<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑629/15 P</NO.CASE><NO.CASE>C‑630/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0629</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:1003">EU:C:2016:1003</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>mtapcjeKONKLUŻJONIJIET BOBEK – KAWŻI MAGĦQUDA C‑629/15 P U C‑630/15 P</P><P>NOVARTIS EUROPHARM vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawżi magħquda C-629/15 P u C-630/15 P</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Novartis Europharm Ltd</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>(Appell</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni globali għat-tqegħid fis-suq</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjoni terapewtika ġdida</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data)</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Novartis (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>appellanti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) iżżomm l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għal żewġ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem: Zometa u Aclasta. It-tnejn huma bbażati fuq iż-zoledronic acid. Din is-sustanza attiva kienet żviluppata l-ewwel darba għal indikazzjonijiet tal-onkoloġija. Il-prodott mediċinali naxxenti, Zometa, ingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fl-2001. L-appellanti żviluppat din is-sustanza attiva wkoll għal indikazzjonijiet li ma humiex tal-onkoloġija u kisbet awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali naxxenti, Aclasta, fl-2005. Aclasta jiddistingwi ruħu minn Zometa fir-rigward tal-qawwa u tal-indikazzjonijiet terapewtiċi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fl-2011, Teva Pharma BV u Hospira UK Ltd (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>intervenjenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) applikaw għal awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għal kopji ġeneriċi ta’ Aclasta. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ingħataw fl-2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni ta’ din il-kawża hija dwar jekk id-differenza fl-indikazzjonijiet terapewtiċi bejn Aclasta u Zometa teskludix l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, mogħtija lil Aclasta, mill-portata tal-awtorizzazzjoni globali għat-tqegħid fis-suq (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>AGTS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) kif stabbilita fid-Direttiva 2001/83/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).</P></NOTE>. Tali esklużjoni tispiċċa tagħti lid-data relatata ma’ Aclasta perijodu ta’ protezzjoni regolatorja indipendenti. Dan, min-naħa tiegħu, jispiċċa jipprevjeni l-intervenjenti milli jużaw din id-data sabiex jiksbu awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-kopji ġeneriċi ta’ Aclasta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-proċess li fil-kuntest tiegħu tingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fi ħdan l-Unjoni Ewropea huwa rregolat mid-Direttiva 2001/83, kif emendata, partikolarment, bid-Direttiva 2004/27/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li temenda d-Direttiva 2001/83 dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 jiddikjara li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-ebda prodott mediċinali ma jista’ jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru jekk ma tkunx inħarġet awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond din id-Direttiva jew jekk ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 jipprevedi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Meta prodott mediċinali jkun ingħata awtorizzazzjoni inizjali għall-marketing [tqegħid fis-suq] skond l-ewwel sub-paragrafu, kull saħħiet [qawwiet] addizzjonali, formoli farmaċewtiċi, rotot amministrattivi, prezentazzjonijiet, kif ukoll varjazzjonijiet u estensjonijiet għandhom ukoll jingħataw awtorizzazzjoni skond l-ewwel sub-paragrafu jew jiġu inklużi fl-awtorizzazzjoni inizjali għall-marketing. Dawn l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-marketing għandhom jitqiesu bħala li jappartjenu għall-istess awtorizzazzjoni globali għall-marketing, b’mod partikolari għall-fini ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 10(1)<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, f’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2309/93<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93, tat-<DATE ISO="19930722">22 ta’ Lulju 1993</DATE>, li jistipula proċeduri tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta’ Prodotti Mediċinali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 151).</P></NOTE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[l]-ebda prodott mediċinali msemmi f’parti A ta’ l-Anness ma jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità sakemm awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ma tkunx ġiet mogħtija mill-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-applikant għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq irid, bħala regola ġenerali, juri l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodott mediċinali billi jissottometti r-riżultati tat-testijiet farmaċewtiċi u tal-provi prekliniċi u kliniċi. F’dan is-sens, l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/83 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[l]-applikazzjoni għandu jkollha magħha id-dettalji u d-dokumenti li ġejjin […] : […] (i) Ir-riżultati ta’: testijiet farmaċewtiċi (fiżiko-kimiċi, bijoloġiċi jew mikrobijoloġiċi), testijiet pre-kliniċi (tossikoloġiċi u farmakoloġiċi), provi kliniċi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83 jiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[b]’deroga mill-Artikolu 8(3)(i), u mingħajr preġudizzju għal-liġi li tirrelata mal-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali, l-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jipprovdi r-riżultati ta’ testijiet pre-kliniċi u ta’ provi kliniċi jekk huwa jkun jista’ juri li l-prodott mediċinali huwa ġeneriku tal-prodott mediċinali ta’ referenza li huwa jew li kien awtorizzat skond l-Artikolu 6 għal mhux anqas minn 8 snin fi Stat Membru jew fil-Komunità.</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P>Prodott ġeneriku mediċinali awtorizzat skond din id-disposizzjoni ma għandux jitqiegħed fis-suq sakemm ma jkunux għaddew għaxar snin mill-awtorizzazzjoni inizjali tal-prodott ta’ referenza.</P><P>[...]</P><P>Il-perjodu ta’ għaxar snin imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi mtawwal għal massimu ta’ ħdax‑il sena jekk, matul l-ewwel tmien snin ta’ dawk l-għaxar snin, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-marketing [tqegħid fis-suq] jikseb awtorizzazzjoni għal indikazzjoni waħda jew aktar terapewtika ġdida li, matul il-valutazzjoni xjentifika qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom, ikunu kunsidrati li jkunu ta’ benefiċċju sinifikanti kliniku meta mqabbla ma’ terapiji eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 2309/93, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[p]rodotti mediċinali li ġew awtorizzati mill-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jibbenefikaw mill-perjodu ta’ 10 snin ta’ protezzjoni msemmi f’punt 8 tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 65/65/KEE<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-<DATE ISO="19650126">26 ta’ Jannar 1965</DATE>, dwar l-approssimazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mediċinali proprjetarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="065" PAGE.FIRST="369" DATE.PUB="1965">ĠU 1965, L 65, p. 369</REF.DOC.OJ>). Din id-direttiva hija l-predeċessur legali tad-Direttiva 2001/83 u tħassret fis-<DATE ISO="20011217">17 ta’ Diċembru 2001</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).