Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża), tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava et vs Il‑Kummissjoni (T‑30/01 sa T‑32/01 u T‑86/02 sa T‑88/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-Kawżi T‑30/01 sa T‑32/01 li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Novembru 2000, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-vantaġġi fiskali mogħtija permezz ta’ dispożizzjonijiet adottati mid-Diputación Foral de Álava, mid-Diputación Foral de Guipúzcoa u mid-Diputación Foral de Vizcaya, taħt forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji lil ċerti impriżi ġodda stabbiliti, u, fil-Kawżi T‑86/02 sa T‑88/02, ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/28/KE, 2003/86/KE u 2003/192/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, dwar skema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta’ Álava (T‑86/02), ta’ Vizcaya (T‑87/02) u ta’ Guipúzcoa (T‑88/02) (rispettivament ĠU 2003, L 17, p. 20, ĠU 2003, L 40, p. 11, u ĠU 2003, L 77, p. 1), taħt il-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appelli huma miċħuda.

2) It-Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya, it-Territorio Histórico de Álava – Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa – Diputación Foral de Guipúzcoa u l-Comunidad autónoma del País Vasco – Gobierno Vasco huma kkundannati f’partijiet indaqs għall-ispejjeż relatati mal-preżenti appelli.

3) Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.