1997R0669 — MT — 01.09.2008 — 005.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 669/97

ta' l-14 t'April 1997

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ►M2  ————— ◄ tat-tariffi tal-Komunità, ►M2  ————— ◄ għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe, li jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati li jemendaw u jadattaw dawn il-miżuri u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1983/95

(ĠU L 101, 18.4.1997, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1034/98 of 18 May 1998 (*)

  L 148

6

19.5.1998

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2471/1999 tat-23 ta' Novembru 1999

  L 301

3

24.11.1999

 M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 31/2002 tad-9 ta' Jannar 2002

  L 6

36

10.1.2002

►M4

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1753/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006

  L 331

7

29.11.2006

►M5

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 54/2009 tal-21 ta’ Jannar 2009

  L 17

37

22.1.2009


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p. 564  (1753/06)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 669/97

ta' l-14 t'April 1997

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti ►M2  ————— ◄ tat-tariffi tal-Komunità, ►M2  ————— ◄ għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe, li jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati li jemendaw u jadattaw dawn il-miżuri u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1983/95



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

(1) Billi l-Artikoli 3 u 8 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe, min-naħa l-oħra, iffirmat fis-6 ta' Diċembru 1996 ( 1 ), li jipprovdi għat-tneħħija tad-dazji doganali applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti ħut u prodotti tal-ħut elenkati fil-Protokoll mehmuż ma “l-imsemmi Ftehim;”

(2)

Billi t-tneħħija hija soġġetta għall-kwoti u l-limiti tat-tariffi tal-Komunità u, għal xi wħud minn dawn il-prodotti, s-sorveljanza ta' l-statistika tal-Komunità; billi t-tali kwoti u limiti tat-tariffi tal-Komunità dwar il-prodotti li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe għandhom għalhekk jinfetħu għall-volumi indikati rispettivament fl-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament u s-sorveljanza ta' l-statistika tal-Komunità stabbilita rigward il-prodotti elenkati fl-Anness III mehmuż;

(3)

Billi r-rati preferenzjali tad-dazju indikati fl-Annessi I, II u III japplikaw biss fejn il-prezz liberu fuq il-fruntiera stabbilit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tal-ħut u akwakulturi ( 2 ) huwa mill-anqas daqs kull prezz tar-riferenza li kien stabbilit, jew għandu jkun stabbilit, mill-Komunità għall-prodotti jew għall-kategoriji tal-prodotti konċernati;

(4)

Billi, għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, dispożizzjoni għandha ssir biex tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex iddaħħal fis-seħħ, wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ppreżentata mill-Artikolu 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 ( 3 ), l-emendi meħtieġa u l-adattamenti tekniċi ta' l-Annessi ta' dan ir-Regolament li joħorġu mil-emendi tan-nomenklatura u l-kodiċi tat-Taric u għall-adattamenti tal-volum, perijodi u rati tal-kwoti li joħorġu minn deċiżjonijiet mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni;

(5)

Billi, għall-istess raġunijiet, dispożizzjoni għandha ssir għal din il-proċedura li tkun applikata f'każijiet fejn il-Ftehim imsemmi hawn fuq huwa emendat sal-punt li l-emendi miftehma li jispeċifikaw il-prodotti eliġibbli għall-kwoti tat-tariffi jew soġġetti għal-limiti tat-tariffi jew għas-sorveljanza statistika, volumi tal-kwoti, dazji u perijodi tat-tariffi, u kull kriterju ta' eliġibilità;

(6)

Billi l-Ftehim jipprovdi għall-kwoti tat-tariffi, limiti tat-tariffi u sorveljanza ta' l-statistika għal perijodu indefinit; billi, għalhekk, biex jagħmel l-implimentazzjoni tal-miżuri konċernati aktar effiċjenti u aktar faċli, dan ir-Regolament għandu japplika fuq bażi multiannwali;

(7)

Billi aċċess indaqs u kontinwu għall-kwoti rigward il-prodotti li x'aktarx jibbenefikaw mill-kwoti tat-tariffi tal-Komunità elenkati fl-Anness I għandhom ikunu żgurati għall-importaturi kollha tal-Komunità u r-rati tad-dazju stipulati għall-kwoti għandhom ikunu applikati b'konsistenza ta' l-importazzjonijiet kollha tal-prodotti in kwestjoni fl-Istati Membri kollha sakemm il-kwoti jinħlew;