</P></NOTE>: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali, prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li kienu awtorizzati skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jibbenefikaw minn perjodu ta’ tmien snin għall-protezzjoni tad-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>data<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> u minn perjodu ta’ għaxar snin għall-protezzjoni tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>marketing<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> [tqegħid fis-suq], dan l-aħħar perjodu jista’ jkun estiż għal ħdax‑il sena jekk, matul l-ewwel tmien snin ta’ dawk l-għaxar snin, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>marketing<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> jikseb awtorizzazzjoni għall-indikazzjoni jew indikazzjonijiet terapewtiċi ġodda li, matul il-valutazzjoni xjentifika qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom, jiġu meqjusa li ser iġibu benefiċċju kliniku sinifikanti meta mqabbla ma’ terapiji eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 89 tar-Regolament Nru 726/2004, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[i]l-perjodi ta’ protezzjoni previsti [b’mod partikolari fl-Artikolu 14(11)] ma għandhomx japplikaw għall-prodotti mediċinali ta’ referenza li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni qabel [l-<DATE ISO="20051120">20 ta’ Novembru 2005</DATE>]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1085/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2003, tat-<DATE ISO="20030603">3 ta’ Ġunju 2003</DATE>, rigward l-eżaminazzjoni tal-varjazzjonijiet għat-termini għal awtorizzazzjoni tal-marketing [tqegħid fis-suq] għal prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u għal prodotti mediċinali veterinarji li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 231).</P></NOTE> kien jistipula, f’dak iż-żmien, il-proċedura għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal varjazzjonijiet fit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont ir-Regolament Nru 2309/93. L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament kien jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>varjazzjoni lit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>emenda lill-kontenut ta[’] dokumenti msemmija [<HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 2309/93], kif eżistew fil-mument meta ġiet addottata d-deċiżjoni rigward l-awtorizzazzjoni tal-marketing [tqegħid fis-suq] […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[V]arjazzjoni minuri<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tat-tip IA jew tat-tip IB kienet iddefinita bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>varjazzjoni elenkata fl-Anness I li tissoddisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fih<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Finalment, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>varjazzjoni maġġuri<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tat-tip II kienet iddefinita bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>varjazzjoni li ma tistax titqies li hija varjazzjoni minuri jew estensjoni ta’ l-awtorizzazzjoni tal-marketing<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1085/2003 kien jipprevedi proċedura ta’ approvazzjoni għal varjazzjonijiet maġġuri tat-tip II u għamilha possibbli li l-perijodu għal dik il-proċedura jiġi estiż għal varjazzjonijiet li jikkonċernaw bidliet jew żidiet għall-indikazzjonijiet terapewtiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Zometa huwa prodott mediċinali bbażat fuq iż-zoledronic acid. Dan kien żviluppat mill-appellanti għal indikazzjonijiet tal-onkoloġija għal pazjenti b’patoloġiji malizzjużi tal-għadam u għat-trattament tal-iperkalċemija indotta minn tumuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Aclasta huwa r-riżultat tal-iżvilupp, min-naħa tal-appellanti, taż-zoledronic acid għal indikazzjonijiet mhux onkoloġiċi, b’mod iktar speċifiku, sabiex jiġu ttrattati każijiet speċifiċi tal-osteoporożi u tal-marda ta’ Paget.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Zometa u Aclasta kienu t-tnejn awtorizzati permezz tal-proċedura ċentralizzata skont ir-Regolament Nru 2309/93. Il-Kummissjoni tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Zometa fl-<DATE ISO="20010320">20 ta’ Marzu 2001</DATE>. Taħt ir-regoli applikabbli, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skattat perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data ta’ 10 snin li beda fl-<DATE ISO="20010320">20 ta’ Marzu 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Aclasta fil-<DATE ISO="20050415">15 ta’ April 2005</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20110525">25 ta’ Mejju 2011</DATE> u fit-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE> rispettivament, l-intervenjenti ppreżentaw applikazzjonijiet sabiex jiksbu awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għal żewġ prodotti mediċinali: Zoledronic acid Teva Pharma – zoledronic acid (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Zoledronic acid Teva Pharma<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) u Zoledronic acid Hospira – zoledronic acid (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Zoledronic acid Hospira<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Zoledronic acid Teva Pharma huwa kopja ġenerika ta’ Aclasta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ Zoledronic acid Hospira kienet komposta minn erba’ preżentazzjonijiet differenti ta’ dan il-prodott mediċinali. Waħda minn dawn hija kopja ġenerika ta’ Aclasta u hija rilevanti għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tat l-awtorizzazzjonijiet għal Zoledronic acid Teva Pharma u Zoledronic acid Hospira permezz ta’ żewġ deċiżjonijiet adottati fis-<DATE ISO="20120816">16 ta’ Awwissu 2012</DATE> u fid-<DATE ISO="20121119">19 ta’ Novembru 2012</DATE> rispettivament (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>deċiżjonijiet tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 5894 finali; u C(2012) 8605 finali.