<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-66/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0066</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:670">EU:C:2021:670</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20210902">2.9.2021</DATE> – Kawża C‑66/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Finanzamt für Steuerstrafsachen und Steuerfahndung Münster</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 267 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>qorti nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kriterji</KEYWORD><KEYWORD>Procura della Repubblica di Trento (l-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika ta’ Trento, l-Italja)</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑66/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa miill-Procura della Repubblica di Trento (l-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika ta’ Trento, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20200115">15 ta’ Jannar 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20200124">24 ta’ Jannar 2020</DATE>, fil-proċedura dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea li jirrigwarda</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">XK,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt für Steuerstrafsachen und Steuerfahndung Münster,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, N. Piçarra, D. Šváby, S. Rodin u K. Jürimäe (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Aiello u E. Figliolia, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u F. Halabi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes kif ukoll minn A. Pimenta, D. Capinha, P. Barros da Costa u L. Medeiros, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Cattabriga u M. Wasmeier, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20210311">11 ta’ Marzu 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(c)(ii) tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE> dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 130, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="143" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 143, p. 16</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ talba għall-eżekuzzjoni, fl-Italja, ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea maħruġa mill-Finanzamt für Steuerstrafsachen und Steuerfahndung Münster (l-Uffiċju għal Reati Fiskali, Münster, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Finanzamt Münster<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) fir-rigward ta’ XK.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 34 tad-Direttiva 2014/41 hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva, permezz tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, tittratta biss miżuri provviżorji unikament bil-ħsieb tal-ġbir ta’ provi. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li kwalunkwe oġġett, inklużi assi finanzjarji, jista’ jkun suġġett għal diversi miżuri interim matul il-proċedimenti kriminali, mhux biss bil-ħsieb tal-ġbir ta’ provi iżda wkoll bil-ħsieb ta’ konfiska. Id-distinzjoni bejn iż-żewġ objettivi ta’ miżuri interim mhijiex dejjem ovvja u li l-objettiv tal-miżura interim jista’ jinbidel matul il-proċedimenti. Għal din ir-raġuni, huwa kruċjali li tinżamm interrelazzjoni bla xkiel bejn id-diversi strumenti applikabbli f’dan il-qasam. Barra minn hekk, għall-istess raġuni, il-valutazzjoni ta’ jekk punt għandux jintuża fil-provi u għalhekk ikun l-oġġett ta’ OIE għandha titħalla għall-awtorità emittenti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew u l-obbligu li jiġi eżegwit<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) huwa deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa jew validata minn awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>l-Istat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) sabiex waħda jew aktar miżuri investigattivi speċifiċi jiġu eżegwiti fi Stat Membru ieħor (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>l-Istat ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) bil-ħsieb li jinkisbu provi f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jeżegwixxu kwalunkwe OIE abbażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u f’konformità ma’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>| <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>awtorità emittenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>|(i)</NO.P><TXT>imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku kompetenti fil-każ ikkonċernat; jew</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ speċifiku, qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ provi f’konformità mal-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, qabel ma jintbagħat lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, l-OIE għandu jiġi vvalidat, wara eżami tal-konformità tiegħu mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ OIE taħt din id-Direttiva, partikolarment il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti. Fejn l-OIE jkun ġie validat minn awtorità ġudizzjarja, dik l-awtorità tista’ titqies ukoll bħala awtorità emittenti għall-finijiet ta’ trażmissjoni tal-OIE;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>awtorità ta’ eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser awtorità b’kompetenza li tirrikonoxxi OIE u tiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu f’konformità ma’ din id-Direttiva u l-proċeduri applikabbli f’każ domestiku simili. Dawn il-proċeduri jistgħu jkunu jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qorti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni fejn dan ikun previst mil-liġi nazzjonali tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kontenut u għamla tal-OIE<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-OIE fil-forma stabbilita fl-Anness A għandu jitlesta, jiġi ffirmat, u l-kontenut tiegħu jiġi ċċertifikat bħala preċiż u korrett mill-awtorità emittenti.</P><P>L-OIE għandu, b’mod partikolari, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>data dwar l-awtorità emittenti u, fejn applikabbli, l-awtorità ta’ validazzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2014/41, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kondizzjonijiet għall-emissjoni u t-trażmissjoni ta’ OIE<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorità emittenti tista’ toħroġ OIE biss fejn tkun sodisfatta li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-emissjoni tal-OIE tkun meħtieġa u proporzjonata għall-fini tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 4 b’kont meħud tad-drittijiet tal-persuna suspettata jew akkużata; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-miżura jew miżuri investigattivi indikati fl-OIE setgħu ġew ordnati taħt l-istess kondizzjonijiet f’każ domestiku simili.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-awtorità emittenti f’kull każ.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn l-awtorità ta’ eżekuzzjoni jkollha raġuni għalxiex temmen li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, hija tista’ tikkonsulta lill-awtorità emittenti dwar l-importanza li l-OIE jiġi eżegwit. Wara dik il-konsultazzjoni, l-awtorità emittenti tista’ tiddeċiedi li tirtira l-OIE.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu, l-Artikolu 9 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Rikonoxximent u eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi OIE, mibgħut f’konformità ma’ din id-Direttiva, mingħajr il-ħtieġa ta’ kwalunkwe formalità ulterjuri, u tiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu bl-istess mod u taħt l-istess modalitajiet bħallikieku l-miżura investigattiva konċernata ġiet ordnata minn awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni, sakemm dik l-awtorità ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti f’din id-Direttiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’din id-Direttiva u sakemm dawn il-formalitajiet u proċeduri ma jmorrux kontra l-prinċipji fundamentali ta’ dritt tal-Istat ta’ eżekuzzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn awtorità ta’ eżekuzzjoni tirċievi OIE li ma jkunx inħareġ minn awtorità emittenti kif speċifikat fl-Artikolu 2(c), l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tibgħat lura l-OIE lill-Istat emittenti.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Raġunijiet sabiex ma jingħatax ir-rikonoxximent jew ma ssirx l-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jelenka, fil-paragrafu 1 tiegħu, ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent jew għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fl-Istat ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-formola dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, li tinsab fl-Anness A tal-istess direttiva, tinkludi, b’mod partikolari, Taqsima L, li fiha għandhom jiġu indikati, jekk ikun hemm bżonn, id-dettalji tal-awtorità ġudizzjarja li vvalidat l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 386 tal-Kodeks pracy (il-Kodiċi tax-Xogħol), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="386.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk jiġi ssuspettat ksur fiskali, l-awtorità fiskali għandha twettaq investigazzjoni fuq il-fatti. Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, il-‘Hauptzollamt’ [l-Uffiċċju Ewlieni tad-Dwana], il-‘Finanzamt’ [l-Uffiċċju tat-Taxxa], il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Bundeszentralamt für Steuern<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> [l-Uffiċċju Federali tat-Taxxa] u l-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Familienkasse<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> [il-Fond ta’ Benefiċċji tal-Familja] huma kklassifikati bħala awtorità fiskali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="386.