(8)

Billi l-Komunità għandha tieħu d-deċiżjoni li tiftaħ il-kwoti tat-tariffi fl-eżekuzzjoni ta' l-obbligi internazzjonali tagħha; billi, sabiex tiżgura l-effiċjenza ta' amministrazzjoni komuni ta' dawn il-kwoti, m'hemmx raġuni għalfejn l-Istati Membri m'għandhomx ikunu awtorizzati li jiġbdu mill-volumi tal-kwota l-kwantitajiet meħtieġa li jikkorrispondu ma' l-importazzjoni attwali; billi dan il-metodu ta' amministrazzjoni jeħtieġ, iżda, kooperazzjoni mill-viċin bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, li trid tkun kapaċi tissorvelja r-rata li biha l-kwoti qed jintużaw u tavża lill-Istati Membri b'hekk;

(9)

Billi, rigward il-prodotti elenkati fl-Anness II u soġġetta għal-limiti tat-tariffi tal-Komunità, is-sorveljanza tal-Komunità tista' tkun affettwata billi l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti jinqatgħu kontra l-limiti tal-livell tal-Komunità hekk kif u meta l-prodotti huma ppreżentati fid-dwana u ddikkjarti għal ċirkolazzjoni libera; billi dan il-metodu ta' amministrazzjoni tal-limiti għandu jippermetti d-dazji doganali li jkunu restawrati hekk kif il-limiti in kwestjoni jilħqu l-livell tal-Komunità;

(10)

Billi dan il-metodu ta' l-amministrazzjoni tal-limiti teħtieġ kooperazzjoni mill-viċin u speċjalment ta' malajr bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, li jridu jkunu kapaċi li jissorveljaw il-livell milħuq mill-importazzjoni li nqatgħet kontra l-limiti u jkunu avżati l-Istati Membri b'hekk; billi din il-kooperazzjoni għandha tkun mill-viċin biżżejjed biex tippermetti lill-Kummissjoni tieħu l-passi meħtieġa biex tirrestawra d-dazji doganali hekk kif wieħed mil-limiti jintlaħaq;

(11)

Billi, għall-prodotti elenkati fl-Anness III, ikun jidher xieraq li jkun hemm rikors għas-sistema tas-sorveljanza ta' l-statistika amministrata mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (KE) Nru 1172/95 ( 4 ) u (KEE) Nru 2658/87 ( 5 );

(12)

Billi r-Regolament (KE) Nru 1983/95 ( 6 ), li daħħal fis-seħħ il-miżuri applikabbli skond il-ftehim l-antik, għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati ►M2  fl-Anness ◄ u li joriġina mill-Gżejjer Faroe, għandhom ikunu sospiżi fuq il-livelli u fil-limiti tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità speċifikati fih.

▼M5

Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji stipulati f'dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

▼B

Artikolu 3

Meta importatur idaħħal prodott kopert minn dan ir-Regolament għal ċirkolazzjoni libera fi Stat Membru akkumpanjat minn:

— talba għal trattament preferenzjali, u

— ċertifikat ta' moviment, konformi mar-regoli stipulati fil-Protokoll li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti ta' oriġini u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva annessa mad-Deċiżjoni 97/126/KE ( 7 ),

u d-dikjarazzjoni tiegħu hija aċċettata mill-awtoritajiet doganali, l-Istat Membru konċernat għandu, billi jinnotifika l-Kummissjoni b'hekk, jiġbed kwantità mill-kwota konċernata biex jissodisfa l-ħtieġa.

L-applikazzjonijiet għall-ġbid mill-kwoti għandhom jindikaw id-data li fuqha d-dikjarazzjonijiet kienu aċċettati u għandhom imbagħad jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Il-ġbid għandu jingħata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tad-data meta d-dikjarazzjoni għal ċirkolazzjoni libera kienet aċċettat mill-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru konċernat, sakemm il-bilanċ disponibbli huwa biżżejjed.

Fejn Stat Membru jonqos milli juża l-kwantitajiet miġbuda, huwa għandu jirritornhom lura mill-aktar fis possibbli lill-kwota relevanti.