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali u l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-appellanti ppreżentat żewġ rikorsi quddiem il-Qorti Ġenerali għall-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>F’kull wieħed minnhom hija ppreżentat motiv wieħed, fejn allegat ksur tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83 u tal-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 2309/93, moqrija flimkien mal-Artikolu 14(11) u mal-Artikolu 89 tar-Regolament Nru 726/2004. Hija sostniet li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kisru d-drittijiet tagħha għall-protezzjoni tad-data billi Aclasta jibbenefika minn perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data ta’ għaxar snin, indipendentement mill-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data għal Zometa. Għaldaqstant, skontha, Aclasta ma kellux jintuża bħala prodott mediċinali ta’ referenza fil-proċess tal-awtorizzazzjoni ta’ prodotti ġeneriċi qabel il-<DATE ISO="20150415">15 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni (u l-intervenjenti) sostnew li Aclasta huwa inkluż fl-AGTS mogħtija għal Zometa f’Marzu 2001. Dan ifisser li Aclasta ma jibbenefikax minn perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data indipendenti. Hija sostniet li l-perijodu ta’ protezzjoni tad-data applikabbli għal Zometa u Aclasta skada f’Marzu 2011 u li għalhekk il-Kummissjoni kienet korretta li tadotta d-deċiżjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ rikorsi (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>is-sentenzi appellati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑472/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:637">EU:T:2015:637</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑67/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:636">EU:T:2015:636</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija kkonkludiet li Aclasta jikkostitwixxi qawwa addizzjonali, u varjazzjoni li tikkonsisti f’indikazzjonijiet terapewtiċi ġodda meta mqabbel ma’ Zometa, u għalhekk irid ikun inkluż fl-AGTS għal Zometa. Għalhekk, il-Kummissjoni kienet intitolata tippermetti r-riferimenti tal-intervenjenti għad-data fil-fajls li jirrelataw mal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ Zometa u Aclasta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑472/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:637">EU:T:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑67/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:636">EU:T:2015:636</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-appellanti ppreżentat appelli mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn ippreżentat żewġ aggravji. L-ewwel wieħed huwa li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 6(1) tad‑Direttiva 2001/83. It-tieni wieħed huwa li l-Qorti Ġenerali naqset milli tipprovdi motivazzjoni adegwata fis-sentenzi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-appelli huma maqsumin f’sitt taqsimiet relatati kważi esklużivament mal-ewwel aggravju. L-ewwel nett, l-appellanti tallega li l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 ma huwiex biss l-implementazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u għandu jiġi interpretat b’mod differenti mill-interpretazzjoni mħaddna mill-Qorti Ġenerali. It-tieni nett, hija ssostni li huwa irrilevanti jekk Aclasta setax jiġi awtorizzat bħala varjazzjoni ta’ Zometa minflok permezz ta’ awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq. It-tielet nett, l-appellanti ma setgħetx tiddeċiedi jekk tapplikax għal awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq għal Aclasta jew jekk titlobx l-inklużjoni tal-indikazzjoni terapewtika ġdida fl-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq għal Zometa, u hija ma kinitx qiegħda tfittex li taħrab jew timmanipula l-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data applikabbli. Ir-raba’ nett, l-interpretazzjoni tal-appellanti tad-dispożizzjonijiet applikabbli ma twassalx għal estensjoni indefinita tal-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data. Il-ħames nett, l-appellanti kkummentat dwar l-interazzjoni bejn id-Direttiva 2001/83 u r-Regolament Nru 2309/03 (issa r-Regolament Nru 726/2004). Fl-aħħar nett, hija għamlet riferiment għall-għan segwit mil-leġiżlazzjoni rilevanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’konformità mat-talba mressqa mill-Qorti tal-Ġustizzja, dawn il-konklużjonijiet jiffokaw fuq il-kunċett ta’ awtorizzazzjoni globali għat-tqegħid fis-suq (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>AGTS<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) u l-implikazzjonijiet tagħha f’din il-kawża. Ser nipproċedi kif ġej: l-ewwel nett ser nispjega r-rilevanza tal-AGTS għad-determinazzjoni tal-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data (A). It-tieni nett ser nagħmel distinzjoni bejn l-elementi kostituttivi ta’ AGTS (B) u l-elementi varjabbli ta’ AGTS (C). Tal-ewwel huma stabbiliti fl-istess AGTS, tal-aħħar jistgħu jinbidlu. It-tielet nett ser nindirizza fil-qosor l-argumenti mqajma mill-appellanti f’din il-kawża (D).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-relazzjoni bejn l-awtorizzazzjoni globali għat-tqegħid fis-suq u l-perijodu ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ protezzjoni regolatorja tad-data</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-erba’ prodotti mediċinali li huma kkonċernati f’din il-kawża ġew awtorizzati permezz tal-proċedura ċentralizzata, prevista inizjalment fir-Regolament Nru 2309/93 u sussegwentement fir-Regolament Nru 726/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat li l-kunċett ta’ AGTS japplika għal prodotti awtorizzati nazzjonalment taħt id-Direttiva 2001/83, bl-istess mod bħall-prodotti awtorizzati fil-proċedura ċentralizzata taħt ir-Regolament Nru 726/2004 u, preċedentement, ir-Regolament Nru 2309/93.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83, l-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq kif ukoll dawk li għandhom x’jaqsmu mal-iżviluppi tal-prodott mediċinali inizjali għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jappartjenu għall-istess AGTS, <HT TYPE="ITALIC">partikolarment</HT> għall-iskop li tintuża l-proċedura mqassra ladarba jiskadi l-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data applikabbli, kif speċifikat fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83 u, f’din il-kawża, fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 2309/93.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-rabta stabbilita fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 bejn il-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data u l-AGTS, dan il-kunċett tal-aħħar huwa strumentali fid-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom applikanti fil-proċedura mqassra jistgħu jużaw id-data li tkun tinsab fil-fajl tal-prodott mediċinali ta’ referenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Skont l-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 2001/83, prodott mediċinali ta’ referenza huwa ddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>prodott mediċinali awtorizzat taħt l-Artikolu 6, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 isegwi li perijodu <HT TYPE="ITALIC">wieħed biss</HT> ta’ protezzjoni regolatorja tad-data huwa assoċjat mal-AGTS. Dan il-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data japplika għad-data relatata mal-prodott mediċinali inizjali kif ukoll mad-data sottomessa fir-rigward ta’ żviluppi bbażati fuqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 jelenka l-iżviluppi tal-prodott mediċinali inizjali li jikkostitwixxu l-elementi varjabbli li, jekk żviluppati, jispiċċaw jaqgħu taħt il-kunċett ta’ AGTS. Dawn l-elementi varjabbli huma: qawwiet addizzjonali, formoli farmaċewtiċi, rotot amministrattivi, preżentazzjonijiet, u kwalunkwe varjazzjoni u estensjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>B’kuntrast, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 ma jispeċifikax l-elementi kostituttivi li permezz tagħhom tista’ tiġi identifikata AGTS, u li bihom tista’ ssir distinzjoni bejn AGTS speċifika u AGTS oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Issa ser neżamina dawn l-elementi kostituttivi (B) qabel ngħaddi għall-elementi varjabbli tal-AGTS (C).