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorità fiskali għandha tmexxi l-proċedura ta’ investigazzjoni b’mod indipendenti, filwaqt li tirrispetta l-limiti tal-Artikolu 399(1), u tal-Artikoli 400 u 401, meta l-fatti:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>jikkostitwixxu esklużivament ksur fiskali jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>fl-istess ħin, jiksru liġijiet kriminali oħra u li l-ksur jikkonċerna t-taxxi tal-qima jew taxxi legali oħra marbuta ma’ bażijiet fiskali, il-bażijiet fiskali għall-artijiet u l-bini jew l-ammonti tat-taxxi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="386.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafu 2 ma japplikax jekk l-akkużat kien is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ arrest jew ta’ priġunerija.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="386.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità fiskali tista’, f’kull mument, tittrasferixxi l-proċeduri kriminali lill-Uffiċċju tal-Prosekutur, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur jista’ fi kwalunkwe ħin jibda l-proċeduri kriminali. Fiż-żewġ każijiet, l-Uffiċċju tal-Prosekutur jista’, bi qbil mal-awtorità fiskali, jgħaddi lura l-kawża lill-awtorità fiskali.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 399(1) ta’ dan il-kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Jekk l-awtorità fiskali taġixxi b’mod indipendenti skont l-Artikolu 386(2), hija teżerċita d-drittijiet u l-obbligi li huma tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fil-fażi ta’ investigazzjoni preliminari.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 400 tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Jekk, matul l-investigazzjonijiet, ikunu ssodisfatti provi suffiċjenti sabiex il-kawża tintbagħat lura, l-awtorità fiskali titlob lill-qorti tipproċedi għall-ħruġ ta’ digriet kriminali sommarju, jekk il-kawża kriminali tkun tista’ tkun is-suġġett ta’ proċedura għall-ħruġ ta’ digriet kriminali sommarju; Jekk dan ma jkunx il-każ, l-awtorità fiskali għandha tibgħat il-fajl lill-Uffiċċju tal-Prosekutur.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 257(1) tal-codice di procedura penale (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Skont l-Artikolu 324, il-persuna akkużata, il-persuna li l-beni tagħha jkunu ġew issekwestrati u l-persuna li jkollha dritt għall-ħlas lura tagħha tista’ tressaq, kontra d-deċiżjoni ta’ sekwestru, talba għal eżami mill-ġdid, inkluż fil-mertu.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 108/17</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2014/41 ġiet trasposta fid-dritt Taljan permezz tad-decreto legislativo n. 108 – Norme di attuazione della direttiva 2014/41/UE del Parlamento europeo et del Consiglio, del <DATE ISO="20140403">3 aprile 2014</DATE>, relativa all’ordine europeo di indagine penale (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 108 dwar id-Dispożizzjonijiet ta’ Traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea f’Materji Kriminali), tal-<DATE ISO="20170621">21 ta’ Ġunju 2017</DATE> (GURI Nru 162, tat-<DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 108/17<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) sa (4) ta’ dan id-Digriet Leġiżlattiv Nru 108/17 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Prosekutur tar-Repubblika quddiem il-qorti tal-kapital tad-disrett li fih għandhom jiġu eżegwiti l-miżuri mitluba, għandu, permezz ta’ digriet motivat, jirrikonoxxi l-ordni ta’ investigazzjoni fi żmien 30 jum minn meta jirċeviha jew, fejn xieraq, f’perijodu differenti indikat<?PAGE NO="6"?> mill-awtorità emittenti, li ma jistax ikun ta’ iktar minn 60 jum. Il-Prosekutur tar-Repubblika għandu jinforma lill-procuratore nazionale antimafia e antiterrorismo [(il-Prosekutur Nazzjonali Anti-mafia u Anti-terroriżmu)] li jirċievi l-ordni ta’ investigazzjoni għall-finijiet tal-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet, fil-każ ta’ investigazzjonijiet li jirrigwardaw ir-reati msemmija fl-Artikolu 51(3a) u (3c) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. Fi kwalunkwe każ, kopja tad-deċiżjoni ta’ investigazzjoni riċevuta tintbagħat lill-Ministeru għall-Ġustizzja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha tiġi eżegwita fi żmien 90 jum li jsegwu, skont forom espressament mitluba mill-awtorità emittenti sakemm dawn ma jmorrux kontra l-prinċipji tal-ordinament ġuridiku tal-Istat. It-twettiq tal-atti msemmija fl-Artikoli 21 u 22 huwa, fi kwalunkwe każ, irregolat mid-dritt Taljan.