Billi l-kwantitajiet li applikaw għalihom huma aktar mill-bilanċ disponibbli, l-allokazzjoni għandha ssir fil-proporzjon tal-ħtiġijiet. L-Istat Membru għandu jkun infurmat mill-Kummissjoni bil-kwantitajiet miġbuda.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 5

1.  Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment:

(a) kull emenda jew adattament tekniku li jista' jkun meħtieġ bħala riżultat tal-bidliet tan-nomenklatura magħquda jew il-kodiċi tat-Taric;

(b) kull adattament meħtieġ wara bidla tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gżejjer Faroe, kif approvat minn att tal-Kunsill,

għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6(2).

2.  Id-dispożizzjonijiet adottati skond il-paragrafu 1 ma jawtorizzawx lill-Kummissjoni biex:

— iġġorr kwantitajiet preferenzjali minn perijodu wieħed ta' kwota għal ieħor,

— temenda l-iskedi stipulati fil-Ftehim jew fil-protokolli,

— titrasferixxi kwantitajiet minn kwota waħda għal oħra,

— tintroduċi u tamministra kwoti li jirriżultaw minn ftehim ġodda,

— tadotta l-leġislazzjoni li taffettwa l-amministrazzjoni tal-kwoti soġġetti għaċ-ċertifikati ta' l-importazzjoni.

Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Doganali tal-Kodiċi.

2.  Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jressaq quddiem il-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz fil-limitu taż-żmien li l-president tiegħu jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha titwassal bil-maġġoranza stipulata fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-deċiżjonijiet li l-Kunsill jeħtieġ jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu peżati fil-mod ippreżentat f'dak l-Artikolu. Il-president m'għandux jivvota.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri li jibdew jgħoddu minnufih. Madankollu, jekk dawn il-miżuri mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, ikunu mbagħad ikkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddeffirixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hija adottat għal tliet xhur mid-data tat-tali komunikazzjoni.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fil-limitu ta' żmien speċifikat fis-subparagrafu ta' qabel.

3.  Il-Kumitat jista' jeżamina kull kwistjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li titqajjem mill-president tagħha jew fuq l-inizjattiva ta' dan ta' l-aħħar jew fuq it-talba ta' Stat Membru.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 8

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri kollha li hemm bżonn, b'kooperazzjoni mill-viċin ma' l-Istati Membri, biex tapplika dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 1983/95 għandu jitħassar.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS



PRODOTTI TAS-SAJD SOĠĠETTI GĦAL KWOTI TA' TARIFFI

Numru ta' l-ordni

Kodiċi NM

Sub-diviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Rata ta' dazju

Volum tal-kwota

(tunnellati)

09.0671

0301

 

Ħut ħaj

 

700

 
 
 

— Ħut ħaj ieħor:

 
 
 

ex030191 90

*10

— — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss

0

 
 

0302

 

Ħut frisk jew imkessaħ, għajr fillets tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' intestatura Nru 0304:

 
 
 
 
 

— Salmonidae, għajr il-fwied u l-għenieqed tal-bajd fl-ovarji tal-ħut:

 
 
 

ex030211 90

*10

— — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss

0

 
 

0303

 

Ħut iffriżat, għajr fillets tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut ta' intestatura Nru 0304:

 
 
 

ex030321 90

*10

— — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss

0

 
 

0304

 

Fillets tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut (kemm jekk ikkapuljat kif ukoll jekk le), frisk, imkessaħ jew iffriżat:

 
 
 

0304 10

 

— Frisk jew imkessaħ:

 
 
 
 
 

— — Fillets:

 
 
 
 
 

— — — Ta' ħut ta' l-ilma ħelu:

 
 
 

ex030410 11

*10

— — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss

0

 
 

0304 20

 

— Fillets iffriżati:

 
 
 
 
 

— — Ta' ħut ta' l-ilma ħelu:

 
 
 

ex030420 11

*10

— — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss

0

 
 

0304 90

 

— Oħrajn

 
 
 

ex030490 10

 

— — — Ta' ħut ta' l-ilma ħelu:

 
 
 
 

*11

— — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss

0

 

▼M5

09.0672

ex030559 80

80

Il-Pollakkju (Pollachius Virens), immellaħ u mnixxef

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 250

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 750

09.0674

ex030791 00

ex030799 18

ex160590 30

10

10

30

Il-bronja komuni (Buccinum Undatum), ħajja, friska, imkessħa, iffriżata, ippreparata jew ippriżervata

