<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-240/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0240</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:963">EU:C:2017:963</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑240/17</HT></P><P>E</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑240/17</HT></P><P>E</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il‑Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Żona Schengen</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ ritorn u projbizzjoni ta’ dħul kontra ċittadin ta’ pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Senjalazzjoni fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ pajjiż terz li nstab ħati ta’ reat kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu permess ta’ residenza validu fi Stat Membru ieħor taż-żona Schengen</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ konsultazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Effetti ta’ konsultazzjoni li għaddejja fuq l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn u tad-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni ta’ dħul</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen (Konvenzjoni ta’ Schengen)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-isem tal-komun Lussemburgiż Schengen ilu mill-1985 jirrappreżenta l-viżjoni tal-ivvjaġġar liberu f’Ewropa mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni. Sadanittant din il-viżjoni saret realtà fil-parti l-kbira tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll f’xi pajjiżi terzi ġirien, li flimkien jiffurmaw iż-żona Schengen. Illum il-ġurnata s-sistema Schengen hija waħda mill-pilastri prinċipali tal-ispazju Ewropew ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Ara, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(2) TUE u l-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll il-Protokoll Nru 19 anness mat-TUE u mat-TFUE (Protokoll dwar l-Acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="290" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, C 115, p. 290</REF.DOC.OJ>; dan il-protokoll imur lura għat-Trattat ta’ Amsterdam).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Iżda biex jiġi żgurat li l-imsemmija sistema tiffunzjona fit-tul u tibqa’ tgawdi mill-ikbar aċċettazzjoni possibbli, huma indispensabbli regoli komuni li jiggarantixxu, b’mod effettiv u koerenti, li din iż-żieda fil-libertà f’dan l-ispazju mingħajr fruntieri interni ma sseħħx għad-dannu tas-sigurtà. Pereżempju, l-Istati li jipparteċipaw f’din is-sistema jżommu l-kontroll fuq id-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, mingħajr ma jinjoraw l-istipulazzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll id-drittijiet u l-interessi individwali tal-persuni kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’din il-kwistjoni ssib postha t-talba għal deċiżjoni preliminari li hija adita biha l-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-każ. Għandu jiġi ċċarat l-approċċ meta ċittadin ta’ pajjiż terz, li jinsab fil-pussess ta’ permess ta’ residenza validu fi Stat Membru taż-żona Schengen, jiġi suġġett għal projbizzjoni ta’ dħul minn Stat Membru ieħor taż-żona Schengen. Fid-dawl ta’ assenza ta’ kontrolli fil-fruntieri interni, tali projbizzjoni ta’ dħul fil-prinċipju għandha dimensjoni Ewropea u tikkonċerna liż-żona Schengen sħiħa, kif ukoll, saħansitra, lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Speċifikament, huwa kkonċernat E, ċittadin Niġerjan li nstab ħati ta’ reati kriminali fil-Finlandja. L-awtoritajiet Finlandiżi jixtiequ jibagħtuh lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu n-Niġerja u huwa kien is-suġġett ta’ projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa, minkejja li għandu dritt ta’ residenza fi Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Għal tali każijiet, ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni tas-sistema Schengen jipprevedu konsultazzjoni bejn l-Istati Membri, biex l-awtoritajiet kollha involuti jkunu jistgħu jipproċedu b’mod koerenti u konsistenti. Dak l-Istat Membru li jimponi l-projbizzjoni ta’ dħul irid jistaqsi lill-Istat Membru l-ieħor, li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza, jekk għandux l-intenzjoni jirtira l-permess ta’ residenza. Iżda x’jiġri jekk l-Istat Membru kkonsultat – hawnhekk ir-Renju ta’ Spanja – idum ma jirrispondi għal żmien twil minkejja li l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta – hawnhekk ir-Repubblika tal-Finlandja – jikklassifika lill-persuna kkonċernata bħala perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku, u għalhekk ikun jixtieq ineħħiha immedjatament lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Din id-domanda, li fil-prattika hija rilevanti, għadha ma ġietx iċċarata. Billi tirrispondiha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdi kontribut għall-iżvilupp kontinwu tar-regoli komuni applikabbli fiż-żona Schengen u, fl-istess waqt, tħares li jkun hemm bilanċ tajjeb bejn l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri kif ukoll id-drittijiet u l-interessi individwali taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara, speċjalment dwar l-aspett tal-aħħar, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mahdi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑146/14 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1320">EU:C:2014:1320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zh. u O</NAME.CASE>. (<NO.CASE>C‑554/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:377">EU:C:2015:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku tal-Unjoni għal din il-kawża huwa stabbilit, minn naħa, permezz tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kif ukoll, min-naħa l-oħra, permezz tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen kif emendat bir-Regolament (UE) 2016/399<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE> dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> ukoll huwa rilevanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Bir-Regolament 2016/399 ġiet imħassra u ssostitwita l-verżjoni applikabbli preċedentement tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen skont ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>). Madankollu, id-dispożizzjonijiet rilevanti f’dan il-każ ma nbidlux mil-lat tal-kontenut, għalkemm ser nirreferi biss għall-verżjoni tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen applikabbli fil-preżent.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Schengen</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni ta’ Schengen ġiet iffirmata fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE> f’Schengen (il-Lussemburgu) minn ħames Stati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Dawn kienu r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.</P></NOTE> u daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="19950326">26 ta’ Marzu 1995</DATE>. Kif stabbilit fil-Protokoll Nru 19 anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/436/KE, tal-<DATE ISO="19990520">20 ta’ Mejju 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 152), id-dispożizzjonijiet individwali, li flimkien jiffurmaw l-acquis ta’ Schengen, ġew attribwiti lill-bażijiet legali diversi tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea; skont l-Anness A tad-deċiżjoni msemmija, l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 3 tal-Artikolu 62 u tal-punt 3 tal-Artikolu 63 KE (illum l-Artikoli 77 u 79 TFUE).</P></NOTE>, din illum hija parti mill-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u li huwa validu għaż-żona Schengen, jiġifieri għal kważi l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, fosthom kemm ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju ta’ Spanja. Barra minn hekk, iż-żona Schengen tkopri wkoll ftit pajjiżi terzi, pereżempju l-Konfederazzjoni Svizzera<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>F’dan ir-rigward ara l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar mal-implementazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, iffirmat fil-Lussemburgu fis-<DATE ISO="20041026">26 ta’ Ottubru 2004</DATE> u li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20080301">1 ta’ Marzu 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="053" PAGE.FIRST="52" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 53, p. 52</REF.DOC.OJ>), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera għal Schengen<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fit-Titolu II tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Tneħħija ta’ kontrolli fil-fruntieri interni u fuq il-moviment ta’ persuni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jinsab il-Kapitolu 5 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Permessi ta’ residenza u twissijiet għall-għanijiet ta’ ċaħda ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li taħtu jaqa’ l-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u li l-paragrafu 2 tiegħu għandu dan il-kliem:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Meta jirriżulta li nħarġet twissija bil-għan li aljen li għandu permess ta’ residenza valida ma jitħalliex jidħol minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, il-Parti Kontraenti li toħroġ it-twissija għandha tikkonsulta lill-Parti li tkun ħarġet il-permess ta’ residenza sabiex tistabbilixxi jekk hemmx biżżejjed raġunijiet għall-irtirar tal-permess ta’ residenza.</P><P>Jekk il-permess ta’ residenza ma jkunx irtirat, il-Parti Kontraenti li toħroġ it-twissija għandha tirtira t-twissija imma tista’ madankollu tpoġġi lill-aljen in kwestjoni fuq il-lista nazzjonali tagħha ta’ twissijiet.