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn ikun hemm raġunijiet ta’ urġenza jew ta’ neċessità, għandu jingħata rikonoxximent u eżekuzzjoni fl-iqsar terminu indikat mill-awtorità emittenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent hija kkomunikata mis-segretarjat tal-prosekutur lill-avukat tal-persuna ssuspettata fit-terminu stabbilit għan-notifika li dan għandu dritt għaliha, skont il-liġi Taljana, għat-twettiq tal-att. Meta l-liġi Taljana tipprevedi biss id-dritt tal-avukat li jassisti għat-twettiq tal-att mingħajr notifika minn qabel, id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent għandha tiġi nnotifikata fil-mument stess tat-twettiq tal-att jew immedjatament wara.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u (2) ta’ dan id-digriet leġiżlattiv huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-awtorità emittenti titlob li l-miżura tiġi eżegwita mill-qorti jew meta l-att mitlub għandu jiġi eżegwit minn qorti skont il-liġi Taljana, il-Prosekutur tar-Repubblika għandu jirrikonoxxi l-ordni ta’ investigazzjoni u jitlob l-eżekuzzjoni tiegħu mill-imħallef responsabbli għall-investigazzjoni preliminari.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Malli tirċievi t-talba, il-qorti tawtorizza l-eżekuzzjoni wara verifika tal-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-ordni ta’ investigazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ dan id-digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’terminu ta’ ħamest ijiem min-notifika msemmija fl-Artikolu 4(4), il-persuna ssuspettata u l-avukat tagħha jistgħu jressqu oppożizzjoni kontra d-deċiżjoni ta’ rikonoxximent quddiem l-imħallef responsabbli għall-investigazzjoni preliminari.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-imħallef għall-investigazzjonijiet preliminari jiddeċiedi permezz ta’ digriet, wara li jkun sema’ lill-Prosekutur tar-Repubblika. Id-digriet għandu jiġi nnotifikat lill-prosekutur tar-Repubblika u nnotifikat lill-persuna kkonċernata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Prosekutur tar-Repubblika għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità emittenti bid-deċiżjoni. Meta l-oppożizzjoni tintlaqa’, id-deċiżjoni ta’ rikonoxximent hija annullata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-oppożizzjoni ma għandhiex effett sospensiv fuq l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ investigazzjoni u fuq it-trażmissjoni tar-riżultati tal-attivitajiet imwettqa. Fi kwalunkwe każ, il-Prosekutur tar-Repubblika jista’ ma jittrażmettix ir-riżultati tal-attivitajiet eżerċitati jekk ikun hemm riskju ta’ dannu gravi u irreparabbli għall-persuna ssuspettata, għall-persuna akkużata jew għall-persuna kkonċernata, barra minn hekk, mit-twettiq tal-att.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="013.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Meta r-raġunijiet ta’ rifjut imsemmija fl-Artikolu 10 jiġu ssodisfatti, l-imħallef għall-investigazzjonijiet preliminari, meta jkollu quddiemu l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 5, jordna, ukoll fuq talba tal-partijiet, l-annullament tad-deċiżjoni ta’ rikonoxximent maħruġa mill-Prosekutur tar-Repubblika.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni ta’ rikonoxximent, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ rikonoxximent ma għandhiex titwettaq.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna ssuspettata jew il-persuna akkużata, l-avukat tagħha, il-persuna li kienet is-suġġett ta’ ffriżar ta’ provi jew ta’ beni, kif ukoll il-persuna li għandha dritt għall-ħlas lura tagħhom jistgħu wkoll iressqu oppożizzjoni kontra d-deċiżjoni ta’ rikonoxximent tal-ordni ta’ investigazzjoni dwar l-iffriżar ta’ provi. Il-qorti għandha tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> skont l-Artikolu 127 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. F’dan il-każ, id-deċiżjoni tal-qorti tista’ tiġi appellata fil-kassazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur u mill-persuni kkonċernati għal ksur tal-liġi, f’terminu ta’ 10 ijiem min-notifika tagħha. Il-Qorti tal-Kassazzjoni tiddeċiedi <HT TYPE="ITALIC">in camera</HT> f’terminu ta’ 30 jum li jibda jiddekorri mid-data tal-appell. L-appell ma għandux effett sospensiv.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20191114">14 ta’ Novembru 2019</DATE>, il-Procura della Repubblica di Trento (l-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika ta’ Trento, l-Italja) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) rċieva Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea maħruġa fl-istess jum mill-Uffiċju għal Reati Fiskali ta’ Münster, għal tfittxija ta’ ċertu bini kummerċjali, fil-kuntest ta’ investigazzjoni għal frodi fiskali, skont il-Kodiċi Fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-Taqsima L ta’ din l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, li fiha għandhom jidhru, sa fejn meħtieġ, id-dettalji tal-awtorità ġudizzjarja li vvalidat l-imsemmija ordni ta’ investigazzjoni, ma kinitx issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20191220">20 ta’ Diċembru 2019</DATE>, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento talab lill-Uffiċju għal Reati Fiskali ta’ Münster sabiex tibgħatlu kopja tal-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea vvalidata minn awtorità ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tat-<DATE ISO="20200108">8 ta’ Jannar 2020</DATE>, l-Uffiċju għal Reati Fiskali ta’ Münster, informat lill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento li l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea ma kellhiex tiġi vvalidata minn awtorità ġudizzjarja. Fil-fatt huwa spjega li, billi jeżerċita, skont l-Artikolu 399(1) tal-Kodiċi Fiskali, il-funzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur fil-proċeduri ta’ ksur fiskali, huwa kellu jitqies bħala huwa stess awtorità ġudizzjarja, fis-sens tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2014/41.