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-elementi kostituttivi ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ awtorizzazzjoni globali għat-tqegħid fis-suq</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Sabiex jiġu identifikati l-elementi kostituttivi ta’ AGTS, huwa neċessarju li wieħed iħares lil hinn mill-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 li, meta meħud inkunsiderazzjoni waħdu, ma tantx joffri gwida f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-ħruġ ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq huwa marbut, b’mod pjuttost loġiku, ma’ applikant partikolari li, meta tingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, isir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>marketing<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> [tqegħid fis-suq]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jidderivaw mill-formulazzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 10(1)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Il-perjodu ta’ għaxar snin imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi mtawwal għal massimu ta’ ħdax‑il sena jekk, matul l-ewwel tmin snin ta’ dawk l-għaxar snin, <HT TYPE="ITALIC">id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-marketing</HT> [<HT TYPE="ITALIC">tqegħid fis-suq</HT>] jikseb awtorizzazzjoni għal indikazzjoni waħda jew aktar terapewtika ġdida [...]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> tad-Direttiva 2001/83, li jindika li l-protezzjoni regolatorja tad-data tingħata fir-rigward tad-data żviluppata u sottomessa minn <HT TYPE="ITALIC">detentur</HT> tal-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata wkoll mill-Avviż għall-Applikanti tal-Kummissjoni (dokument ta’ spjegazzjoni għall-applikanti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Il-Kummissjoni Ewropea, Avviż għall-Applikanti, Volum 2A: Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, Kapitolu 1: Awtoritazzjoni għal tqegħid fis-suq, Lulju 2015, Taqsima 2.3, p. 9.</P></NOTE>. Għalkemm dan l-avviż ċertament ma huwiex legalment vinkolanti, dan jaf joffri gwida utli, kif issuġġerit mill-Avukat Ġenerali Wahl fil-kawża li wasslet għas-sentenza Olainfarm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑104/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:342">EU:C:2014:342</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Dan l-avviż jiddikjara li l-kunċett ta’ AGTS jinkludi l-awtorizzazzjoni inizjali u l-iżviluppi, imsemmija iktar ’il fuq, tal-prodott mediċinali inizjali, mogħtija lid-<HT TYPE="ITALIC">detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq</HT> ta’ din l-awtorizzazzjoni inizjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalhekk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>marketing<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> [tqegħid fis-suq]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> huwa l-ewwel element kostituttiv tal-AGTS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-iktar l-element importanti ta’ prodott mediċinali huwa s-sustanza attiva tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara d-definizzjoni tal-kunċetti ta’ prodott mediċinali u sustanza attiva fil-punti 2 u 3(a) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/83. Prodott mediċinali huwa ddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[k]ull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi prezentati bħala li għandhom proprjetajiet għat-trattament jew il-prevenzjoni ta’ mard fil-bniedem; jew (b) Kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi li jistgħu jintużaw fil- jew jiġu amministrati lill-bniedem, jew bil-ħsieb li jiġu restawrati, korretti jew modifikati funzjonijiet fiżjoloġiċi bl-eżerċitar ta’ azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika, jew biex isir dijanjosi mediku<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Sustanza attiva hija ddefinita fil-punt 3(a) tal-Artikolu 1 tal-istess direttiva bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[k]walunkwe sustanza jew taħlita ta’ sustanzi maħsuba biex jintużaw fil-manifattura ta’ prodott mediċinali u li, meta użata fil-produzzjoni tagħha, issir ingredjent attiv ta’ dak il-prodott maħsub biex jeżerċita azzjoni farmakoloġika, immunoloġika jew metabolika fir-rigward tar-restawr, tal-korrezzjoni u l-modifika tal-karatteristiċi fiżjoloġiċi jew biex issir dijanjosi medika<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</P></NOTE>. Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija għal prodott mediċinali li huwa bbażat fuq sustanza attiva differenti mill-prodott mediċinali inizjali bilkemm tista’ titqies bħala żvilupp meta wieħed jikkunsidra t-termini tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83. Addizzjonalment, jekk differenza fis-sustanza attiva ma twassalx għal AGTS differenti, ikun diffiċli li wieħed jipperċepixxi x’tip ta’ innovazzjoni tista’ tipprovdi lill-applikant perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-konklużjoni li s-sustanza attiva (jew kombinazzjoni ta’ sustanzi attivi) hija element kostituttiv tal-AGTS hija kkonfermata wkoll fl-Avviż għall-Applikanti tal-Kummissjoni: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Jekk il-prodott mediċinali li qiegħed jiġi evalwat ikun fih <HT TYPE="ITALIC">modifika ta’ sustanza attiva eżistenti</HT>, għandu jiġi kkjarifikat [...] jekk il-prodott fihx sustanza attiva ġdida jew le. Din il-kjarifika għandha impatt fuq l-eżistenza, jew in-nuqqas tagħha, ta’ awtorizzazzjoni globali għat-tqegħid fis-suq jekk il-prodotti mediċinali jappartjenu għall-istess detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Avviż għall-Applikanti, Volum 2A: Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, Kapitolu 1: Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, Lulju 2015, punt 2.3, p. 9. Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-eżempji pprovduti mill-Kummissjoni dwar bidliet għall-prodott mediċinali inizjali li <HT TYPE="ITALIC">ma jaqgħux</HT> fi ħdan l-istess AGTS kollha jikkonċernaw xenarji li fihom ikun hemm bidla għas-sustanza attiva (jew kombinazzjoni ta’ sustanzi attivi) fil-prodotti mediċinali inizjali. Dan huwa l-każ, l-ewwel nett, għal prodotti b’kombinazzjoni fissa f’konformità mal-Artikolu 10b tad-Direttiva 2001/83<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Fil-każ ta’ prodotti mediċinali li jkun fihom sustanzi attivi wżati fil-komposizzjoni ta’ prodotti mediċinali awtorizzati iżda li sa issa ma jkunux użati f’kombinazzjoni għal għanijiet terapewtiċi, ir-riżultati tat-testijiet pre-kliniċi l-ġodda jew tal-provi kliniċi l-ġodda li jirrelataw ma’ dik il-kombinazzjoni għandhom ikunu provduti skond l-Artikolu 8(3)(i), iżda ma għandux ikun meħtieġ li jiġu provduti referenzi xjentifiċi li jirrelataw ma’ kull sustanza attiva individwali.