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-Titolu II tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jinkludi wkoll l-Artikolu 19 li jagħmel parti mill-Kapitolu 4 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kondizzjonijiet li jirregolaw il-moviment ta’ aljeni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) u li l-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi dritt ta’ moviment tal-barranin fi ħdan iż-żona Schengen:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Aljeni li għandhom permessi ta’ residenza validi maħruġa minn waħda mill-Partijiet Kontraenti jistgħu, fuq il-bażi ta’ dak il-permess u ta’ dokument validu ta’ l-ivvjaġġar, jiċċaqalqu b’mod ħieles għal perjodu massimu ta’ tlett xhur fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti l-oħra, sakemm jissodisfaw il-Kondizzjonijiet ta’ dħul imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a), (ċ) u (e) u sakemm ma jkunux fuq il-lista nazzjonali ta’ twissijiet tal-Parti Kontraenti kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Kif joħroġ mid-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, il-kunċett <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>barrani<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> għandu jfisser persuna li ma hijiex ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, dan il-kunċett ifisser l-istess bħal dak taċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ċittadin ta’ pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li wkoll jintuża b’mod frekwenti fid-dritt tal-Unjoni. Kif speċifikat fl-istess dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>aljen li fir-rigward tiegħu nħarġet twissija bl-għan li jiċċaħħad id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>aljen li fir-rigward tiegħu tkun reġistrata twissija fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen […] bil-għan li dik il-persuna ma titħalliex tidħol<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. B’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>permess ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> is-sett ta’ regoli jifhem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>awtorizzazzjoni ta’ kull tip maħruġa minn Parti Kontraenti li tagħti drittijiet ta’ residenza fit-territorju tagħha […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jsir riferiment għall-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, kif emendat bir-Regolament 2016/399, li l-Artikolu 6 tiegħu jistabbilixxi dan li ġej fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ permanenza fit-territorju tal-Istati Membri ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta’ 180 jum, li jinkludi li jitqies il-perijodu ta’ 180 jum li jippreċedi kull jum ta’ soġġorn, il-kondizzjonijiet tad-dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu kif ġej:</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ma jkunux persuni li għalihom ikun inħareġ allert fis-[Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen] sabiex jiġi miċħud id-dħul;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>B’deroga mill-paragrfu 1:</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ċittadini ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 1 iżda li jkollhom permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn fit-tul għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorju tal-Istati Membri l-oħra għal skop ta’ transitu sabiex ikunu jistgħu jaslu fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza jew il-viża għal soġġorn fit-tul, sakemm isimhom ma jkunx fuq il-lista nazzjonali ta’ allerti tal-Istat Membru li tiegħu jkunu qed jippruvaw jaqsmu l-fruntieri esterni u li l-allert ma jkunx akkumpanjat minn istruzzjonijiet biex jiġi rrifjutat id-dħul jew it-transitu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 14(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jipprovdi hekk taħt l-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ċaħda tad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ dħul kollha stabbiliti fl-Artikolu 6(1) u li mhux wieħed mill-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 6(5) għandu jiġi mċaħħad milli jidħol fit-territorji tal-Istati Membri. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dritt tal-asil u l-protezzjoni internazzjonali jew il-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn twil.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/115</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Finalment timmerita riferiment id-Direttiva 2008/115 li l-Kapitolu I tagħha (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) jipprovdi d-definizzjonijiet li ġejjin fil-punti 3, 4, 6 u 8 tal-Artikolu 3:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ritorn<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> tfisser il-proċess tat-tluq lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz - kemm jekk b’konformità volontarja ma’ obbligu ta’ ritorn kif ukoll jekk infurzat - għal:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, jew</P></ITEM><ITEM><P>pajjiż ta’ transitu skond ftehim ta’ riamissjoni Komunitarja jew bilaterali jew arranġamenti oħra, jew</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>pajjiż terz ieħor, li għalih iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat volontarjament jiddeċiedi li jirritorna u li fih hu jew hi ser jiġi aċċettat;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jgħid jew jiddikjara li s-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz hija illegali u li jimponi jew jiddikjara l-obbligu ta’ ritorn;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>projbizzjoni fuq id-dħul’ tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju li jipprojbixxi dħul lejn u soġġorn fit-territorju ta’ l-Istati Membri għal perijodu speċifikat, li jakkumpanja deċiżjoni ta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> ritorn;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>tluq volontarju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> tfisser konformità ma’ l-obbligu ta’ ritorn fi żmien l-iskadenza ffissata għal dak l-iskop fid-deċiżjoni ta’ ritorn;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tad-Direttiva 2008/115 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Terminazzjoni ta’ soġġorn illegali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) jinkludi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-Artikoli 6, 7 u 11.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/115 jinsab taħt l-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. L-ewwel żewġ paragrafi tiegħu huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jissoġġorna illegalment fit-territorju tagħhom, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 sa 5.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qed jissoġġornaw illegalment fit-territorju ta’ Stat Membru u għandhom permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri dritt ta’ soġġorn maħruġa minn Stat Membru ieħor, għandhom jintalbu jmorru fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru minnufih. Fil-każ ta’ non-konformità miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat ma’ din il-ħtieġa, jew fejn it-tluq immedjat taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ ordni pubbliku jew ta’ sigurtà nazzjonali, għandu japplika l-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-ewwel żewġ paragrafi tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/115 jistabbilixxu dan li ġej dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Tluq volontarju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni ta’ ritorn għandha tipprevedi perijodu adegwat għat-tluq volontarju ta’ bejn sebat ijiem u tletin jum, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 4. L-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-leġislazzjoni nazzjonali li tali perijodu għandu jingħata biss wara applikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi konċernati dwar il-possibbiltà li jippreżentaw tali applikazzjoni.</TXT><P>Il-perijodu ta’ żmien previst fl-ewwel subparagrafu ma jeskludix il-possibbiltà li ċ-ċittadini ta’ pajjiż terz konċernati jitilqu qabel.</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom, fejn neċessarju, jestendu l-perijodu għat-tluq volontarju għal perijodu adegwat, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ individwali, bħat-tul tas-soġġorn, l-eżistenza ta’ tfal li jattendu l-iskola u l-eżistenza ta’ rabtiet familjari u soċjali oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/115, iddedikat għat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jipprevedi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jinfurzaw id-deċiżjoni ta’ ritorn jekk ma jkun ingħata l-ebda perijodu għal tluq volontarju skond l-Artikolu 7(4) jew jekk l-obbligu ta’ ritorn ma jkunx ġie rispettat f’dan il-perijodu għat-tluq volontarju mogħti skond l-Artikolu 7.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-Istat Membru jkun ta perijodu għal tluq volontarju skond l-Artikolu 7, id-deċiżjoni ta’ ritorn tista’ tiġi nfurzata biss wara li l-perijodu jkun intemm, sakemm ma jirriżultax riskju matul dan il-perijodu, kif imsemmi fl-Artikolu 7(4).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jadottaw deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju separat li jordna t-tneħħija.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/115, li jittratta l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Posponiment ta’ tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jipprovdi hekk:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>L-Istati Membri jistgħu jipposponu t-tneħħija għal perijodu xieraq, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ individwali. […]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Taħt l-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Projbizzjoni fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/115 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="011.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Deċiżjonijiet ta’ ritorn għandhom ikunu akkumpanjati minn projbizzjoni fuq id-dħul:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk ma jkun ingħata l-ebda perijodu għat-tluq volontarju jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk l-obbligu ta’ ritorn ma jkunx ġie rispettat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>F’każijiet oħrajn, deċiżjonijiet ta’ ritorn jistgħu jkunu akkumpanjati minn projbizzjoni fuq id-dħul.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="011.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-tul tal-projbizzjoni fuq id-dħul għandu jiġi determinat b’kont dovut taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tal-każ individwali u fil-prinċipju ma għandux jeċċedi il-ħames snin. […]</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-premessi 4, 6 u 14 tad-Direttiva 2008/115 jinsabu noti spjegattivi dwar dawn id-dispożizzjonijiet:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>(4)</NO.P><TXT>Hemm bżonn li jitfasslu regoli ċari, trasparenti u ġusti biex ikun hemm politika ta’ ritorn effettiva bħala element neċessarju ta’ politika tal-migrazzjoni li tkun ġestita b’mod tajjeb.