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento jirrileva li l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea għandha neċessarjament tkun deċiżjoni ġudizzjarja, fis-sens li, skont l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2014/41, din għandha tiġi adottata minn awtorità ġudizzjarja jew adottata minn awtorità amministrattiva u vvalidata minn awtorità ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, u kif jirriżulta, b’analoġija, mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161110">10 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Özçelik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-453/16 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:860">EU:C:2016:860</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienet tikkonċerna l-mandat ta’ arrest Ewropew irregolat mid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (2002/584/ĠAI) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19,<?PAGE NO="8"?> Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>), il-livell għoli ta’ fiduċja bejn l-Istati Membri jimplika l-intervent ta’ awtorità ġudizzjarja fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, l-Uffiċju għal Reati Fiskali ta’ Münster, li hija awtorità amministrattiva, issostni li huwa jista’ joħroġ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, iffirmata mid-direttur amministrattiv tiegħu, mingħajr ma din id-deċiżjoni għandha tiġi vvalidata minn imħallef jew prosekutur pubbliku, minħabba li huwa awtorizzat jeżerċita l-istess drittijiet u l-istess responsabbiltajiet bħall-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġermaniż, skont l-Artikolu 399(1) tal-Kodiċi Fiskali Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento jenfasizza li l-kawża prinċipali tqajjem il-kwistjoni dwar jekk u sa fejn l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2014/41 jawtorizzax Stat Membru li jibgħat Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea maħruġa minn awtorità amministrattiva meta din ma tkunx ġiet ivvalidata minn awtorità ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento jqis li l-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190527">27 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>OG et PI (l-Uffiċċji tal-Prosekutur ta’ Lübeck u ta’ Zwickau)</NAME.CASE>(<NO.CASE>C‑508/18 u C-82/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:456">EU:C:2019:456</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fiha kienet inkwistjoni d-Deċiżjoni Qafas 2002/584, huma applikabbli fil-kuntest tad-Direttiva 2014/41, peress li Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, minkejja li ma għandhiex effett fuq il-libertà individwali, tikkostitwixxi miżura intrużiva ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento jikkunsidra li huwa awtorizzat jadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari, minkejja l-fatt li rinviju għal deċiżjoni preliminari jista’ jsir biss, skont il-kliem tal-Artikolu 267 TFUE, minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>qorti jew tribunal ta’ xi Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ċertament, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961212">12 ta’ Diċembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑74/95 u C‑129/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:491">EU:C:1996:491</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Taljan ma kienx awtorizzat jadixxi b’rinviju għal deċiżjoni preliminari. Madankollu, din is-sentenza ma hijiex rilevanti f’dan il-każ, sa fejn il-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza kienet tikkonċerna proċeduri kriminali miftuħa quddiem dan l-Uffiċċju tal-Prosekutur, li ma kellux bħala missjoni li jiddeċiedi b’indipendenza sħiħa tilwima, iżda li jissuġġettaha, jekk ikun il-każ, għall-konjizzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento josserva li ma huwiex parti fil-proċedura ta’ investigazzjoni mibdija fil-Ġermanja mill-Uffiċju għal Reati Fiskali ta’ Münster. Barra minn hekk, huwa ma jista’ jeżerċita ebda azzjoni kriminali fl-Italja għall-fatti msemmija mill-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea inkwistjoni fil-kawża prinċipali