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</P></QUOT.S></NOTE>; it-tieni nett, għas-separazzjoni tas-sustanza minn kombinazzjoni preċedenti ta’ sustanzi attivi jew, it-tielet nett, għal modifika ta’ sustanza attiva eżistenti li tammonta għal sustanza attiva ġdida<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Avviż għall-Applikanti, Volum 2A: Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, Kapitolu 1: Awtoritazzjoni għal tqegħid fis-suq, Lulju 2015, Taqsima 2.3, p. 9 sa 10.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk isegwi li l-kunċett ta’ AGTS huwa bbażat fuq l-identità tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u tas-sustanza/i attiva/i<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara wkoll M. I. Manley u M. Vickers, <HT TYPE="ITALIC">Navigating European Pharmaceutical Law</HT>, Oxford, Oxford University Press 2015, p. 264, punt 8.33.</P></NOTE>. Jekk jinbidlu d-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew is-sustanza attiva, l-istess AGTS ma tibqax tapplika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-elementi varjabbli koperti mill-istess awtorizzazzjoni globali għat-tqegħid fis-suq</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat li d-differenza bejn Aclasta u Zometa tinsab fil-<HT TYPE="ITALIC">qawwiet</HT> u fl-<HT TYPE="ITALIC">indikazzjonijiet terapewtiċi</HT> differenti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ma huwiex ikkontestat li l-modifika fil-<HT TYPE="ITALIC">qawwa</HT> ma eskludietx l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija għal Aclasta mill-portata tal-AGTS ikkonċernata. Varjazzjonijiet fil-qawwa huma koperti mill-istess AGTS.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni ċentrali ta’ din il-kawża hija dwar jekk id-differenza fl-<HT TYPE="ITALIC">indikazzjoni terapewtika</HT> tirriżultax f’tali esklużjoni. Fi kliem ieħor, id‑domanda hija dwar jekk indikazzjoni terapewtika hijiex element kostituttiv tal-AGTS (f’liema każ tiskatta perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data ġdid) jew jekk din tikkostitwixxix element varjabbli fi ħdan l-istess AGTS. Fil-każ tal-aħħar, l-indikazzjoni terapewtika tispiċċa tkun ekwiparata mal-iżviluppi elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 u ma tiskattax perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Madankollu, la din u lanqas kwalunkwe dispożizzjoni oħra tad-Direttiva ma tirreferi espliċitament għal relazzjoni bejn il-kunċett ta’ <HT TYPE="ITALIC">indikazzjoni terapewtika</HT> u l-AGTS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Peress li t-test ma jsemmi xejn dwar dik il-kwistjoni, ser nikkunsidra din ir-relazzjoni billi neżamina dispożizzjonijiet relatati materjalment li jinsabu f’partijiet oħrajn ta’ leġiżlazzjoni rilevanti dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1). Imbagħad ser ngħaddi għall-kuntest leġiżlattiv transsettorjali usa’, fejn ser nagħmel kuntrast bejn id-dispożizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u sistemi settorjali oħrajn li jipprevedu perijodu ta’ protezzjoni tad-data (2), qabel neżamina l-għan u l-iskop globali segwiti mid-Direttiva 2001/83 (3).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argument intrasettorjali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2001/83 ma tipprovdix definizzjoni ta’ indikazzjoni terapewtika. Madankollu, hija lanqas ma tiddefinixxi wieħed mill-iżviluppi, imsemmija iktar ’il fuq, tal-prodott mediċinali inizjali, bl-eċċezzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>qawwa<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>L-Artikolu 1(22) tad-Direttiva 2001/83: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Il-kontenut ta’ sustanzi attivi espress kwantitattivament għal kull unità ta’ dożaġġ, kull unità ta’ volum jew piż skond il-forma tad-dożaġġ<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</P></NOTE>. Żviluppi oħrajn elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/81 huma l-formoli farmaċewtiċi, ir-rotot amministrattivi u preżentazzjoni, varjazzjonijiet u estensjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>varjazzjoni jew estensjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, elenkati f’din il-lista, jimmeritaw attenzjoni partikolari f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 3 u mill-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1085/2003 kien isegwi li l-addizzjoni ta’ indikazzjoni terapewtika ġdida kienet ekwivalenti għal <HT TYPE="ITALIC">varjazzjoni</HT> tat-tip II fit-termini tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Mill-qari flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 u tal-Artikoli 3 u 6 tar-Regolament Nru 1085/2003 jirriżulta li indikazzjoni terapewtika ġdida hija eżempju ta’ <HT TYPE="ITALIC">varjazzjoni</HT>. Għaldaqstant, din għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mill-AGTS assoċjata mal-prodott mediċinali inizjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-paragun u l-kuntest transsettorjali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>B’kuntrarju għal leġiżlazzjoni oħra tal-UE, id-Direttiva 2001/83 ma torbotx il-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data applikabbli mal-istudji rispettivi li maż-żmien il-produttur tal-prodott mediċinali inizjali jista’ jżid fil-fajl. Dan il-fajl jista’ jkun fih mhux biss id-dokumentazzjoni relatata mal-prodott mediċinali inizjali iżda wkoll dokumentazzjoni sussegwenti li tikkonċerna żviluppi differenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>REACH<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006 L 396, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, pereżempju, jistabbilixxi rabta bejn il-perijodu ta’ protezzjoni tad-data u l-istudji rispettivi li jkunu s-suġġett ta’ din il-protezzjoni. L-Artikolu 25(3) tar-REACH, li jaqa’ taħt it-Titolu III dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Il-kondiviżjoni ta’ data u l-evitar ta’ ttestjar bla bżonn<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>[k]walunkwe sommarju ta’ studju jew sommarju robust ta’ studju preżentat fil-kuntest ta’ reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament mill-inqas 12‑il sena qabel jista’ jintuża għall-finijiet tar-reġistrazzjoni minn manifattur jew importatur ieħor<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, dwar l-eżenzjoni mill-obbligu li jiġu pprovduti studji, jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>[l]-applikanti għandhom jiġu eżentati milli jfornu r-rapporti ta’ ttestjar u ta’ studju msemmija fl-Artikolu 33(3) fejn l-Istat Membru li saret applikazzjoni lilu għandu r-rapporti ta’ ttestjar u ta’ studju kkonċernati u l-applikanti juru li ngħataw aċċess skont l-Artikol[i] 59, 61 jew 62 jew li kwalunkwe perijodu ta’ protezzjoni tad-data skada<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. Dan ir-regolament jenfasizza wkoll il-protezzjoni li għandha tingħata lil studji speċifiċi, kif tixhed ulterjorement il-premessa 39 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>B’kuntrast, id-Direttiva 2001/83 tipprevedi firxa pjuttost wiesgħa ta’ possibbiltajiet fir-rigward tad-data li għaliha jista’ jsir riferiment fil-proċedura mqassra. L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83 espressament jorbot il-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data mal-kunċett ta’ AGTS, irrispettivament mill-fatt li dan