</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[…]</P><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tmiem ta’ soġġorn illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitwettaq permezz ta’ proċedura ġusta u trasparenti. […]</TXT></NP></ITEM></CONSID><P>[…]</P><CONSID><ITEM><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>L-effetti ta’ miżuri nazzjonali dwar ir-ritorn għandhom jingħataw dimensjoni Ewropea billi tiġi stabbilita projbizzjoni fuq id-dħul li jimpedixxi d-dħul u s-soġġorn fit-territorju ta’ l-Istati Membri kollha. […]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>E huwa ċittadin Niġerjan. Fl-<DATE ISO="20140124">24 ta’ Jannar 2014</DATE> ġie kkundannat għal sentenza ta’ priġunerija totali ta’ ħames snin minn qorti kriminali Finlandiża minħabba għadd ta’ reati gravi relatati mat-traffikar ta’ drogi narkotiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Fosthom, ir-rikorrent kien fil-pussess u biegħ mill-inqas 850 pillola tal-ekstasi, daħħal fil-Finlandja total ta’ 438 g kokaina bl-intenzjoni li jbigħha jew jagħmilha disponibbli, u pprova jakkwista mill-inqas 30 g kokaina bl-intenzjoni li jbigħha.</P></NOTE> li twettqu fil-Finlandja fl-2013. Is-sentenza kriminali hija definittiva. E skonta parti mis-sentenza ta’ priġunerija imposta fuqu fil-Finlandja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fi Spanja, fejn preċedentement kien għex għal 14-il sena u fejn tinsab ukoll il-familja tiegħu, E huwa fil-pussess ta’ permess ta’ residenza valida sal-<DATE ISO="20180211">11 ta’ Frar 2018</DATE>. Konsegwentement, E talab lill-awtoritajiet Finlandiżi sabiex jintbagħat Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-<DATE ISO="20150121">21 ta’ Jannar 2015</DATE>, il-Maahanmuuttovirasto (l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni Finlandiż) ħa d-deċiżjoni li E jitkeċċa lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu n-Niġerja, bil-ġustifikazzjoni li r-reati kriminali gravi li twettqu minn E fil-Finlandja kienu ta’ perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku. Flimkien mal-ordni ta’ tkeċċija, E ġie suġġett għal projbizzjoni ta’ dħul fiż-żona Schengen sħiħa li hija valida sa ma jiġi deċiż mod ieħor. Huwa ma ngħatax terminu għat-tluq volontarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150126">26 ta’ Jannar 2015</DATE>, l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni beda konsultazzjonijiet mar-Renju ta’ Spanja skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u talab lill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru biex jgħarrfuh dwar il-pożizzjoni tagħhom rigward il-possibbiltà tal-irtirar tal-permess ta’ residenza eżistenti ta’ E. Peress li l-awtoritajiet Spanjoli ma weġbux, l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni reġa’ għamel it-talba tiegħu fl-<DATE ISO="20160620">20 ta’ Ġunju 2016</DATE> u, barra minn hekk, fil-<DATE ISO="20160621">21 ta’ Ġunju 2016</DATE>, għadda d-dispożittiv mitlub minn Spanja tas-sentenza kriminali kontra E. Fit-<DATE ISO="20160628">28 ta’ Ġunju 2016</DATE> u fid-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>, l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni mill-ġdid irrepeta t-talba tiegħu fil-konfront tal-awtoritajiet Spanjoli. Skont l-informazzjoni fid-deċiżjoni tar-rinviju, l-awtoritajiet Spanjoli sa issa għadhom ma ssottomettewx stqarrija sostantiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>E ma kellux suċċess bir-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni ta’ tkeċċija fl-ewwel istanza quddiem il-Helsingin hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Ħelsinki, il-Finlandja)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Is-sentenza tal-ewwel istanza ngħatat fil-<DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>.</P></NOTE>. Wara appell ippreżentat minn E, il-kawża issa qiegħda fit-tieni istanza quddiem il-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), li hija l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-qrati nazzjonali li quddiemhom tressqet il-kawża prinċipali jikkunsidraw li E jirrappreżenta perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku. Iżda, bid-deċiżjoni tagħha tas-<DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-Korkein hallinto-oikeus issospendiet temporanjament it-tneħħija ta’ E.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170502">2 ta’ Mejju 2017</DATE>, li waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20170510">10 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-Korkein hallinto-oikeus (il‑Qorti Amministrattiva Suprema) ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin skont l-Artikolu 267 TFUE:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-obbligu ta’ konsultazzjoni bejn l-Istati kontraenti previst fl-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Konvenzjoni ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>) għandu effett ġuridiku li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jinvoka fil-każ fejn Stat kontraenti jimponi kontrih projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju kollu taż-żona Schengen u deċiżjoni ta’ ritorn lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu minħabba li huwa jirrappreżenta perikolu għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-Artikolu 25(2) tal-konvenzjoni diġà ċċitata huwa applikabbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul,</TXT><P>għandhom jinbdew il-konsultazzjonijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ dħul, jew dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss wara t-teħid tad-deċiżjoni ta’ ritorn u dik tal-projbizzjoni ta’ dħul?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk dawn il-konsultazzjonijiet jistgħu jitwettqu biss wara t-teħid tad-deċiżjoni ta’ ritorn u dik tal-projbizzjoni ta’ dħul,</TXT><P>il-fatt li l-konsultazzjonijiet huma għaddejjin bejn l-Istati kontraenti u li l-Istat kontraenti l-ieħor ma ddikjarax jekk kellux l-intenzjoni jirtira l-permess [awtorizzazzjoni] ta’ residenza tal-ċittadin tal-pajjiż terz jostakola r-ritorn taċ-ċittadin tal-pajjiż terz fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u d-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni ta’ dħul fit-territorju kollu taż-żona Schengen?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Kif għandu jipproċedi Stat kontraenti fil-każ li l-Istat kontraenti li jkun ħareġ permess ta’ residenza, minkejja talbiet repetuti, ma ħax pożizzjoni dwar l-irtirar ta’ permess ta’ residenza li huwa ħareġ liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, flimkien mat-talba għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tapplika l-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura. Madankollu, fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura, fit-<DATE ISO="20170602">2 ta’ Ġunju 2017</DATE> il-qorti tar-rinviju ċċarat li s-sentenza ta’ priġunerija ta’ E kienet ġiet sospiża fl-<DATE ISO="20160124">24 ta’ Jannar 2016</DATE> u li fil-preżent ma jinsabx f’detenzjoni. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja li hija responsabbli għal proċedura b’urġenza ddeċidiet, skont l-Artikolu 108 tar-Regoli tal-Proċedura, li ma tapplikax il-proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari. Madankollu, filwaqt li applika l-Artikolu 53(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda, fit-<DATE ISO="20170612">12 ta’ Ġunju 2017</DATE>, li l-kawża tiġi ttrattata bi prijorità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub il-Gvern Finlandiż, Belġjan, Ġermaniż, Pollakk u dak Svizzeru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Dwar id-dritt tal-Isvizzera li tinvolvi ruħha fil-proċedura għal deċiżjoni preliminari ara l-Artikolu 8(2) tal-Ftehim dwar l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera għal Schengen flimkien mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</P></NOTE> kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea. Fis-seduta tad-<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE> ġew rappreżentati E, il-Maahanmuuttovirasto, il-Gvern Finlandiż u dak Spanjol kif ukoll il-Kummissjoni. Għandu jiġi enfasizzat li l-Gvern Spanjol deher fis-seduta fuq talba espressa mill-Qorti tal-Ġustizzja, u ppreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar id-domandi preliminari kif ukoll dwar xi mistoqsijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Kif ġie stabbilit waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fit-<DATE ISO="20171102">2 ta’ Novembru 2017</DATE> l-awtoritajiet Spanjoli talbu, mingħand l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni, id-deċiżjoni ta’ tkeċċija meħuda fil-Finlandja fil-konfront ta’ E, bil-għan li fi Spanja tinbeda l-proċedura għall-irtirar tal-permess ta’ residenza ta’ E. Fis-<DATE ISO="20171106">6 ta’ Novembru 2017</DATE> l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni ssodisfa din ix-xewqa u ttrażmetta lil Spanja kopja tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk jiġi injorat il-fatt li dawn l-aħħar żviluppi fil-kawża prinċipali ma ġewx ikkomunikati lill-Qorti tal-Ġustizzja uffiċjalment mill-qorti tar-rinviju, iżda biss mill-partijiet fil-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Dwar dan l-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni u r-rappreżentant tal-Gvern Spanjol għamlu fuq dan il-punt dikjarazzjonijiet konkordanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> wieħed jaf jistaqsi jekk it-talba għal deċiżjoni preliminari għadx għandha skop<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara f’dan is-sens is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050120">20 ta’ Jannar 2005</DATE>, <NAME.CASE>García Blanco</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑225/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:34">EU:C:2005:34</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll id-digrieti tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160303">3 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Euro Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑537/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:143">EU:C:2016:143</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160323">23 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Overseas Financial u Oaktree Finance</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑319/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:268">EU:C:2016:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> fid-dawl tal-fatt li d-domandi preliminari ammissibbli inizjalment setgħu saru domandi purament ipotetiċi minħabba l-avvenimenti ta’ Novembru 2017.