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 400

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 1 200

▼M2

09.0675

1604

 

Ħut ippreparat jew ippreservat: kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparati mill-bajd tal-kavjar:

 

400

 
 
 

— Ħut, sħiħ jew f'biċċiet, iżda mhux ikkapuljat:

 
 
 

ex160411 00

 

— — Salamun:

 
 
 
 

*30

— — — Salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salar)

0

 
 

1604 19

 

— — Ieħor

 
 
 

ex160419 10

 

— — — Salmonidae, għajr is-salamun:

 
 
 
 

*10

— — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss

0

 
 

1604 20

 

— Ħut ieħor ippreparat jew ippreservat:

 
 
 

ex160420 10

 

— — — Salamun:

 
 
 
 

*30

— — — — Salamun ta' l-Atlantiku (Salmo salar

0

 
 

ex160420 30

 

— — — Salmonidae, għajr is-salamun

 
 
 
 

*10

— — — — Troti ta' l-ispeċi Oncorhynchus mykiss

0

 

▼M5

09.0676

ex030614 90

10

Il-granċ tal-ispeċi Geryon affinis, iffriżat

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 250

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 750

▼M2

09.0681

1604

 

Ħut ippreparat jew ippreservat; kavjar u sostituti tal-kavjar ippreparat mill-bajd tal-ħut:

 

1 200

 
 
 

— Ħut, sħiħ jew f'biċċiet iżda mhux ikkapuljat:

 
 
 

1604 19 92

 

— — — — —  Merluzz (Gadus morhua, Gadus ogac, Gadus macrocephalus)

0

 
 

1604 19 93

 

— — — — — Merlangu (Pollachius virens)

0

 
 

1604 19 94

 

— — — — — Marlozz (Merluccius spp. Urophycis spp.)

0

 
 

1604 19 95

 

— — — — —  Pollakkju ta' l-Alaska (Theragra chalcogramma) u Pollach (Pollachius pollachius)

0

 
 

1604 19 98

 

— — — — — Oħrajn

0

 
 

1604 20

 

— Ħut ippreparat jew ippreservat ieħor:

 
 
 

1604 20 05

 

— — Preparazzjoni ta' surimi

0

 
 

ex160420 90

 

— — — Ta' ħut ieħor:

 
 
 
 

*20

— — — — Merlangu ffumigat, ippreservat

0

 
 
 
 

— — — — Aringi jew sardin żgħar (Sprattus sprattus):

 
 
 
 

*30

— — — — — F'laned li ma tidħolx arja fihom (1)

0

 
 
 

*35

— — — — — Oħrajn

0

 
 
 

*40

— — — — Tal-makkarel (Scomber australasicus)

0

 
 
 

*50

— — — — Buwaħħal

0

 
 
 

*90

— — — — Oħrajn

0

 

09.0679

1605

 

Krustaċji, molluski u invertebri akwatiċi oħra, ippreparati u ppreservati:

 

►M4   ►C1  4 000 ◄  ◄

 

1605 20

 

— Gambli u gambli kbar:

 
 
 

1605 20 10

 

— — F'laned li ma tidħolx arja fihom

0

 
 
 
 

— — Oħrajn:

 
 
 

1605 20 91

 

— — —  F'pakketti immedjati ta' kontenut nett ta' mhux aktar minn 2 kg

0

 
 

1605 20 99

 

— — — Oħrajn

0

 
 

ex160540 00

 

— Krustaċji oħra:

 
 
 
 

*20

— — Nephrops norvegicus

0

 

(1)   “Laned li ma tidħolx arja fihom” tfisser laned li huma ssaldjati b'tali mod li la arja u lanqas ġermi ma jistgħu jidħlu fihom u li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma ssirilhom ħsara.

▼M2 —————



( 1 ) ĠU L 53, tat-22.2.1997, p. 2.

( 2 ) ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3318/94 ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 15).

( 3 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

( 4 ) ĠU L 118, tal-25.5.1995, p. 10.

( 5 ) ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

( 6 ) ĠU L 192, tal-15.8.1995, p. 1.

( 7 ) ĠU L 53, tat-22.2.1997, p. 1.