European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/647

3.4.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/647

tat-2 ta’ April 2025

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913 u li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1471 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat, rispettivament bin-numri ta’ identifikazzjoni 4d1 u 4d23, bħala addittivi fl-għalf għall-qtates

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

L-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat iġġeddet għal 10 snin bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, bin-numru ta’ identifikazzjoni 4d1, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/913 (2) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Bayer HealthCare AG). Il-karbonat tal-lantanju ottaidrat ġie awtorizzat ukoll għal 10 snin bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, bin-numru ta’ identifikazzjoni 4d23, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1471 (3) (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Porus GmbH). Iż-żewġ addittivi ssemmew bi żball bħala preparat fl-Annessi ta’ dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-użu fl-Annessi ta’ dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni ma jirriflettux kif xieraq il-konklużjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjonijiet tagħha tas-27 ta’ Settembru 2007 (4) u tas-27 ta’ Jannar 2022 (5) li l-karbonat tal-lantanju ottaidrat huwa sikur u effikaċi għall-qtates adulti.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913 u (UE) 2022/1471 jiġu emendati kif xieraq.

(4)

Barra minn hekk, Bayer HealthCare AG, id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, bin-numru ta’ identifikazzjoni 4d1, ressaq applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, li tipproponi li jinbidel l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għal dak l-addittiv fl-għalf għal Elanco GmbH.

(5)

Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni dwar l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, bin-numru ta’ identifikazzjoni 4d1, hija ta’ natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida. L-Awtorità ġiet infurmata bl-applikazzjoni.

(6)

Sabiex Elanco GmbH ikun jista’ jisfrutta d-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa meħtieġ li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni kkonċernata billi jiġi indikat ismu bħala d-detentur tal-awtorizzazzjoni għall-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf għall-qtates, bin-numru ta’ identifikazzjoni 4d1.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913 jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat għall-qtates, jixraq li jiġi previst perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-korrezzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913 u (UE) 2022/1471 u mill-emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Korrezzjoni u emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/913 huwa sostitwit bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1471

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1471 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Annessi I u II u l-premixxeli li jkun fihom dik is-sustanza, li huma maħsuba għall-qtates u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta’ Ottubru 2025 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-23 ta’ April 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li jkun fihom is-sustanza speċifikata fl-Annessi I u II, li huma maħsuba għall-qtates u li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta’ April 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-23 ta’ April 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/913 tad-29 ta’ Mejju 2019 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf tal-qtates u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 163/2008 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Bayer HealthCare AG) (ĠU L 146, 5.6.2019, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/913/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1471 tal-5 ta’ Settembru 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala addittiv fl-għalf tal-qtates (detentur tal-awtorizzazzjoni Porus GmbH) (ĠU L 231, 6.9.2022, p. 113, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1471/oj).

(4)   EFSA Journal (2007) 542.

(5)   EFSA Journal 2022;20(2):7168.


ANNESS I

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv fl-għalf

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-eskrezzjoni tal-fosforu mill-awrina)

4d1

Elanco GmbH

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Mill-anqas 85 % ta’ karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala s-sustanza attiva.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

La2(CO3)3*8H2O

Numru CAS: 6487-39-4

Metodu analitiku  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-karbonat fl-addittiv fl-għalf: Il-metodu tal-UE, introdott bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2).

Għall-kwantifikazzjoni tal-lantanju fl-addittiv fl-għalf u fl-għalf kompost: Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES).

Qtates

–

1 500

7 500

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv għandu jingħata biss lill-qtates adulti.

3.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Għall-qtates adulti.

Evita l-użu simultanju ta’ tipi ta’ għalf b’livell għoli ta’ fosforu.”.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs.

Il-25 ta’ Ġunju 2029


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/152/oj).


ANNESS II

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv fl-għalf

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tal-addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (tnaqqis tal-eskrezzjoni tal-fosforu mill-awrina)

4d23

Porus GmbH

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

Karbonat tal-lantanju ottaidrat li jkun fih mill-inqas 85 % karbonat tal-lantanju ottaidrat bħala sustanza attiva.

Forma solida.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

La2(CO3)3*8H2O

Numru CAS: 6487-39-4

Metodu analitiku  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tal-karbonat fl-addittiv fl-għalf: Il-metodu tal-UE, introdott bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2).

Għall-kwantifikazzjoni tal-lantanju fl-addittiv fl-għalf u fl-għalf kompost: Spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES).

Qtates

–

1 500

7 500

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

L-addittiv għandu jingħata biss lill-qtates adulti.

3.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv, għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Għall-qtates adulti.

Evita l-użu simultanju ta’ tipi ta’ għalf b’livell għoli ta’ fosforu.”.

4.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati bi proċeduri u b’miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali għan-nifs.

Is-26 ta’ Settembru 2032


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/152/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/647/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)