il-kunċett ikopri żviluppi varji tal-prodott inizjali, fir-rigward ta’ liema data separata għandha tiġi pprovduta f’punti differenti matul iż-żmien. Għalhekk, il-punt tat-tluq tal-perijodu ta’ protezzjoni tad-data ta’ għaxar snin huwa ddeterminat billi tingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali inizjali. Ma hemmx regola dwar il-protezzjoni ta’ studji sussegwenti separati, kif irrikonoxxut fis-sentenza Generics<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>[...] fejn diġà ntwera li prodott mediċinali huwa essenzjalment simili għal prodott li kien awtorizzat għal mhux inqas minn sitta jew għaxar snin fil-Komunità u li huwa mqiegħed fis-suq fl-Istat Membru li għalih saret l-applikazzjoni, l-applikant ma huwiex meħtieġ [...] jipprovdi riżultati ta’ testijiet farmakoloġiċi u tossikoloġiċi jew ta’ provi kliniċi. F’tali sitwazzjoni, l-awtorità kompetenti għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tuża d-dokumentazzjoni farmakoloġika, tossikoloġika u klinika relatata mal-prodott mediċinali oriġinali. <HT TYPE="ITALIC">Din id-dokumentazzjoni tista</HT>’, <HT TYPE="ITALIC">inter alia, tkopri kemm l-indikazzjonijiet terapewtiċi tal-prodott oriġinali li kien awtorizzat għal mhux inqas minn sitta jew għaxar snin fil-Komunità kif ukoll indikazzjonijiet terapewtiċi iktar reċenti</HT><QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Enfasi miżjuda minni. Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981203">3 ta’ Diċembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Generics (UK) <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑368/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:583">EU:C:1998:583</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Il-paragun bejn dawn l-eżempji leġiżlattivi u d-Direttiva jixhed li jekk il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li jiddefinixxi l-protezzjoni regolatorja tad-data b’mod li kienet marbuta mal-istudji sottomessi mill-applikanti, dan seta’ jagħmel hekk espliċitament, kif kien il-każ f’sistemi regolatorji oħrajn. Madankollu, fil-kuntest tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, jidher li kienet ġiet ikkontemplata soluzzjoni differenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Għan u skop</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>It-tul tal-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data u l-possibbiltà li wieħed jirrikorri għall-proċedura mqassra għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jirriflettu bilanċ li l-leġiżlatur tal-Unjoni ddeċieda li joħloq bejn il-protezzjoni ta’ kumpanniji innovattivi u l-investiment tagħhom, l-interess ġenerali f’suq miftuħ, u x-xewqa li jkun evitat l-ittestjar bla bżonn fuq l-annimali u l-bnedmin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Il-premessa 9 tad-Direttiva 2001/83 tiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>jkun rakkomandabbli li jkunu stipulati b’mod aktar preċiż il-każijiet fejn ir-riżultati ta’ testijiet tossikoloġiċi u farmakoloġiċi jew provi kliniċi m’hemmx għalfejn ikunu provduti sabiex tkun miksuba l-awtorizzazzjoni għal prodott mediċinali li huwa essenzjalment l-istess bħal prodott awtorizzat, filwaqt li jkun żgurat li ditti innovattivi ma jitqiegħdux fi żvantaġġ<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>. Il-premessa 10 tiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>hemm raġunijiet ta’ politika pubblika biex ma jsirux testijiet ripetittivi fuq bnedmin jew annimali mingħajr xi raġuni li tisboq kull kawża oħra<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Ara wkoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031016">16 ta’ Ottubru 2003</DATE>, <NAME.CASE>AstraZeneca</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑223/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:546">EU:C:2003:546</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punti 42 u 43).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-għan li jinstab dan il-bilanċ jirriżulta mill-istorja leġiżlattiva tad-Direttiva 2004/27, li emendat u għamlet il-bidliet rilevanti (għal din il-kawża) għad-Direttiva 2001/83. Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni kien fiha kunċett tal-AGTS, għalkemm taħt isem differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>Il-qawwiet addizzjonali, formoli farmaċewtiċi, rotot amministrattivi, preżentazzjonijiet u kull varjazzjoni taħt l-Artikolu 35 għandhom ikunu awtorizzati taħt l-ewwel subparagrafu u għandhom jiġi kkunsidrati bħala parti mill-istess awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (COM(2001) 404 final, p. 91)).</P></NOTE>. Il-Parlament Ewropew issuġġerixxa t-tħassir tiegħu għaliex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>dan ineħħi wkoll il-possibbiltà li avvanzi innovattivi importanti fl-iżvilupp tal-prodotti mediċinali jkunu inkoraġġuti, irrikonoxxuti u protetti permezz tal-protezzjoni regolatorja tad-data<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Minflok, il-Parlament Ewropew issuġġerixxa li l-parti rilevanti taqra hekk: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Il-qawwiet addizzjonali, formoli farmaċewtiċi, rotot amministrattivi, preżentazzjonijiet u kull varjazzjoni taħt l-Artikolu 35 għandhom ikunu awtorizzati taħt l-ewwel subparagrafu<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-<DATE ISO="20021023">23 ta’ Ottubru 2002</DATE>, bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/.../KE li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem. P5_TC1-COD(2001)0253.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, din l-emenda ma kinitx aċċettata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (COM(2003) 163 final) u l-Pożizzjoni komuni (KE) Nru 61/2003 adottata mill-Kunsill fid-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE> bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Direttiva 2003/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-..., li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (2003/C 297 E/02).</P></NOTE>. Minflok, it-tiftixa għal dak li kien ikkunsidrat bħala premju ġust għall-kumpanniji innovattivi għall-investiment tagħhom irriżulta f’sena żejda ta’ protezzjoni tad-data li potenzjalment setgħet tkun miżjuda mal-perijodu ta’ protezzjoni inizjali, kif issa jidher fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83 u fl-Artikolu 14(11) tar-Regolament Nru 726/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet jindikaw li l-perijodu ta’ għaxar snin <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>għandu jiġi mtawwal għal massimu ta’ ħdax‑il sena jekk, matul l-ewwel tmien snin ta’ dawk l-għaxar snin, id-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni għall-marketing [tqegħid fis-suq] jikseb awtorizzazzjoni għal indikazzjoni waħda jew aktar terapewtika ġdida li, matul il-valutazzjoni xjentifika qabel l-awtorizzazzjoni tagħhom, ikunu kunsidrati li jkunu ta’ benefiċċju sinifikanti kliniku meta mqabbla ma’ terapiji eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni tindika li din l-emenda kienet tressqet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>sabiex issir promozzjoni tar-riċerka fuq indikazzjonijiet terapewtiċi ġodda b’benefiċċju kliniku sinjifikattiv u sabiex isir titjib għall-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tal-pazjent<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni qieset li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>neċessarju li jinżamm bilanċ xieraq bejn tali innovazzjonijiet u l-bżonn li tkun iffaċilitata l-produzzjoni ta’ mediċini ġeneriċi<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (COM (2001) 404 final, p. 81).