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-awtoritajiet Spanjoli sa issa għadhom ma ħadux deċiżjoni definittiva dwar l-irtirar tal-permess ta’ residenza ta’ E. L-għan pjuttost huwa biss li jingħata bidu għal dik il-proċedura li tista’ twassal għall-irtirar ta’ dan il-permess ta’ residenza. Meta mistoqsi espliċitament mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Spanjol iċċara li ma huwiex previst meta ser tintemm il-proċedura nazzjonali inkwistjoni u b’liema eżitu. Quddiem il-qrati Spanjoli E jista’ wkoll jagħmel użu mir-rimedji legali normali kontra l-irtirar eventwali tal-permess ta’ residenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Sakemm ma titteħidx deċiżjoni definittiva mill-awtoritajiet Spanjoli dwar l-irtirar tal-permess ta’ residenza ta’ E, ma jistax jiġi preżunt li jeżistu biżżejjed raġunijiet, fis-sens tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, għall-irtirar tal-permess ta’ residenza jew li dan il-permess ta’ residenza saħansitra diġà ġie irtirat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li d-domandi preliminari ma tilfu xejn mir-rilevanza tagħhom biex isolvu t-tilwima fil-kawża prinċipali u li l-Qorti tal-Ġustizzja tibqa’ obbligata tirrispondihom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni fuq il-mertu tad-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-qofol tal-interess ta’ din il-kawża huwa d-dispożizzjoni tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u li l-qorti tar-rinviju intalbet interpretazzjoni dwarha mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni, li tagħmel parti mill-acquis ta’ Schengen, tistabbilixxi obbligu ta’ konsultazzjoni bejn Stati Membri taż-żona Schengen meta wieħed minn dawn l-Istati jimponi projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa fil-konfront ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, minkejja li Stat Membru ieħor ħareġ lill-istess ċittadin ta’ pajjiż terz permess ta’ residenza li għadu validu. B’dan il-mod għandhom jintlaħqu l-effiċjenza, il-koerenza u l-konsistenza fl-aġir tal-awtoritajiet nazzjonali fiż-żona Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Bit-total ta’ erba’ domandi, il-Korkein hallinto-oikeus (il‑Qorti Amministrattiva Suprema) tixtieq issir taf, f’dan il-kuntest, x’effetti konkreti għandu proċess ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen li għadu ma ġiex konkluż imma li ilu għaddej żmien sostanzjali, fuq l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-ritorn u dwar il-projbizzjoni ta’ dħul imposti fil-konfront taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz (it-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda preliminari), u jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz innifsu jistax jinvoka direttament din id-dispożizzjoni quddiem qrati nazzjonali (l-ewwel domanda preliminari).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi dwar l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen trid tiġi osservata ġestjoni armonjuża tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kollha rilevanti għall-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115 kif ukoll dawk tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen għandhom jiġu inkorporati fil-kunsiderazzjonijiet ta’ dan il-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Jidhirli iktar utli li, fl-ewwel lok, niddiskuti t-tieni, it-tielet u r-raba’ domanda dwar l-interpretazzjoni fuq il-mertu tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, qabel ma finalment nindirizza l-effett dirett ta’ din id-dispożizzjoni fil-kuntest tal-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Iggwidata mit-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qorti tar-rinviju, fl-argumentazzjoni kollha tiegħi dwar dan il-każ ser inkun qed nikkunsidra li E tassew jirrappreżenta perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku, hekk kif intqal espliċitament fit-talba għal deċiżjoni preliminari u peress li dan ma huwiex ikkontestat minn ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Dan abbażi tal-kunsiderazzjoni li l-konstatazzjoni inkwistjoni ta’ perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku saret skont l-istandards applikabbli fid-dritt tal-Unjoni u li din hija partikolarment ibbażata fuq tbassir bir-reqqa fil-każ individwali, fejn ittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss ir-reati kriminali li twettqu mill-persuna kkonċernata fil-passat, u li finalment kienu deċiżivi l-perikoli reali u attwali li tirrappreżenta l-persuna; ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zh. u O</NAME.CASE>. (<NO.CASE>C‑554/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:377">EU:C:2015:377</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, partikolarment il-punti 50 sa 52 u 54).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Huwa biss jekk E jirrappreżenta tali perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku li f’dan il-każ l-awtoritajiet Finlandiżi jkunu jistgħu, mill-bqija, ineħħuħ direttament lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu n-Niġerja mingħajr ma jagħtuh il-possibbiltà jmur Spanja fejn jinsab fil-pussess ta’ permess ta’ residenza validu (ara t-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) flimkien mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-mument tajjeb biex jingħata bidu għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (it-tieni domanda)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-tieni domanda preliminari sservi biex jiġi ddeterminat il-mument għall-bidu ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. Konkretament, il-qorti tar-rinviju tixtieq tikseb tagħrif dwar jekk dawn il-konsultazzjonijiet iridux jibdew diġà qabel eventwalment tittieħed deċiżjoni ta’ ritorn u l-impożizzjoni eventwali ta’ projbizzjoni ta’ dħul kontra ċittadin ta’ pajjiż terz jew jekk obbligu ta’ konsultazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni jibdiex biss meta d-deċiżjonijiet dwar ir-ritorn u l-projbizzjoni ta’ dħul ikunu diġà ttieħdu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni li toħroġ minn diversi verżjonijiet lingwistiċi, b’mod partikolari mill-verżjoni Ġermaniża, Franċiża u Ingliża, jirriżulta li l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jikkonċerna każijiet fejn twissija <HT TYPE="ITALIC">tkun inħarġet</HT> bil-għan li ċittadin ta’ pajjiż terz ma jitħalliex jidħol (ara l-ewwel subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni), u, skont il-każ, il-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri inkwistjoni jwasslu biex din it-twissija tiġi <HT TYPE="ITALIC">rtirata</HT> (ara t-tieni subparagrafu tal-istess dispożizzjoni). Fi kliem ieħor, huwa biss <HT TYPE="ITALIC">wara</HT> li tkun saret it-twissija dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul li bilfors iridu jsiru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. Min-naħa l-oħra, b’differenza għall-proposta ta’ riforma attwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qasam legali inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Artikolu 26(2) tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, ippreżentata mill-Kummissjoni fil-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>, COM(2016) 882 finali.</P></NOTE>, fil-preżent din id-dispożizzjoni ma tippreskrivix obbligu ta’ konsultazzjoni iktar bikrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Din l-analiżi hija kkonfermata jekk wieħed jikkunsidra l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen flimkien mad-Direttiva 2008/115 li tippreskrivi standards u proċeduri komuni għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu jirrisjedu fil-pajjiż illegalment. Tabilħaqq, lanqas din id-direttiva ma tipprovdi, fil-preżent, li l-ewwel iridu bilfors isiru konsultazzjonijiet ma’ Stati Membri oħra meta l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jħejju ruħhom biex jieħdu deċiżjoni ta’ ritorn akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul (Artikolu 6 flimkien mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/115).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, biex jinkiseb l-għan ta’ politika ta’ ritorn effettiva, kif l-Unjoni Ewropea hija impenjata li twettaq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, dwar dan, il-premessa 4 tad-Direttiva 2008/115 kif ukoll is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ouhrami</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑225/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:590">EU:C:2017:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, huwa kruċjali li, fejn hemm bżonn, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkunu jistgħu jipproċedu malajr, partikolarment jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jirrisjedi fil-pajjiż illegalment – bħal fil-każ preżenti – jirrappreżenta perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku. Obbligu legali ta’ konsultazzjoni preċedenti sistematika lil Stati Membri oħra possibbilment ikkonċernati jista’ jippreġudika dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, l-assenza ta’ obbligu ta’ konsultazzjoni ta’ Stati Membri oħra qabel jittieħdu deċiżjonijiet dwar ir-ritorn u dwar projbizzjoni ta’ dħul, bl-ebda mod ma tfisser li l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jipprekludi tali konsultazzjoni preċedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Kif turi t-tieni sentenza tal-Artikolu 26(2) tal-Proposta COM(2016) 882 finali (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17), fil-fatt jista’ jkun li fis-sistema Schengen issir konsultazzjoni preċedenti.</P></NOTE>. Kif jenfasizzaw bir-raġun il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni, huwa saħansitra mixtieq li l-awtoritajiet tal-Istat Membru li qegħdin jikkunsidraw deċiżjoni ta’ ritorn akkumpanjata minn projbizzjoni ta’ dħul fil-konfront ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi fil-pajjiż illegalment jagħmlu kuntatt mill-iktar fis possibbli mal-Istati Membri kkonċernati l-oħra kollha. L-ewwel nett, b’dan il-mod dawn l-Istati Membri l-oħra jirċievu l-informazzjoni neċessarja fl-iktar stadju bikri possibbli, li jippermetti anki lilhom jieħdu miżuri eventwali għall-ħarsien tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku. It-tieni nett, b’dan il-mod tintlaħaq l-ikbar konverġenza possibbli fl-aġir tal-Istati Membri taż-żona Schengen, bil-għan li jiġu evitati deċiżjonijiet kontradittorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Riżultat interim</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-konsultazzjonijiet imposti minn din id-dispożizzjoni għandhom jiġu implementati fl-iktar stadju bikri possibbli, iżda ma għandhomx imperattivament jibdew qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar ir-ritorn u dwar il-projbizzjoni ta’ dħul.