u lanqas jissuġġetta għall-evalwazzjoni ta’ qorti din l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, peress li, fid-dritt Taljan, huwa l-Uffiċċju tal-Prosekutur u mhux l-imħallef li għandu jirrikonoxxi Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea u, konsegwentement, li jeżegwixxi jew, jekk ikun il-każ, jirrifjuta r-rikonoxximent tagħha. Għaldaqstant, ebda qorti ma tipparteċipa fil-proċedura ta’ rikonoxximent ta’ tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Taljan għandu jiġi kklassifikat bħala korp li għandu bħala funzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>jiddeċiedi b’indipendenza sħiħa kontroversja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u, għalhekk, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento ddeċieda li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>L-Artikolu 2(ċ)(ii) tad-Direttiva 2014/41 […] safejn jipprevedi li tista’ tkun ikkunsidrata wkoll bħala awtorità emittenti <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kwalunkwe awtorità kompetenti oħra kif definita mill-Istat emittenti li, fil-każ speċifiku, qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala awtorità ta’ investigazzjoni fi proċedimenti kriminali b’kompetenza li tordna l-ġbir ta’ provi f’konformità mal-liġi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/>, billi tipprovdi f’dan il-każ, madankollu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>qabel ma jintbagħat lill-awtorità ta’ eżekuzzjoni, l-OIE għandu jiġi vvalidat, wara eżami tal-konformità tiegħu mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ OIE taħt din id-Direttiva, partikolarment il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), minn imħallef, qorti, imħallef inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru li jeżenta lil awtorità amministrattiva mill-obbligu li l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (OIE) tkun ivvalidata billi tikklassifikaha bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>awtorità ġudizzjarja fis-sens tal-Artikolu 2 tad-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/>?<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni esprimew dubji dwar jekk l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento għandux il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi evalwat jekk il-korp ta’ rinviju inkwistjoni għandux in-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, kwistjoni li taqa’ unikament taħt id-dritt tal-Unjoni, Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ elementi, bħall-oriġini legali ta’ dan il-korp, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura tiegħu, l-applikazzjoni, mill-korp, tar-regoli tad-dritt kif ukoll l-indipendenza tiegħu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200121">21 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Banco de Santander</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:17">EU:C:2020:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kriterji rrelatati mal-oriġini legali tal-korp tar-rinviju, mal-permanenza tiegħu, man-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, mal-indipendenza tiegħu, kif ukoll mal-applikazzjoni, minn dan il-korp, tad-dispożizzjonijiet legali, il-proċess għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jinkludi ebda element li jista’ jistabbilixxi li l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento ma jissodisfax dawn il-kriterji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi eżaminat ukoll jekk, fil-kuntest tal-proċedura li wasslitha tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento jaġixxix fl-eżerċizzju ta’ attività ġudizzjarja, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li għalkemm l-Artikolu 267 TFUE ma jissuġġettax ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja għan-natura kontradittorja tal-proċedura li matulha l-qorti nazzjonali tifformula domanda preliminari, il-qrati nazzjonali għandhom is-setgħa li jadixxu lill-Qorti tal-Ġustizzja biss jekk tilwima tkun pendenti quddiemhom u jekk dawn jintalbu jiddeċiedu fil-kuntest ta’ proċedura maħsuba sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Gradbeništvo Korana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:162">EU:C:2019:162</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, meta jaġixxi bħala awtorità ta’ eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2014/41, uffiċċju ta’ prosekutur Taljan, bħall-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento, ma huwiex mitlub jiddeċiedi tilwima u ma jistax, konsegwentement, jitqies li jeżerċita funzjoni ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/41 jiddefinixxi l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea bħala ordni ġudizzjarja maħruġa jew ivvalidata minn awtorità ġudizzjarja ta’ Stat Membru sabiex tiġi eżegwita miżura jew diversi miżuri investigattivi speċifiċi fi Stat Membru ieħor bil-għan li jinkisbu provi, skont