|
3.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 229/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1486
tat-2 ta' Settembru 2015
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta' tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-kantaksantin kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE għat-tjur,u b'limitu ta' żmien għall-għasafar ornamentali u għall-ħut ornamentali. Imbagħad, dan il-prodott iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b'mod konġunt mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għal evalwazzjoni mill-ġdid tal-kantaksantin u l-preparazzjonijiet tiegħu għal ċerti kategoriji ta' tjur (tiġieġ u speċijiet minuri ta' tjur għas-simna, tjur tal-bajd u tjur imrobbi biex ibid), ħut ornamentali u għasafar ornamentali u, f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għal użu ġdid fl-ilma tax-xorb għal dawn l-ispeċijiet u l-kategoriji kollha. L-applikant talab li dan l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”, fil-grupp funzjonali “koloranti”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-3 ta' Diċembru 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf, il-kantaksantin ma għandux effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità kkonkludiet li l-kantaksantin huwa effikaċi biex jagħti l-kulur lill-isfar tal-bajd u lill-ġilda/xaħam tat-tjur u għandu l-potenzjal li jissebbaħ il-kulur tar-rix tal-għasafar ornamentali, u l-kulur tal-ġilda tal-ħut ornamentali. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jenħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-kantaksantin turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti l-kontenuti massimi għall-kantaksantin. Dan l-addittiv jista' jintuża fl-għalf kompost li jiġi amministrat sussegwentement permezz tal-ilma. |
|
(6) |
Billi mhijiex meħtieġa minnufih l-applikazzjoni ta' tibdiliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “koloranti”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali bil-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom din is-sustanza, li jkunu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Marzu 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Jekk ikunu maħsubin għal annimali għall-produzzjoni tal-ikel, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li jkunu prodotti u ttikkettati it-23 ta' Settembru 2016 skont ir-regoli applikabbli it-23 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
3. Jekk ikunu maħsubin għal annimali li mhumiex għall-produzzjoni tal-ikel, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li jkunu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Settembru 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Settembru 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2014;12(1):3527.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Livelli massimi tar-residwi |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Koloranti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a161 g |
— |
Kantaksantin |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kantaksantin. Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg. Diklorometan ≤ 600 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Metodu ta' analiżi (1)
|
Tiġieġ għat-tismin u speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin. |
— |
— |
25 |
|
Tjur 15 mg kantaksantin/kg fwied (tessut imxarrab) u 2,5 mg kantaksantin/kg ġilda/xaħam (tessut imxarrab) Tjur tal-bajd 30 mg kantaksantin/kg isfar tal-bajd (tessut imxarrab) |
23.9.2025 |
||||||||||||||||||||||||
|
Tjur tal-bajd u tjur imrobbi għall-bajd. |
|
|
8 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Livelli massimi tar-residwi |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Koloranti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a161 g |
— |
Kantaksantin |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kantaksantin. Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg Diklorometan ≤ 600 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Metodu ta' analiżi (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantin fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija fi 426 nm. Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantin f'taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f'Fażi Normali flimkien ma' detezzjoni viżibbli (NP-HPLC-VIS, 466 nm) |
Ħut ornamentali u għasafar ornamentali għajr t-tiġieġ ornamentali għat-tgħammir. |
— |
— |
100 |
|
|
23.9.2025 |
||||||||||||||||||||
|
Tiġieġ ornamentali għat-tgħammir |
— |
— |
8 |
|||||||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports