17.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 327/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9019 — Mars/AniCura)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 327/11)

1.   

Fl-10 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mars, Incorporated (L-Istati Uniti),

—

AniCura TC AB (L-Iżvezja).

Mars, Incorporated (“Mars”) se takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-intier ta’ AniCura TC AB (“AniCura”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Mars hija kumpanija globali, li għandha s-sede fl-Istati Uniti, attiva f’bosta segmenti tan-negozju, inklużi l-kura ta’ annimali domestiċi. Il-parti tal-kura tal-annimali domestiċi ta’ Mars, li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fil-Belġju, tipprovdi l-kura alimentari u veterinari għall-annimali domestiċi. Mars hija attiva fiż-ŻEE fil-manifattura u l-forniment ta’ ikel għall-annimali domestiċi.

—

AniCura hija fornitur ta’ kura veterinarja għal annimali tal-kumpanija (primarjament klieb u qtates). AniCura hija bbażata fi Stokkolma, l-Iżvezja, u topera sptarijiet u kliniki tal-annimali madwar bosta pajjiżi fiż-ŻEE (l-Iżvezja, in-Norveġja, id-Danimarka, l-Awstrija, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Italja). AniCura hija attiva wkoll fil-bejgħ ta’ prodotti anċillari, inkluż l-ikel tal-annimali domestiċi tagħha, permezz tal-isptarijiet u l-kliniki tagħha.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9019 — Mars/AniCura

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Merger Registry

B-1049 Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).