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-effetti ta’ konsultazzjoni li għaddejja skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen fuq l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar ir-ritorn u dwar il-projbizzjoni ta’ dħul (it-tielet u r-raba’ domanda)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Bit-tielet u bir-raba’ domanda preliminari tagħha, li jien se nikkunsidra flimkien minħabba r-rabta sostantiva mill-qrib tagħhom, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq issir taf jekk deċiżjoni ta’ ritorn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-qorti tar-rinvju tirreferi f’dan il-kuntest – preżumibbilment billi tibbaża fuq il-formulazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali – għat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>tkeċċija<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Fl-assenza ta’ indikazzjonijiet kuntrarji, inqis li dan jirreferi għal xejn iktar minn deċiżjoni ta’ ritorn fis-sens tad-Direttiva 2008/115, u għalhekk ser nuża dan it-terminu li jinsab fid-direttiva.</P></NOTE> tistax tiġi eżegwita u jekk projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen tistax effettivament tidħol fis-seħħ qabel ma jkunu ġew konklużi l-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk, b’differenza għat-tieni domanda diskussa qabel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, iktar ’il fuq, punti 43 sa 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, li kienet tirrigwarda biss l-<HT TYPE="ITALIC">adozzjoni</HT> ta’ deċiżjoni ta’ ritorn u ta’ projbizzjoni ta’ dħul, bit-tielet u bir-raba’ domanda titqajjem il-problema dwar jekk tali deċiżjonijiet jistgħux jiġu <HT TYPE="ITALIC">eżegwiti</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">jidħlu fis-seħħ</HT> sakemm ikunu għadhom għaddejjin il-konsultazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjoni preliminari dwar il-portata tat-tielet u tar-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-Gvern Pollakk jisħaq bil-qawwa li d-deċiżjonijiet ta’ ritorn ma humiex is-suġġett ta’ konsultazzjonijiet fis-sens tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, bil-konsegwenza li l-eżitu ta’ dawn il-konsultazzjonijiet mill-bidu nett ma jistax ikollu effett fuq l-eżekuzzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet ta’ ritorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, din l-argumentazzjoni ma hijiex suffiċjenti. Huwa minnu li, skont il-formulazzjoni tiegħu, l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jirreferi biss għall-projbizzjonijiet ta’ dħul, preċiżament għal aspett prattiku partikolari ta’ dawn il-projbizzjonijiet ta’ dħul, jiġifieri s-senjalazzjoni fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-finijiet ta’ projbizzjonijiet ta’ dħul. Madankollu, għandu jitqies li, f’każ bħal dak ta’ hawnhekk, projbizzjoni ta’ dħul timxi id f’id ma’ deċiżjoni ta’ ritorn (ara l-aħħar parti tal-punt 6 tal-Artikolu 3 u l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2008/115) u li din tibda jkollha effett biss meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi fil-pajjiż illegalment effettivament jitlaq mit-territorju tal-Istati Membri, jiġifieri jkun telaq effettivament mit-territorju tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ouhrami</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑225/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:590">EU:C:2017:590</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, partikolarment il-punti 45 u 53).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, biex issir effettiva projbizzjoni ta’ dħul huwa ta’ importanza prattika kbira meta tista’ tiġi eżegwita d-deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz u sa fejn din l-eżekuzzjoni hija milquta minn konsultazzjoni li għaddejja skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Għalhekk, korrettament, il-qorti tar-rinviju tistenna risposta utli mill-Qorti tal-Ġustizzja, mhux biss dwar l-effetti ta’ konsultazzjoni li għadha għaddejja skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen fuq il-projbizzjoni ta’ dħul, iżda anki dwar l-effetti ta’ dawn il-konsultazzjonijiet fuq id-deċiżjoni ta’ ritorn li fuqha hija bbażata l-projbizzjoni ta’ dħul.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kwistjonijiet prattiċi tal-funzjonament tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jistabbilixxi li jekk, bħal f’dan il-każ, tittieħed deċiżjoni ta’ ritorn, minn Stat Membru ieħor taż-żona Schengen, u tiġi imposta projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa b’senjalazzjoni għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul fil-konfront ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li fi Stat Membru ieħor taż-żona Schengen ikollu permess ta’ residenza validu, l-Istat Membru tal-ewwel irid jikkonsulta lit-tieni wieħed dwar jekk jeżistux raġunijiet suffiċjenti għall-irtirar tal-permess ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-koeżistenza, minn naħa, ta’ deċiżjoni ta’ ritorn u projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa u, min-naħa l-oħra, permess ta’ residenza validu, twassal għal sitwazzjoni ta’ inkoerenza fl-aġir tal-awtoritajiet fiż-żona Schengen, li għandha tiġi solvuta permezz tal-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Jekk l-Istat Membru kkonsultat jirtira l-permess ta’ residenza maħruġ minnu jew jekk dan il-permess ta’ residenza, minħabba raġunijiet oħra, partikolarment minħabba l-iskadenza tat-tul ta’ residenza approvat fih, ma huwiex ser jibqa’ validu, il-projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa tista’ tibqa’ tapplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk mill-konsultazzjonijiet jirriżulta li l-permess ta’ residenza ma huwiex ser jiġi rtirat u ser jibqa’ fis-seħħ, dak l-Istat Membru li impona l-projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa jrid jikkonvertiha fi projbizzjoni ta’ dħul purament nazzjonali li tikkonċerna lit-territorju tiegħu stess biss, u jista’ l-iktar jinkludi liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz inkwistjoni fil-lista nazzjonali tiegħu ta’ senjalazzjoni għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jinsab fi speċi ta’ żona griża jekk id-deċiżjoni ta’ ritorn tiġi eżegwita u għalhekk tidħol fis-seħħ ukoll il-projbizzjoni ta’ dħul minkejja li l-konsultazzjonijiet bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ikunu għadhom għaddejjin. F’dan iż-żmien iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun suġġett għal projbizzjoni ta’ dħul fiż-żona Schengen sħiħa u ismu jibqa’ mniżżel fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul fiż-żona Schengen sħiħa. Fl-istess waqt, skont ir-regoli komuni applikabbli fis-sistema Schengen, dak l-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza validu għandu jkompli jħalli liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jidħol fit-territorju proprju tiegħu, u kull Stat Membru ieħor taż-żona Schengen irid jippermettilu t-tranżitu ’l hemmhekk, sakemm il-persuna kkonċernata ma tkunx ġiet inkluża fil-lista nazzjonali tiegħu ta’ senjalazzjoni għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul (ara, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen flimkien mal-Artikolu 6(5)(a) u mal-Artikolu 14(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar, din it-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonfronta lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-problema, li fil-prattika hija pjuttost rilevanti, dwar kif iż-żona griża deskritta tista’ tinżamm kemm jista’ jkun żgħira mingħajr ma tiġi kompromessa l-effettività tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-ħarsien tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku fiż-żona Schengen sħiħa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni konsultazzjoni li għaddejja skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen fl-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn akkumpanjati minn projbizzjoni ta’ dħul</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Jekk tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-formulazzjoni tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen kif ukoll dik tad-Direttiva 2008/115, jidher li konsultazzjonijiet għaddejjin bejn l-Istati Membri ma għandhomx effett ta’ restrizzjoni fuq l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn u fuq id-dħul fis-seħħ assoċjat ta’ projbizzjoni ta’ dħul kontra ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi fil-pajjiż illegalment. Għall-kuntrarju, il-leġiżlazzjoni dwar it-tneħħija skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/115 tobbliga lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Minkejja dan, wieħed għandu jżomm f’moħħu l-għan tal-proċedura ta’ konsultazzjoni previst fl-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen. Dan jikkonsisti fi ksib ta’ approċċ kemm jista’ jkun koerenti u konsistenti tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati kollha fiż-żona Schengen u li jiġi żgurat li permess ta’ residenza validu u projbizzjoni ta’ dħul fiż-żona Schengen sħiħa ma jkunux jistgħu jikkoeżistu għal tul ta’ żmien. B’mod partikolari, kif diġà semmejt iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, iktar ’il fuq, punt 58 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen trid tiġi kkonvertita fi projbizzjoni ta’ dħul nazzjonali jekk l-Istat Membru li ħareġ permess ta’ residenza validu għaċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz ma jirtirax dan il-permess ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Fl-istess waqt, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz inkwistjoni għandu jiġi ttrattat b’mod ġust<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Fuq id-dritt taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għal proċedura ġusta u trasparenti ara l-premessa 6 tad-Direttiva 2008/115 kif ukoll is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140605">5 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mahdi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑146/14 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1320">EU:C:2014:1320</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u għandu jkun f’pożizzjoni li jitlaq lejn dak l-Istat Membru li ħariġlu permess ta’ residenza, sabiex hemmhekk jagħmel użu mid-dritt ta’ residenza tiegħu, minflok ikollu jirritorna lejn il-pajjiż terz ta’ oriġini tiegħu (ara l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Iż-żewġ għanijiet tal-proċedura ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen – l-aġir koerenti u konsistenti tal-awtoritajiet fuq naħa waħda u l-possibbiltà tat-tgawdija ta’ permess ta’ residenza validu fuq in-naħa l-oħra – jistgħu ma jintlaħqux jekk l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta jkun liberu li, fi kwalunkwe każ, jeżegwixxi d-deċiżjoni ta’ ritorn meħuda mill-awtoritajiet tiegħu qabel il-konklużjoni tal-konsultazzjonijiet, bil-konsegwenza li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jkollu jħalli t-territorju tal-Unjoni Ewropea u jibda jkun suġġett