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Kif indikat il-Kummissjoni fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, is-sena addizzjonali ta’ protezzjoni tikkostitwixxi, f’għajnejn il-leġiżlatur, il-bonus xieraq li huwa mogħti sabiex jiġi ppremjat l-investiment f’indikazzjonijiet terapewtiċi ġodda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara wkoll is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Pharmaceuticals</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑106/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:245">EU:C:2004:245</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) fejn il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li l-protezzjoni regolatorja tad-data ma hijiex neċessarjament korrelatata mal-ispejjeż li daħal għalihom il-produttur sabiex jiżviluppa ċertu prodott mediċinali.</P></NOTE>. Kif turi l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, din is-sena żejda, madankollu, ma hijiex mogħtija għal kull indikazzjoni terapewtika ġdida, iżda lil dawk l-indikazzjonijiet terapewtiċi biss li, minbarra li ġew żviluppati matul l-ewwel tmien snin, jissodisfaw il-kundizzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>li jkunu ta’ benefiċċju sinifikanti kliniku meta mqabbla ma’ terapiji eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Loġika simili hija applikata wkoll fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2001/83<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Kif emendata bid-Direttiva 2004/27 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262).</P></NOTE>, li jipprovdi perijodu mhux kumulattiv ta’ sena ta’ esklużività tad-data, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>[b]’żieda mad-disposizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, fejn issir applikazzjoni għal indikazzjoni ġdida għal sustanza ben stabbilita, [...], kemm‑il darba studji pre-kliniċi u kliniċi kienu twettqu b’relazzjoni ma’ l-indikazzjoni l-ġdida<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jekk l-awtorizzazzjoni ta’ indikazzjoni terapewtika ġdida tiskatta perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data ġdid, dan jispiċċa, fil-fehma tiegħi, imur kontra l-għan deskritt iktar ’il fuq u segwit mill-eżistenza stess tal-proċedura mqassra f’kombinazzjoni mal-limiti taż-żmien stabbiliti mil-leġiżlatur għall-protezzjoni tad-data. Minflok ma tibbenefika minn sena addizzjonali, indikazzjoni terapewtika ġdida tispiċċa ġġib magħha perijodu sħiħ ta’ għaxar snin għall-protezzjoni regolatorja tad-data, li jippermetti lid-detentur tal-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq sabiex ikompli jisfrutta d-data rispettiva u jipprevjeni lill-produtturi tal-prodotti ġeneriċi milli jirrikorru għall-proċedura mqassra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ ċertament jargumenta jekk sena ta’ protezzjoni addizzjonali tirrappreżentax bilanċ ġust jew le iżda, kif il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà nnotat fis-sentenza Generics<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981203">3 ta’ Diċembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Generics (UK) <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑368/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:583">EU:C:1998:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, din id-deċiżjoni għandha tittieħed primarjament mil-leġiżlatur. Fi kwalunkwe każ, tali evalwazzjoni ma hijiex is-suġġett ta’ dan l-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Dawn l-elementi mill-istorja leġiżlattiva u l-iżvilupp legali sussegwenti jikkonfermaw, fil-fehma tiegħi, il-pożizzjoni ġenerali li indikazzjoni terapewtika ġdida ma twassalx għal perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data ġdid. Din il-pożizzjoni tidher li tirrifletti żviluppi legali kontinwi inizjati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Generics<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara wkoll is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041209">9 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>APS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑36/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:781">EU:C:2004:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Pharmaceuticals</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑106/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:245">EU:C:2004:245</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, u mbagħad imħaddna mil-leġiżlatur tal-Unjoni fid-Direttiva 2004/27 u osservati wkoll mill-awtoritajiet nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, pereżempju, fil-kuntest Ġermaniż: Oberverwaltungsgericht Münster, ordni tas-<DATE ISO="20141127">27.11.2014</DATE>, il-każ Nru 13 B 950/14, li jistabbilixxi li awtorizzazzjonijiet oħrajn b’indikazzjonijiet terapewtiċi, b’qawwiet u b’dożi differenti għandhom jitqiesu bħala estensjonijiet u, għaldaqstant, għandhom ikunu ttrattati taħt il-prinċipju tal-AGTS għall-iskopijiet tal-protezzjoni tad-dokument bħala parti mill-ewwel awtorizzazzjoni mogħtija għall-prodott oriġinali, jew ukoll Verwaltungsgericht Köln (qorti amministrattiva ta’ Köln, ordni tal-<DATE ISO="20160311">11.03.2016</DATE>, il-każ Nru 7 L 3011/15. Għal fehmiet simili fi studji legali, ara, pereżempju, Ambrosius, fi: Fuhrmann/Klein/Fleischfresser, <HT TYPE="ITALIC">Arzneimittelrecht</HT>, it-tieni edizzjoni, Nomos, 2014, Teil 2, § 6 fin-Nru 214 jew Kortland, fi: Kügel/Müller/Hofmann, <HT TYPE="ITALIC">Arzneimittelgesetz</HT>, it-tieni edizzjoni, Beck, 2016, § 24b fin-Nru 19.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, jiena tal-fehma li l-għoti tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal indikazzjoni terapewtika ġdida ta’ prodott mediċinali awtorizzat preċedentement huwa kopert mill-istess AGTS. Għalhekk, dan ma jiskattax perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data indipendenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-applikazzjoni tal-kunċett ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal din il-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>L-ebda wieħed miż-żewġ elementi kostituttivi tal-AGTS, jiġifieri l-identità tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u s-sustanza attiva, ma huwa inkwistjoni f’din il-kawża. Ma huwiex ikkontestat li l-appellanti hija d-detentriċi tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fir-rigward ta’ Zometa u Aclasta u li dawn iż-żewġ prodotti huma bbażati fuq l-istess sustanza attiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-unika differenza bejn Zometa u Aclasta tinsab fid-differenzi tal-qawwiet u tal-indikazzjonijiet terapewtiċi. Tal-aħħar, bħala tip ta’ varjazzjoni, u fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet iktar ’il fuq, ma tiskattax perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ewlenija ma tinbidilx bl-argumenti mressqa mill-appellanti, li issa ser ngħaddi għalihom b’mod konċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, kif