s-SEAE għandhom jistabbilixxu u jaqblu dwar pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għal kull pajjiż terz. Il-pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għandu jiġi aġġornat kull sena u jkun fih: |
1. Fil-kuntest tal-kooperazzjoni konsulari lokali msemmija fl-Artikolu 12, l-Istati Membri u s-SEAE għandhom jistabbilixxu u jaqblu dwar pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għal kull pajjiż terz. Il-pjan ta’ kontinġenza konsulari konġunt għandu jiġi aġġornat kull sena , jew aktar ta’ spiss fil-każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, u jkun fih: |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn ikunu preżenti, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoordinaw l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u l-qbil dwarhom, abbażi ta’ kontributi magħmula mill-ambaxxati jew mill-konsulati tal-Istati Membri rrappreżentati fil-pajjiż terz ikkonċernat u l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri mhux rappreżentati. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha, għas-SEAE u għas-servizzi tal-Kummissjoni. |
Fejn ikunu preżenti, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoordinaw l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti u l-qbil dwarhom, abbażi ta’ kontributi magħmula mill-ambaxxati jew mill-konsulati tal-Istati Membri rrappreżentati fil-pajjiż terz ikkonċernat u l-awtoritajiet konsulari tal-Istati Membri mhux rappreżentati. Dan jista’ jinkludi, fejn meħtieġ, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-pjanijiet ta’ kontinġenza konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri kollha, għas-SEAE u għas-servizzi tal-Kummissjoni. |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. L-Istati Membri u d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkollaboraw fl-użu ta’ Sistemi ta’ Twissija Bikrija biex jippermettu d-detezzjoni f’waqtha ta’ kriżijiet jew perikli potenzjali, bħal diżastri naturali, inkwiet politiku, jew emerġenzi tas-saħħa, fil-pajjiż terz ikkonċernat. Dawn is-sistemi għandhom jużaw l-analitika tad-data, il-valutazzjonijiet tar-riskju, u l-kondiviżjoni tal-intelligence biex jipprovdu indikaturi bikrija ta’ theddid emerġenti, u b’hekk itejbu l-effettività tal-isforzi ta’ tħejjija u rispons għall-kriżijiet. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom il-possibbiltà li jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jinfurmawhom, b’mezzi u għodod xierqa, dwar il-vjaġġi tagħhom f’pajjiżi terzi jew dwar ir-residenza tagħhom hemmhekk. |
4. L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jieħdu miżuri proattivi sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini tagħhom jirreġistraw mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew jinfurmawhom, b’mezzi u għodod xierqa, dwar il-vjaġġi tagħhom f’pajjiżi terzi jew dwar ir-residenza tagħhom hemmhekk , b’mod partikolari meta l-pajjiżi terzi inkwistjoni mhumiex ikkunsidrati bħala kompletament siguri . |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-bidliet fil-pariri tagħhom dwar l-ivvjaġġar liċ-ċittadini minn kmieni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u għandhom jaraw li jiżguraw konsistenza fil-livell ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar mogħtija.”; |
5. L-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-bidliet fil-pariri tagħhom dwar l-ivvjaġġar liċ-ċittadini minn kmieni, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, u għandhom jaraw li jiżguraw konsistenza fil-livell ta’ pariri dwar l-ivvjaġġar mogħtija.” L-Istati Membri għandhom dejjem jinformaw lil xulxin kull darba li jsiru konxji minn riskji ogħla għas-sigurtà. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5a. L-Istati Membri għandhom itejbu s-sensibilizzazzjoni mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f’pajjiżi terzi, inkluż billi jikkondividu regolarment aġġornamenti tal-valutazzjoni tar-riskju u theddid possibbli għas-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE, u billi jiskambjaw informazzjoni dwar il-parir tagħhom dwar l-ivvjaġġar. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13 – paragrafu 5b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
5b. Is-SEAE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandu jipprovdi taħriġ dwar it-tħejjija, is-simulazzjoni u r-rispons konsulari għall-kriżijiet lill-uffiċjali tal-Unjoni u lill-persunal diplomatiku u konsulari tal-Istati Membri biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi u jipprovdu assistenza liċ-ċittadini tal-UE barra mill-pajjiż. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13a – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati minn timijiet konsulari konġunti magħmula minn esperti mill-Istati Membri, b’mod partikolari minn Stati Membri mhux rappreżentati fil-pajjiż terz affettwat mill-kriżi, mis-servizzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni. It-timijiet konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għal skjerament rapidu f’pajjiżi terzi affettwati minn kriżi konsulari. Il-parteċipazzjoni f’timijiet konsulari konġunti għandha tkun volontarja. |
2. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati minn timijiet konsulari konġunti magħmula minn esperti mill-Istati Membri, b’mod partikolari minn Stati Membri mhux rappreżentati fil-pajjiż terz affettwat mill-kriżi, mis-servizzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni. It-timijiet konsulari konġunti għandhom ikunu disponibbli għal skjerament rapidu f’pajjiżi terzi affettwati minn kriżi konsulari. Il-parteċipazzjoni f’timijiet konsulari konġunti għandha tkun volontarja. Is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom jappoġġaw it-tħejjija ta’ dawk l-esperti u tat-timijiet konsulari konġunti. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13a – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Meta jipprovdu għajnuna, l-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ, jekk ikun xieraq, minn strumenti tal-Unjoni bħall-istrutturi tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-SEAE u ċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tiegħu u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE . ; |
4. Meta jipprovdu għajnuna, l-Istati Membri jistgħu jiġu appoġġati minn strumenti tal-Unjoni bħall-istrutturi tal-ġestjoni tal-kriżijiet tas-SEAE u ċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tiegħu . L-Istati Membri jistgħu jinvolvu wkoll il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, permezz taċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f’każ ta’ Emerġenza stabbilit mill-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u, jekk ikun xieraq, il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE taħt il-qafas tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni u l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE kif previst fil-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża”. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13a – paragrafu 4a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