għal projbizzjoni ta’ dħul effettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-għan tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen isegwi li konsultazzjonijiet li għadhom għaddejjin skont din id-dispożizzjoni fil-prinċipju jipprekludu l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn u d-dħul fis-seħħ ta’ projbizzjoni ta’ dħul. Barra minn hekk, fil-fehma tiegħi, tali proċess ta’ konsultazzjoni pendenti għandu jitqies bħala ċirkustanza speċjali tal-każ individwali, li minħabba fiha normalment għandu jsir posponiment ta’ tneħħija taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-possibbiltà tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn sakemm jitlestew il-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Madankollu, ovvjament jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ individwali ma jkunx iġġustifikat li l-ewwel jiġu konklużi l-konsultazzjonijiet għaddejjin skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, iżda li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jitneħħa immedjatament skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Jekk wieħed iġib f’konformità, bl-iktar mod armonjuż possibbli, il-ġestjoni konkreta tal-proċess ta’ konsultazzjoni mad-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra għall-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u jekk l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115, jispikkaw żewġ sitwazzjonijiet li fihom l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn u d-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni ta’ dħul eċċezzjonalment huma rakkomandabbli qabel il-konklużjoni ta’ konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel nett meta l-istqarrija tal-Istat Membru kkonsultat ma tingħatax minkejja li jkun skada terminu xieraq għar-riposta (<HT TYPE="ITALIC">l-ewwel sitwazzjoni</HT>);</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni nett meta ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kkonċernat jirrappreżenta perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku (<HT TYPE="ITALIC">it-tieni sitwazzjoni</HT>).</P></ITEM></LIST></P><P>Fiż-żewġ sitwazzjonijiet ikun jikkorrispondi mal-għan fundamentali ta’ politika ta’ ritorn effettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, dwar dan, mill-ġdid, il-premessa 4 tad-Direttiva 2008/115 kif ukoll is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Mukarubega</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑166/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2336">EU:C:2014:2336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Zaizoune</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑38/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:260">EU:C:2015:260</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ouhrami</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑225/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:590">EU:C:2017:590</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li d-deċiżjoni ta’ ritorn fil-konfront taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi fil-pajjiż illegalment titħaffef kif ukoll li tidħol fis-seħħ b’mod effettiv il-projbizzjoni ta’ dħul li tikkonċernah.</P></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel sitwazzjoni: meta jinqabeż terminu xieraq għar-risposta</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>F’dak li għandu x’jaqsam mal-ewwel sitwazzjoni, għandu jiġi rrilevat li l-Konvenzjoni ta’ Schengen innifisha ma tistabbilixxix terminu konkret li matulu l-Istat Membru kkonsultat skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandu jissottometti l-istqarrija tiegħu. Madankollu, mill-prinċipju tal-kooperazzjoni leali (Artikolu 4(3) TUE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>B’mod ġenerali, fuq il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri, ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830322">22 ta’ Marzu 1983</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE> (<NO.CASE>42/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:88">EU:C:1983:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880927">27 ta’ Settembru 1988</DATE>, <NAME.CASE>Matteucci</NAME.CASE> (<NO.CASE>235/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:460">EU:C:1988:460</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910611">11 ta’ Ġunju 1991</DATE>, <NAME.CASE>Athanasopoulos <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑251/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:242">EU:C:1991:242</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Reċentement il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat is-sinjifikat tal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri anki b’rabta mal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kemm fir-rigward tas-sistema Schengen (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑503/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:74">EU:C:2006:74</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll b’ħarsa lejn l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Jafari</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑646/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:586">EU:C:2017:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, l-aħħar parti tal-punt 88).</P></NOTE> isegwi li l-Istat Membru kkonsultat irid jagħti l-istqarrija tiegħu fi żmien xieraq filwaqt li juża l-formola prevista speċifikament għal dan il-għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-punt 4.5.1 tal-Manwal Sirene, riprodott fl-anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/115/UE, tas-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 71, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, abbażi tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/115<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Li wieħed jorjenta ruħu mat-termini stipulati fid-Direttiva 2008/115 jidher iktar neċessarju fid-dawl tal-fatt li, kif jidher mill-Artikolu 21 tagħha, din id-direttiva tissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.</P></NOTE> jista’ jiġi stipulat x’terminu għat-tweġiba għandu jitqies xieraq jew le: normalment, l-Istat Membru kkonsultat għandu jingħata bejn sebat ijiem u 30 jum sabiex jissottometti l-istqarrija tiegħu, li fl-aħħar mill-aħħar huwa terminu paragunabbli ma’ dak li jista’ jingħata liċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz għal tluq volontarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Huwa minnu li terminu għar-risposta ta’ bejn sebat ijiem u 30 jum għal konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jaf jidher relattivament qasir meta wieħed jikkunsidra li fl-Istat Membru kkonsultat jista’ jkun neċessarju l-intervent ta’ awtoritajiet reġjonali jew lokali kif ukoll tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi personali taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, dwar l-aspett tal-aħħar, partikolarment l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).</P></NOTE>. Iżda fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, il-qosor tat-terminu għat-tweġiba bl-ebda mod ma huwa rarità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Hekk pereżempju ċerti termini għar-risposta applikabbli fis-sistema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Dublin III<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, kif huma importanti fil-kawża pendenti X (Kawżi magħquda C‑47/17 u C‑48/17); ara l-Artikolu 22(1) u (6) kif ukoll l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 31</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. F’dan il-kuntest, dan huwa dovut għall-għan fundamentali li diġà semmejt, li l-politika ta’ ritorn tal-Unjoni Ewropea tkun effettiva, u dan jitlob sforzi sostanzjali u approċċ pjuttost rapidu mill-korpi nazzjonali kollha involuti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>L-argument difiż mill-Kummissjoni fit-tieni sentenza tal-Artikolu 26(2) tal-Proposta tagħha COM(2016) 882 final (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 17) jerġa’ huwa iktar strett, fejn din tqis bħala xieraq it-terminu għat-tweġiba estremament qasir ta’ sebat ijiem.</P></NOTE>. Barra minn hekk, it-terminu qasir iservi wkoll il-koerenza tal-aġir fost l-awtoritajiet kollha fiż-żona Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, terminu għat-tweġiba qasir minn naħa jissalvagwardja ċ-ċertezza legali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz inkwistjoni u, – f’każ li dan jiġi arrestat – li ċ-ċaħda tal-libertà tinżamm kemm jista’ jkun qasira. Min-naħa l-oħra, terminu qasir iservi wkoll l-interessi tal-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta, li ma għandux ibati iktar milli meħtieġ l-isforz u l-ispejjeż eventwali għar-residenza illegali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Jekk, fl-istess waqt, l-Istat Membru kkonsultat ikollu bżonn iktar żmien sabiex jagħti stqarrija skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali (Artikolu 4(3) TUE) jitlob li dan jikkoordina mal-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta u jipprovdilu biżżejjed raġunijiet għal estensjoni tat-terminu għat-tweġiba. Min-naħa tiegħu, l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta għandu jeżamina b’mod kostruttiv l-argumenti tal-Istat ikkonsultat fl-ispirtu tal-kooperazzjoni leali. Idealment iż-żewġ Stati għandhom jiftiehmu dwar estensjoni xierqa tat-terminu abbażi tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2008/115. Normalment l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta għandu jikkonċedi lill-Istat Membru kkonsultat estensjoni tat-terminu għal tweġiba bi 30 jum addizzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ regoli ċari, jekk anki t-terminu estiż jiskadi mingħajr eżitu, veru li ma jistax ikun hemm tweġiba pożittiva jew negattiva virtwali mill-Istat Membru kkonsultat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Fuq l-oqsma legali individwali fejn il-leġiżlatur tal-Unjoni attribwixxa espliċitament tifsira lis-silenzju ta’ awtorità li tagħti tweġiba, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Housieaux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑186/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:70">EU:C:2005:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, wara, l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta jista’ jassumi perfettament li l-qafas taż-żmien ta’ terminu xieraq għat-tweġiba jkun inqabeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-eżitu tal-konsultazzjonijiet li jkun għadu nieqes, l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta jista’ jeżegwixxi d-deċiżjoni ta’ ritorn tiegħu u b’hekk idaħħal fis-seħħ il-projbizzjoni ta’ dħul. Din il-projbizzjoni ta’ dħul tapplika għaż-żona Schengen sħiħa (u barra minn hekk anki għall-Istati Membri kollha tal-Unjoni li ma jappartjenux għaż-żona Schengen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punt 6 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115 li jistabbilixxi li projbizzjoni ta’ dħul fis-sens ta’ din id-direttiva, tipprojbixxi d-dħul fit-<HT TYPE="ITALIC">territorju tal-Istati Membri</HT>; ara, barra minn hekk, il-premessa 14 ta’ din id-direttiva, li tenfasizza li l-effetti ta’ miżuri nazzjonali dwar ir-ritorn għandhom jingħataw <HT TYPE="ITALIC">dimensjoni Ewropea</HT> billi tiġi stabbilita projbizzjoni ta’ dħul li teskludi d-dħul u r-residenza fit-<HT TYPE="ITALIC">territorju tal-Istati Membri kollha</HT>.