din id-direttiva, inklużi dawk li diġà huma fil-pussess tal-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2014/41, l-Istati Membri għandhom jeżegwixxu Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea abbażi tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku u skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Skont l-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, mingħajr ma tkun meħtieġa ebda formalità oħra, u għandha tiżgura li din tiġi eżegwita bl-istess mod u skont l-istess modalitajiet daqslikieku l-miżura investigattiva kkonċernata kienet ġiet ordnata minn awtorità tal-Istat ta’ eżekuzzjoni. Skont din l-istess dispożizzjoni, din l-awtorità tista’ tiddeċiedi li ma teżegwixxix Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea billi tinvoka waħda mir-raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent jew nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew waħda mir-raġunijiet għal posponiment previsti minn din id-direttiva. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2014/41 jipprevedi li, meta awtorità ta’ eżekuzzjoni tirċievi Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea li ma tkunx inħarġet minn awtorità emittenti, fis-sens tal-Artikolu 2(c) ta’ din id-direttiva, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni għandha tibgħat lura din id-deċiżjoni lill-Istat emittenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201208">8 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Staatsanwaltschaft Wien (Falsifikazzjoni ta’ ordnijiet ta’ trasferiment bankarju)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1002">EU:C:2020:1002</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-premessa 34 tal-imsemmija direttiva, il-miżuri ta’ investigazzjoni previsti minn Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea huma ta’ natura provviżorja. L-eżekuzzjoni tagħhom għandha biss l-għan li jinkisbu provi u, jekk il-kundizzjonijiet neċessarji għal dan il-għan ikunu ssodisfatti, li tittrażmettihom lill-awtorità emittenti, imsemmija fl-Artikolu 2(ċ) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorità ta’ eżekuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(d) tal-imsemmija direttiva, li tipproċedi għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, ma tistax titqies li hija responsabbli sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>tagħti sentenza<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE. F’dan ir-rigward, huma esklużivament l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istat Membru emittenti li għandhom jiddeċiedu b’mod definittiv fuq dawn il-provi fil-kuntest tal-proċedura kriminali miftuħa fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta jaġixxi bħala awtorità ta’ eżekuzzjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 2014/41, uffiċċju ta’ prosekutur Taljan, bħall-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento, ma jaġixxix fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punt 37 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-fatt evokat mill-korp tar-rinviju kif ukoll mill-Gvern Taljan fl-osservazzjonijiet u r-risposti tiegħu sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, li d-Digriet Leġiżlattiv Nru 108/17 ma ppreveda ebda stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur li ma jirrikonoxxix Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali fatt li, barra minn hekk, huwa limitat biss għall-ipoteżi tan-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea ma huwiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk uffiċċju ta’ prosekutur Taljan, bħall-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento, jeżerċitax attività ġudizzjarja, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, meta jintalab jadotta deċiżjoni intiża għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ tali Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea. Dan il-fatt ma jaffettwax il-konstatazzjoni, li tinsab fil-punti 41 u 42 ta’ din is-sentenza, li l-miżuri investigattivi previsti minn Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea huma ta’ natura provviżorja u għalhekk id-deċiżjonijiet intiżi għar-rikonoxximent u għall-eżekuzzjoni ta’ tali Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea ma humiex simili għal deċiżjonijiet ta’ natura ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat li t-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ Trento hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem l-organu tar-rinviju, huwa dan l-organu li jiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi li:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mill-Procura della Repubblica di Trento (l-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Repubblika ta’ Trento, l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20200115">15 ta’ Jannar 2020</DATE>, hija inammissibbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>