2.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/213

tas-26 ta’ Jannar 2023

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem irreġistrat fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti “Pa de Pagès Català” (IĠP)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 53(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Spanja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Pa de Pagès Català”, irreġistrata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2013 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhix minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba biex issir emenda f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar l-isem “Pa de Pagès Català” (IĠP), hija b’dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2023.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 140/2013 tat-18 ta’ Frar 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini u tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti [Pa de Pagès Català (IĠP)] (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 18).

(3)   ĠU C 307, 12.8.2022, p. 17.