</P></NOTE>), madankollu, kif diġà semmejt iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, iktar ’il fuq, punt 59 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, bil-kundizzjoni li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jibqa’ jkollu l-possibbiltà ta’ dħul jew tranżitu fl-Istat Membru kkonsultat, li fih ikun (għad) għandu permess ta’ residenza validu (ara l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen flimkien mal-Artikolu 6(5)(a) u mal-Artikolu 14(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tieni sitwazzjoni: perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda t-tieni sitwazzjoni, fejn iċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz jirrappreżenta perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku, huwa ovvju li d-deċiżjoni ta’ ritorn tista’ tiġi eżegwita u għaldaqstant ukoll il-projbizzjoni ta’ dħul tista’ tidħol fis-seħħ, mingħajr stennija tal-eżitu tal-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tan-nuqqas ta’ kontrolli fil-fruntieri interni taż-żona Schengen, huwa mistenni b’mod regolari li perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku, kif irrappreżentat miċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz inkwistjoni fi Stat Membru taż-żona Schengen, malajr jista’ jimmanifesta ruħu fl-Istati l-oħra kollha taż-żona Schengen. Għaldaqstant, l-Istat Membru li jistabbilixxi d-deċiżjoni ta’ ritorn u l-projbizzjoni ta’ dħul ma jaġixxix biss għall-ħarsien tas-sigurtà u tal-ordni fit-territorju tiegħu stess iżda wkoll fiż-żona Schengen sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri kollha taż-żona Schengen u tal-popolazzjoni li tgħix fit-territorju tagħhom jingħataw prijorità, f’tali sitwazzjoni, fuq it-tfittxija ta’ konkordanza u ta’ koerenza bejn id-deċiżjonijiet amministrattivi mogħtija fiż-żona Schengen u anki fuq l-interess taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz, li jagħmel użu mill-permess ta’ residenza eżistenti tiegħu fl-Istat Membru kkonsultat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>B’hekk, it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115 lanqas ma tipprovdi l-obbligu, f’tali każ, li ċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz jitlaq lejn dak l-Istat Membru li ħariġlu l-permess ta’ residenza, iżda tirreferi biss għall-applikazzjoni tar-regola ta’ ritorn, stabbilita fl-Artikolu 6(1) ta’ din l-istess direttiva, taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkonfermata meta wieħed iħares lejn l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2008/115, li jipprovdi li persuni li jirrappreżentaw perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku, mhux bilfors iridu jingħataw terminu għat-tluq volontarju jew jistgħu jingħataw terminu qasir ħafna biss. F’konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni, l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta ma jistax jiġi obbligat jistenna l-istqarrija tal-Istat Membru kkonsultat qabel l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn tiegħu u d-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni ta’ dħul tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konsegwenzi għall-kawża prinċipali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Abbażi tal-informazzjoni kollha pprovduta lill-Qorti tal-Ġustizzja, każ bħal dak ta’ E jaqa’ taħt iż-żewġ sitwazzjonijiet elenkati: l-ewwel nett, Spanja eċċediet bil-kbir it-terminu xieraq għat-tweġiba fil-kuntest tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Fid-data tat-tressiq tat-talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen kienu diġà ilhom għaddejjin iktar minn sentejn, mingħajr ma r-Renju ta’ Spanja kien ħa pożizzjoni definittiva.</P></NOTE>, mingħajr – sa fejn naf jien – ma jidher li talbet xi tip ta’ estensjoni tat-terminu u wisq inqas ipprovdiet biżżejjed raġunijiet għal tali estensjoni tat-terminu (l-ewwel sitwazzjoni). It-tieni nett, skont il-konstatazzjonijiet tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali, E jirrappreżenta perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku (it-tieni sitwazzjoni). Għal kull waħda minn dawn iż-żewġ raġunijiet, li meta kkunsidrati waħedhom diġà jkunu biżżejjed, iċ-ċirkustanza li l-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ikunu għadhom ma ntemmewx ma tipprekludix l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn u d-dħul fis-seħħ tal-projbizzjoni ta’ dħul fil-każ preżenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni provviżorja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għalhekk, bħala konklużjoni, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, bħala risposta għat-tielet u r-raba’ domanda preliminari, nista’ nikkonstata:</TXT><P>Id-deċiżjoni ta’ ritorn tista’ tiġi eżegwita biss u l-projbizzjoni ta’ dħul tista’ tidħol fis-seħħ biss mill-mument meta l-Istat ikkonsultat skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ikun issottometta l-istqarrija tiegħu, jew jekk il-konsultazzjonijiet ma jkunux ipprovdew konklużjoni minkejja l-iskadenza ta’ terminu xieraq għat-tweġiba. Iż-żewġ deċiżjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti diġà qabel jiskadi dan it-terminu dment li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jirrappreżenta perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku.</P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-effett dirett tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen (l-ewwel domanda)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi eżaminat, fil-kuntest tal-ewwel domanda preliminari, jekk l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jistax jiġi invokat direttament miċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz quddiem il-qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Oriġinarjament, l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ma kienx att ġuridiku tal-Unjoni iżda dispożizzjoni li kienet inkluża fi ftehim interstatali lil hinn mill-qafas tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, bit-Trattat ta’ Amsterdam, li wassal għall-integrazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-qafas tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara, f’dan ir-rigward, illum, il-Protokoll Nru 19 anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE.</P></NOTE>, dan il-ftehim sar parti integrali mid-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi applikat mill-Istati Membri li jagħmlu parti miż-żona Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>B’differenza għal deċiżjonijiet qafas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, dwar dan, it-tielet sentenza tal-Artikolu 34(2)(b) TUE fil-verżjoni tat-Trattat ta’ Amsterdam.</P></NOTE>, ma huwiex eskluż li ftehimiet konklużi bejn l-Istati Membri jkollhom effett dirett b’rabta mal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Fil-fatt, il-Konvenzjoni ta’ Schengen innifisha bl-ebda mod ma tipprekludi l-applikazzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Għall-kuntrarju, huwa rrikonoxxut li quddiem qrati nazzjonali d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jistgħu jwasslu għall-esklużjoni ta’ liġijiet jew prassi nazzjonali diverġenti (ara, fundamentalment, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030211">11 ta’ Frar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Gözütok u Brügge</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑187/01 u C‑385/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:87">EU:C:2003:87</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, partikolarment l-aħħar parti tal-punt 33, b’rabta mal-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-effett dirett ta’ dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandu jiġi evalwat abbażi tal-istess kriterji ġenerali applikabbli għal ftehimiet internazzjonali li jorbtu lill-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Skont ġurisprudenza stabbilita jistgħu jkunu wkoll ftehimiet li l-Unjoni stess ma tkunx involuta fihom bħala parti kontraenti; ara, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19721212">12 ta’ Diċembru 1972</DATE>, <NAME.CASE>International Fruit Company <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>21/72 sa 24/72</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1972:115">EU:C:1972:115</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Air Transport Association of America <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑366/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:864">EU:C:2011:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, kif ukoll għal dispożizzjonijiet oħra tad-dritt sekondarju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Kundizzjoni għall-applikazzjoni diretta ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni hija li tkun, mil-lat tal-kontenut tagħha, inkundizzjonali u suffiċjentement preċiża. Dan ikun il-każ meta d-dispożizzjoni invokata tinkludi obbligu ċar u preċiż li ma jkunx suġġett, fl-implementazzjoni tiegħu jew fl-effetti tiegħu, għas-seħħ ta’ xi att ieħor sussegwenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19870930">30 ta’ Settembru 1987</DATE>, <NAME.CASE>Demirel</NAME.CASE> (<NO.CASE>12/86</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:400">EU:C:1987:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Air Transport Association of America <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑366/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:864">EU:C:2011:864</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); barra minn hekk, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630205">5 ta’ Frar 1963</DATE>, <NAME.CASE>van Gend &amp; Loos</NAME.CASE> (<NO.CASE>26/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:1">EU:C:1963:1</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, pp. 25 u 26 tal-verżjoni lingwistika Ġermaniża) hija fundamentali f’dan ir-rigward.