5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1190/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Mantequilla de Soria (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Mantequilla de Soria”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Mantequilla de Soria” (DPO), b'dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Geraardsbergse mattentaart (IĠP) — Pataca de Galicia jew Patata de Galicia (IĠP) — Poniente de Granada (DPO) — Gata-Hurdes (DPO) — Patatas de Prades jew Patates de Prades (IĠP) — Mantequilla de Soria (DPO) — Huile d'olive de Nîmes (DPO) — Huile d'olive de Corse jew Huile d'olive de Corse — Oliu di Corsica (DPO) — Clémentine de Corse (IĠP) — Agneau de Sisteron (IĠP) — Connemara Hill Lamb jew Uain Sléibhe Chonamara (IĠP) — Sardegna (DPO) — Carota dell'Altopiano del Fucino (IĠP) — Stelvio jew Stilfser (DPO) — Limone Femminello del Gargano (IĠP) — Azeitonas de Conserva de Elvas e Campo Maior (DPO) — Chouriça de Carne de Barroso — Montalegre (IĠP) — Chouriço de Abóbora de Barroso — Montalegre (IĠP) — Sangueira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Batata de Trásos-Montes (IĠP) — Salpicão de Barroso — Montalegre (IĠP) — Alheira de Barroso — Montalegre (IĠP) — Cordeiro de Barroso, Anho de Barroso jew Cordeiro de leite de Barroso (IĠP) — Azeite do Alentejo Interior (DPO) — Paio de Beja (IĠP) — Linguíça do Baixo Alentejo jew Chouriço de carne do Baixo Alentejo (IĠP) — Ekstra deviško oljčno olje Slovenske Istre (DPO)) (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14).

(3)   ĠU C 188, 20.6.2014, p. 18.