|
5.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/744
tal-4 ta’ Ġunju 2020
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma’ skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), u partikolarment l-Artikolu 109a(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-Anness tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 (2) jispeċifika, fost l-oħrajn, il-korrispondenza tal-valutazzjonijiet tal-kreditu rilevanti maħruġa minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu (“ECAI”) għall-klassijiet tal-mertu tal-kreditu stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu I tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 (3) (“Valutazzjonijiet tal-kreditu esterni”). |
|
(2) |
Wara l-emendi li saru l-aħħar fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/633 (4), il-fatturi kwantitattivi u kwalitattivi li jirfdu l-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ ċertu mmappjar fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 nbidlu. Barra minn hekk, xi ECAI estendew il-valutazzjonijiet tal-kreditu tagħhom għal segmenti ġodda tas-suq, li rriżulta fi skali ta’ klassifikazzjoni ġodda u tipi ġodda ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Għaldaqstant huwa meħtieġ li l-immappjar tal-ECAI kkonċernati jiġi aġġornat. |
|
(3) |
Mill-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/633 ġiet irreġistrata aġenzija oħra tal-klassifikazzjoni tal-kreditu skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Billi l-Artikolu 136(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jirrekjedi li jiġi speċifikat l-immappjar tal-ECAI kollha, irid isir l-immappjar tal-ECAI li għadha kemm ġiet irreġistrata. Il-valutazzjonijiet tal-kreditu li jiġu applikati mill-ECAI rreġistrata ġdida huma msejsa fuq l-istess metodoloġija bħal dik li tiġi applikata mill-kumpanija omm tagħha, ECAI ta’ pajjiż terz li għaliha diġà ġie stabbilit immappjar. Għaldaqstant, f’dan il-każ speċifiku jkun xieraq li l-immappjar tal-ECAI rreġistrata ġdida jirrefletti l-immappjar stabbilit fir-rigward tal-ECAI ta’ pajjiż terz. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentati b’mod konġunt mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) (l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej) lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej wettqu konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzaw il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbu l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), u l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Oqsma tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1800
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 hu sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1800 tal-11 ta’ Ottubru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma’ skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 275, 12.10.2016, p. 19).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/633 tal-24 ta’ April 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1800 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma’ skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu skont id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 105, 25.4.2018, p. 6).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
ANNESS
“ANNESS
L-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta’ istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu ma’ skala oġġettiva tal-klassi tal-mertu tal-kreditu f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE
|
Klassi tal-mertu tal-kreditu |
0 |
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
6 |
|
ACRA Europe a.s (preċedentement European Rating Agency a.s.) |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
S1 |
|
S2 |
S3, S4, NS |
|
|
|
AM Best Europe-Rating Services Ltd. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien twil |
aaa |
aa, aa- |
a+, a, a- |
bbb+, bbb, bbb- |
bb+, bb, bb- |
b+, b, b- |
ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d, e, f, s |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien twil |
aaa |
aa, aa- |
a+, a, a- |
bbb+, bbb, bbb- |
bb+, bb, bb- |
b+, b, b- |
ccc+, ccc, ccc-, cc, c, d, s |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja |
|
A++, A+ |
A, A- |
B++, B+ |
B, B- |
C++, C+ |
C, C-, D, E, F, S |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
AMB-1+ |
AMB-1- |
AMB-2, AMB-3 |
AMB-4, d, e, f, s |
|
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
AMB-1+ |
AMB-1- |
AMB-2, AMB-3 |
AMB-4, d, s |
|
|
|
ARC Ratings S.A. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien medju u twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien medju u twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
|
ASSEKURATA Assekuranz Rating-Agentur GmbH |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC/C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A++ |
A |
|
B, C, D |
|
|
|
Axesor Risk Management SL |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D, E |
|
Banque de France |
|||||||
|
Skala globali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien twil |
|
3++ |
3+, 3 |
4+ |
4, 5+ |
5, 6 |
7, 8, 9, P |
|
BCRA - Credit Rating Agency AD |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
|
Skala għal klassifikazzjonijiet fuq terminu ta’ żmien twil ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-pensjoni |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala għal klassifikazzjonijiet fuq terminu ta’ żmien qasir ta’ kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-pensjoni |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
|
Skala għal klassifikazzjonijiet fuq terminu ta’ żmien twil ta’ fondi ta’ pensjoni |
AAA pf |
AA pf |
A pf |
BBB pf |
BB pf |
B pf |
C pf |
|
Skala għal klassifikazzjonijiet fuq terminu ta’ żmien twil ta’ fondi ta’ garanzija |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, D |
|
Skala għal klassifikazzjonijiet fuq terminu ta’ żmien qasir ta’ fondi ta’ garanzija |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