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Stat Membru taż-żona Schengen, li joħroġ senjalazzjoni fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, huwa obbligat, skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, jikkonsulta lil kull Stat Membru ieħor taż-żona Schengen li jkun ħareġ permess ta’ residenza validu liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz biex jivverifika jekk l-Istat Membru tal-aħħar għandux l-intenzjoni jirtira dan il-permess ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jinkludi obbligu ċar u preċiż li, barra minn hekk, ma huwiex suġġett, fl-eżekuzzjoni tiegħu jew fl-effetti tiegħu, għas-seħħ ta’ xi miżuri ta’ kull tip oħrajn. Anki jekk il-konsegwenzi preċiżi ta’ nuqqas ta’ konsultazzjoni jew ta’ konsultazzjoni inkorretta ma humiex irregolati espressament fl-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, il-ħtieġa ta’ konsultazzjoni kif ukoll is-suġġett ta’ din il-konsultazzjoni huma rregolati b’mod ċar biżżejjed fl-imsemmija dispożizzjoni li jistgħu jiġu applikati mingħajr diffikultà minn kull qorti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19800522">22 ta’ Mejju 1980</DATE>, <NAME.CASE>Santillo</NAME.CASE> (<NO.CASE>131/79</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:131">EU:C:1980:131</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); b’mod simili s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860226">26 ta’ Frar 1986</DATE>, <NAME.CASE>Marshall</NAME.CASE> (<NO.CASE>152/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:84">EU:C:1986:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930802">2 ta’ Awwissu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Marshall</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑271/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:335">EU:C:1993:335</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Van Gerven fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Banks</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑128/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:860">EU:C:1993:860</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, l-aħħar paragrafu).</P></NOTE>. Konsegwentement, il-kundizzjonijiet għal applikazzjoni diretta huma ssodisfatti fir-rigward tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma huwiex possibbli li titressaq l-oġġezzjoni kontra l-applikazzjoni diretta tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen fis-sens li din id-dispożizzjoni tikkonċerna dispożizzjoni purament proċedurali li tirregola biss ir-relazzjoni bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, minn naħa, huwa rrikonoxxut fid-dritt tal-Unjoni li anki dispożizzjonijiet li l-formulazzjoni tagħhom tindirizza biss lill-Istati Membri jistgħu jipproduċu effett dirett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19630205">5 ta’ Frar 1963</DATE>, <NAME.CASE>van Gend &amp; Loos</NAME.CASE> (<NO.CASE>26/62</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1963:1">EU:C:1963:1</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, pp. 25 u 26 tal-verżjoni lingwistika Ġermaniża), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760408">8 ta’ April 1976</DATE>, <NAME.CASE>Defrenne</NAME.CASE> (<NO.CASE>43/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:56">EU:C:1976:56</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. U, min-naħa l-oħra, kif il-Qorti tal-Ġustizzja għadha kemm iddeċidiet reċentement b’rabta ma’ aspett ieħor tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anki dispożizzjonijiet purament proċedurali tad-dritt tal-Unjoni jistgħu jiġu invokati, minn individwi, quddiem il-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:587">EU:C:2017:587</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, partikolarment il-punt 56); bl-istess sens is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Shiri</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑201/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:805">EU:C:2017:805</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, partikolarment il-punti 39 u 44).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ meta l-applikazzjoni jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ dispożizzjoni proċedurali, li tindirizza lill-Istati Membri u tirregola r-relazzjoni ta’ bejniethom, jistgħu jkollhom effetti konkreti ħafna fuq id-drittijiet u fuq l-interessi ta’ individwi, quddiem il-qrati nazzjonali dawn l-individwi jridu jkunu jistgħu jinvokaw direttament id-dispożizzjoni proċedurali inkwistjoni għall-ħarsien tad-drittijiet u tal-interessi tagħhom, bil-kundizzjoni li d-dispożizzjoni tkun, mil-lat tal-kontenut tagħha, inkundizzjonali u suffiċjentement preċiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Dan jidher b’mod partikolarment ċar abbażi tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen inkwistjoni: fil-fatt, jekk l-Istat Membru kkonsultat jissottometti stqarrija li ma humiex mogħtija biżżejjed raġunijiet għall-irtirar tal-permess ta’ residenza taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz, l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta huwa obbligat, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, ibiddel il-projbizzjoni ta’ dħul maħruġa minnu għaż-żona Schengen sħiħa fi projbizzjoni ta’ dħul purament nazzjonali, ristretta għat-territorju tiegħu stess, u jista’ jinkludi liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz biss fil-lista nazzjonali tiegħu ta’ senjalazzjoni għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-kuntrarju tal-fehma espressa minn xi wħud mill-partijiet, il-proċess ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen bl-ebda mod ma jwassal bilfors għal deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni legali taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz permezz tal-irtirar tal-permess ta’ residenza valida tiegħu. Il-proċedura ta’ konsultazzjoni pjuttost tista’ twassal ukoll għal titjib sinjifikattiv ta’ din is-sitwazzjoni legali, proprju meta l-Istat Membru kkonsultat iżomm il-permess ta’ residenza maħruġ minnu u b’hekk iġiegħel lill-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta sabiex jimponi biss projbizzjoni ta’ dħul nazzjonali minflok projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif iddiskutejt fil-kuntest tat-tielet u tar-raba’ domanda preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara, iktar ’il fuq, partikolarment il-punti 61 sa 80 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> – bl-eċċezzjoni tal-każijiet ta’ perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku – l-Istat Membru li jkun qed jikkonsulta jista’ biss jeżegwixxi deċiżjoni ta’ ritorn u jdaħħal fis-seħħ projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa meta jkun irċieva l-istqarrija tal-Istat Membru kkonsultat skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen jew fil-każ li jkun skada t-terminu xieraq li kkonċeda lil dan tal-aħħar biex jissottometti tali stqarrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bħala konklużjoni, iċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz jista’ jibbenefika minn vantaġġi konkreti għas-sitwazzjoni legali tiegħu u għall-interessi tiegħu permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, u f’każ ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni jew tal-applikazzjoni inkorretta ta’ din id-dispożizzjoni jista’ jġarrab żvantaġġi konkreti. Konsegwentement, dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz irid ikun jista’ jinvoka, quddiem il-qrati nazzjonali, l-obbligu ta’ konsultazzjoni stabbilit fl-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, biex jikkontesta l-legalità jew l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn li tikkonċernah jew ta’ projbizzjoni ta’ dħul għaż-żona Schengen sħiħa imposta fuqu fis-sens tad-Direttiva 2008/115. Dan ġie enfasizzat ġustament mill-Gvern Finlandiż, Spanjol u Svizzeru kif ukoll mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Anki l-Gvern Belġjan huwa favur ir-rikonoxximent tal-effett dirett tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, sa fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat jingħata l-possibbiltà li jitħassar, mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, senjalazzjoni fil-konfront tiegħu għall-finijiet ta’ ċaħda ta’ dħul.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni provviżorja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Fil-qosor, għaldaqstant tirriżulta r-risposta li ġejja għall-ewwel domanda preliminari:</TXT><P>Ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jinvoka direttament l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen quddiem il-qrati nazzjonali, bil-għan li jikkontesta l-legalità u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn meħuda fil-konfront tiegħu kif ukoll ta’ projbizzjoni ta’ dħul imposta fil-konfront tiegħu fis-sens tad-Direttiva 2008/115.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti r-risposti li ġejjin għat-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus (il‑Qorti Amministrattiva Suprema, il‑Finlandja) dwar l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, iffirmata fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE>,:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Ċittadin ta’ pajjiż terz jista’ jinvoka direttament l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen quddiem il-qrati nazzjonali, bil-għan li jikkontesta l-legalità u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn meħuda fil-konfront tiegħu kif ukoll ta’ projbizzjoni ta’ dħul imposta fil-konfront tiegħu fis-sens tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L‑Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-konsultazzjonijiet imposti minn din id-dispożizzjoni għandhom jiġu implementati fl-iktar stadju bikri possibbli, iżda ma għandhomx imperattivament jibdew qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar ir-ritorn u dwar il-projbizzjoni ta’ dħul.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni ta’ ritorn tista’ tiġi eżegwita biss u l-projbizzjoni ta’ dħul tista’ tidħol fis-seħħ biss mill-mument meta l-Istat ikkonsultat skont l-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni ta’ Schengen ikun issottometta l-istqarrija tiegħu, jew jekk il-konsultazzjonijiet ma jkunux ipprovdew konklużjoni minkejja l-iskadenza ta’ terminu xieraq għat-tweġiba. Iż-żewġ deċiżjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti diġà qabel jiskadi dan it-terminu dment li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jirrappreżenta perikolu għas-sigurtà pubblika u għall-ordni pubbliku.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>