4a. fil-Kapitolu 2, jiddaħħal l-Artikolu 13ad li ġej: “Artikolu 13ad Protezzjoni speċjali tat-tfal L-Istati Membri, bl-appoġġ tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, għandhom jieħdu miżuri speċjali biex jiżguraw id-dritt għall-protezzjoni konsulari tat-tfal, li huma ċittadini tal-UE, f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari meta jkun hemm riskju ta’ ksur tad-drittijiet tagħhom minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Fil-każ li tiġi provduta assistenza konsulari lit-tfal, l-Istati Membri għandhom iqisu l-aħjar interess tat-tfal bħala l-kunsiderazzjoni primarja tagħhom. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà l-informazzjoni li ġejja: |
Darba kull sitt xhur, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lis-SEAE u lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja: |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13b – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), disponibbli għall-pubbliku b’mod li jiżgura l-koerenza tal-informazzjoni pprovduta. |
2. L-Istati Membri, is-servizzi tal-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, disponibbli għall-pubbliku b’mod li jiżgura l-koerenza tal-informazzjoni pprovduta. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13b – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Meta jintalbu mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’format li jinqara minn magna. |
3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’format li jinqara minn magna. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom bid-dritt tagħhom stabbilit fl-Artikolu 20(2), il-punt (c), tat-TFUE . Dan jista’ jinkludi b’mod partikolari l-miżuri li ġejjin : |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw liċ-ċittadini tagħhom bid-dritt tagħhom stabbilit fl-Artikolu 20(2), il-punt (c), tat-TFUE b’mod partikolari billi : |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13c – paragrafu 1 – punt a
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
imħassar |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13c – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 13c – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1 a. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jirriproduċu l-Artikolu 23, l-ewwel sentenza, tat-TFUE fuq il-passaporti nazzjonali f’post viżibbli. |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru li jassisti meta jagħmel talba għal għajnuna, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat jiffirma impenn li jħallas lura. Fuq dik il-bażi, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat ikkonċernat biex iħallas dawn il-kostijiet ladarba jkunu għaddew 4 ġimgħat minn meta tkun ġiet ipprovduta l-għajnuna.Il-fatt li ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta jagħmel talba għal għajnuna ma għandux jaffettwa d-dritt tiegħu li jirċievi protezzjoni konsulari. |
Jekk ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat Membru li jassisti meta jagħmel talba għal għajnuna, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat jiffirma impenn li jħallas lura. Fuq dik il-bażi, l-Istat Membru li jassisti jista’ jitlob liċ-ċittadin mhux rappreżentat ikkonċernat biex iħallas dawn il-kostijiet ladarba jkunu għaddew tliet xhur minn meta tkun ġiet ipprovduta l-għajnuna. Il-fatt li ċittadin mhux rappreżentat ma jkunx jista’ jħallas il-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta jagħmel talba għal għajnuna ma għandux jaffettwa d-dritt tiegħu li jirċievi protezzjoni konsulari. |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 14 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard li għandhom jintużaw għall-impenn ta’ ħlas lura imsemmi fil-paragrafu 2 u għall-ħlas lura tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità msemmi fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15a(2). |
6. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu formoli standard , disponibbli bil-lingwi kollja tal-Istati Membri, li għandhom jintużaw għall-impenn ta’ ħlas lura imsemmi fil-paragrafu 2 u għall-ħlas lura tal-kostijiet mill-Istat Membru tan-nazzjonalità msemmi fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15a(2). |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||
|
|
|
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Meta jipproċessaw id-data personali msemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tal-interessi tas-suġġetti tad-data. Huma għandhom jintroduċu wkoll politiki interni u jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali data personali u t-trażmissjoni tagħha mingħajr awtorizzazzjoni. |
6. Meta jipproċessaw id-data personali msemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jiżguraw miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tal-interessi u d-drittijiet tas-suġġetti tad-data. Huma għandhom jintroduċu wkoll politiki interni u jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzazzjonali meħtieġa biex jipprevjenu l-aċċess għal tali data personali u t-trażmissjoni tagħha mingħajr awtorizzazzjoni. |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16a – paragrafu 7 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali biss biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 9, fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 13a u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679. |
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrasferixxu data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali biss biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 9, fl-Artikolu 10 u fl-Artikolu 13a u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679. Id-data personali msemmija fil-paragrafu 5 għandha tiġi eskluża minn tali trasferiment, sakemm ma jkunx inkiseb il-kunsens espliċitu minn qabel taċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat. |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 16b – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom rimedju effettiv fid-dritt nazzjonali f’każ ta’ ksur ta’ drittijiethom skont din id-Direttiva. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini mhux rappreżentati jkollhom aċċess effettiv għal mekkaniżmi tal-ilmenti u rimedji fid-dritt nazzjonali f’każ ta’ ksur ta’ drittijiethom skont din id-Direttiva. |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10
Direttiva (UE) 2015/637
Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
“Mhux qabel [ 8 snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Mhux aktar tard minn [ ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva emendatorja], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841 tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-riproduzzjoni tat-test tal-Artikolu 20 TKE fil-passaporti (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/355/oj).
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5841 tal-5 ta’ Diċembru 2007 dwar ir-riproduzzjoni tat-test tal-Artikolu 20 TKE fil-passaporti (ĠU L 118, 6.5.2008, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/355/oj).
(*) Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/PESK (ĠU L 163, 20.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/997/oj).”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3762/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)