|
Capital Intelligence Ratings Ltd |
|||||||
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, RS, SD, D |
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil tas-solidità finanzjarja tal-assiguraturi |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
C, RS, SD, D |
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A1+ |
A1 |
A2, A3 |
B, C, RS, SD, D |
|
|
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A1+ |
A1 |
A2, A3 |
B, C, D |
|
|
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien qasir tas-solidità finanzjarja tal-assiguraturi |
|
A1+ |
A1 |
A2, A3 |
B, C, RS, SD, D |
|
|
|
Cerved Rating Agency S.p.A. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni korporattiva fuq terminu ta’ żmien twil |
A1.1 |
A1.2, A1.3 |
A2.1, A2.2, A3.1 |
B1.1, B1.2 |
B2.1, B2.2 |
C1.1 |
C1.2, C2.1 |
|
Creditreform Rating AG |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
|
BBB |
BB |
B, C, SD, D |
|
CRIF Ratings S.r. l. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil tal-emittenti |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D1S, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil tal-ħruġ |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, DS |
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien qasir tal-emittenti |
|
IG-1 |
|
IG-2 |
SIG-1, SIG-2, SIG-3, SIG-4 |
|
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien qasir tal-ħruġ |
|
IG-1 |
|
IG-2 |
SIG-1, SIG-2, SIG-3, SIG-4 |
|
|
|
Dagong Europe Credit Rating |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A-1 |
|
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
|
DBRS Ratings Limited |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil tal-obbligazzjonijiet |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-karti kummerċjali u tad-dejn fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
R-1 H, R-1 M |
R-1 L |
R-2, R-3 |
R-4, R-5, D |
|
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja |
|
AAA, AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, R |
|
Egan-Jones Ratings Co. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2 |
A-3, B, C, D |
|
|
|
Euler Hermes Rating GmbH |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, SD, D |
|
EuroRating Sp. z o.o. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Fitch Ratings |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil tal-inadempjenza tal-emittent |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, RD, D |
|
Obbligazzjonijiet finanzjarji tal-kumpaniji - Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C |
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kontropartijiet tad-derivattivi |
|
AAA dcr, AA dcr |
A dcr |
BBB dcr |
BB dcr |
B dcr |
CCC dcr, CC dcr C dcr |
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
F1+ |
F1 |
F2, F3 |
B, C, RD, D |
|
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-IFS fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
F1+ |
F1 |
F2, F3 |
B, C |
|
|
|
GBB-Rating Gesellschaft für Bonitätsbeurteilung mbH |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
|
A, BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
HR Ratings de México, S.A. de C. V. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
HR AAA(G) |
HR AA(G) |
HR A(G) |
HR BBB(G) |
HR BB(G) |
HR B(G) |
HR C(G)/HR D(G) |
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien qasir |
HR+1(G) |
HR1(G) |
HR2(G) |
HR3(G) |
HR4(G), HR5(G), HR D(G) |
|
|
|
ICAP Group S.A |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
|
|
AA, A |
BB, B |
C, D |
E, F |
G, H |
|
INC Rating Sp. z o.o. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien twil |
|
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Japan Credit Rating Agency Ltd |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil tal-emittenti |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, LD, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
J-1+ |
J-1 |
J-2 |
J-3, NJ, LD, D |
|
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
J-1+ |
J-1 |
J-2 |
J-3, NJ, D |
|
|
|
Kroll Bond Rating Agency |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
K1+ |
K1 |
K2, K3 |
B, C, D |
|
|
|
Kroll Bond Rating Agency Europe |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
K1+ |
K1 |
K2, K3 |
B, C, D |
|
|
|
modeFinance S.r.l. |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
A1 |
A2 |
A3 |
B1 |
B2 |
B3 |
C1, C2, C3, D |
|
Moody’s Investors Service |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
Aaa |
Aa |
A |
Baa |
Ba |
B |
Caa, Ca, C |
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
P-1 |
P-2 |
P-3 |
NP |
|
|
|
QIVALIO SAS (preċedentement Spread Research) |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni globali fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
SR0 |
|
SR1, SR2 |
SR3, SR4, SR5, SRD |
|
|
|
Rating-Agentur Expert RA GmbH |
|||||||
|
Skala internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D, E |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-affidabilità internazzjonali |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D, E |
|
Scope Ratings AG |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
S-1+ |
S-1 |
S-2 |
S-3, S-4 |
|
|
|
S&P Global Ratings |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, R, SD/D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien twil |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tas-solidità finanzjarja tal-assiguratur |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, SD/D, R |
|
Skala tal-klassifikazzjoni għall-evalwazzjoni ta’ nofs is-suq |
|
|
MM1 |
MM2 |
MM3, MM4 |
MM5, MM6 |
MM7, MM8, MMD |
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-emittenti fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, R, SD/D |
|
|
|
Skala tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-ħruġ fuq terminu ta’ żmien qasir |
|
A-1+ |
A-1 |
A-2, A-3 |
B, C, D |
|
|
|
The Economist Intelligence Unit Ltd |
|||||||
|
Skala tal-klassifikazzjoni sovrana |
AAA |
AA |
A |
BBB |
BB |
B |
CCC, CC, C, D |