Official Journal L 336 , 12/12/2002 P. 0003 - 0004
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 li temenda l-Anness I (materji Veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bill-protokoll li mmodifika l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 78/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta' Novembru 2001 li stipulat it-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera responsabbli mill-ispezzjonijiet veterinarji fuq prodotti ntrodotti fil-Komunità minn pajjiżi terzi [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim. (3) Deċiżjoni 2001/812/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/525/KEE [3], li hija nkorporata fil-Ftehim u li għandha għalhekk tiġi mħassra mill-Ftehim. (4) Din id-Deċiżjoni ma' tapplikax għal-Liechtenstein, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Parti 1.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. It-test tal-punt 13 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/525/KEE) għandu jiġi mħassar. 2. Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 110 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/25/KE): "111. 32001 D 0812: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/812/KE tal-21 ta' Novembru 2001 li poġġiet r-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera responsabbli mill-ispezzjonijiet veterinarji fuq prodotti ntrodotti fil-Komunità minn pajjiżi terzi. (ĠU L 306, tat-23.11.2001, p. 28). Dan l-att japplika għall-Islanda fl-oqsma koperti minn atti speċifiċi li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttiva." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 2001/812/KE fil-lingwi Islandizi u Norveġiżi, li għandha tiġi ppublikata fis-Suppliment ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2002, dejjem jekk ikunu saru n-notifikazzjonijiet skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt ŻEE [4]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fi-sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Supplement taż-ŻEE, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Gunnar Snorri Gunnarsson [1] ĠUL 266, tat-3.10.2002, p. 22. [2] ĠU L 306, tat-23.11.2001, p. 28. [3] ĠU L 331, tas-17.11.1992, p. 16. [4] Ma hemm l-ebda rekwiżit kostituzzjonali indikat. --------------------------------------------------