issostni l-appellanti, huwa veru li Aclasta ma kienx awtorizzat bħala varjazzjoni taħt ir-Regolament Nru 1085/2003 iżda kien mogħti awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq. Għal din ir-raġuni, skont l-appellanti, dan għandu jingħata perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data indipendenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għalkemm Aclasta kien mogħti awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq u ma kienx awtorizzat bħala sempliċi bidla għall-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq, dan ma jaffettwax il-konklużjoni li indikazzjoni terapewtika tikkostitwixxi varjazzjoni <HT TYPE="ITALIC">per se</HT>; jiġifieri tip ta’ żvilupp fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tirreferi għal żviluppi awtorizzati <HT TYPE="ITALIC">kemm</HT> b’varjazzjoni tal-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq <HT TYPE="ITALIC">kif ukoll</HT> bl-għoti ta’ awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq. Kif il-Qorti Ġenerali nnotat korrettament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑472/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:637">EU:T:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑67/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:636">EU:T:2015:636</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-AGTS tista’ tinkludi numru ta’ awtorizzazzjonijiet separati għat-tqegħid fis-suq. Għalhekk, l-AGTS ma tipprevjenix żvilupp milli jiġi kkunsidrat bħala varjazzjoni fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83, anki jekk din il-varjazzjoni tkun ingħatat awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għal raġunijiet simili ma iniex konvint mill-argumenti tal-appellanti li jikkonċernaw l-assenza tal-kunċett ta’ indikazzjoni terapewtika fil-lista ta’ żviluppi prevista fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83. L-appellanti targumenta li din il-lista timplika tluq, min-naħa tal-leġiżlatur, mill-pożizzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Generics.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Generics il-Qorti tal-Ġustizzja ddefinixxiet il-kunċett ta’ prodott <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>essenzjalment simili<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> taħt il-leġiżlazzjoni preċedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Direttiva 65/65/KEE, tas-<DATE ISO="19650126">26 ta’ Jannar 1965</DATE>, dwar l-approssimazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mediċinali proprjetarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="369" DATE.PUB="1965">ĠU 1965, L 66, p. 369</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li l-identità ta’ indikazzjoni terapewtika ma hijiex kriterju li jrid ikun issodisfatt sabiex żewġ prodotti mediċinali jitqiesu bħala essenzjalment simili. Din id-definizzjoni wasslet sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li applikant fil-proċedura mqassra jista’ jirrikorri mhux biss għad-data pprovduta għall-prodott mediċinali inizjali iżda wkoll għal data iktar reċenti relatata ma’ indikazzjonijiet terapewtiċi, żviluppati sussegwentement, ta’ dan il-prodott inizjali. Data ssottomessa fir-rigward ta’ indikazzjonijiet terapewtiċi ġodda ma tiskattax perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ prodott <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>essenzjalment simili<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Generics kienet iktar tard imħaddna mid-Direttiva 2004/27 u tradotta għall-kunċett ta’ prodott mediċinali ġeneriku li issa huwa ddefinit fl-Artikolu 10(2)(b) tad-Direttiva 2001/83<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Kif irrikonoxxut fil-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li ghandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (COM(2001) 404 final, p. 81).</P></NOTE>. Il-fatt li, bħalissa, indikazzjoni terapewtika ma hijiex element tal-AGTS jikkonferma, fil-fehma tiegħi, il-kontinwità mas-sistema legali preċedenti kif żviluppata wkoll mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-pożizzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Generics, fis-sens li l-perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data ma huwiex affettwat minn indikazzjoni terapewtika ġdida hija sostnuta mill-klassifikazzjoni attwali ta’ indikazzjoni terapewtika bħala tip ta’ varjazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1234/2008<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008, tal-<DATE ISO="20081124">24 ta’ Novembru 2008</DATE>, li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 334, p. 7</REF.DOC.OJ>). Dan ir-regolament issostitwixxa r-Regolament Nru 1085/2003.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Il-punt 2(a) tal-Anness II ta’ dan ir-regolament jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>[v]arjazzjonijiet relatati maż-żieda ta’ indikazzjoni terapewtika ġdida jew mal‑modifikazzjoni ta’ waħda eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> għandhom jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>varjazzjonijiet maġġuri tat-tip II<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Għalhekk, li kieku l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni jeskludi l-indikazzjoni terapewtika mill-AGTS, huwa kien jagħmel dan espressament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-argument tal-appellanti li din il-konklużjoni hija ġġustifikata biss għal varjazzjoni awtorizzata bħala varjazzjoni għal awtorizzazzjoni eżistenti għat-tqegħid fis-suq, bil-kontra ta’ modifika awtorizzata permezz ta’ awtorizzazzjoni awtonoma għat-tqegħid fis-suq, ma huwiex konvinċenti. Kif il-Qorti Ġenerali nnotat ġustament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑472/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:637">EU:T:2015:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑67/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:636">EU:T:2015:636</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-formulazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2001/83 tagħmilha ċara li l-kunċett ta’ AGTS japplika irrispettivament mill-forma li fiha kienet implementata l-varjazzjoni speċifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Il-ħames nett, għall-istess raġunijiet ma iniex konvint bl-argumenti magħmula mill-appellanti fis-sens li kien <HT TYPE="ITALIC">irrilevanti</HT> li Aclasta seta’ kien awtorizzat ukoll bħala varjazzjoni għall-awtorizzazzjoni inizjali għat-tqegħid fis-suq minflok ma tinkiseb awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq. Dan għaliex, skont l-appellanti, il-proċedura tal-awtorizzazzjoni li fil-fatt intgħażlet hija dik li tgħodd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Kif spjegat iktar ’il fuq, il-kunċett ta’ AGTS ma jiddistingwixxix bejn l-iżviluppi rispettivi li kienu awtorizzati permezz ta’ bidla għall-awtorizzazzjoni eżistenti għat-tqegħid fis-suq jew permezz ta’ awtorizzazzjoni separata għat-tqegħid fis-suq. Il-proċedura segwita hija irrilevanti għaliex taħt iż-żewġ xenarji, bidla li tikkonsisti fl-iżvilupp ta’ indikazzjoni terapewtika ġdida taqa’ taħt l-AGTS tal-prodott inizjali. Għal-istess raġunijiet, huwa bl-istess mod irrilevanti jekk l-appellanti setgħetx tagħżel b’mod liberu bejn dawn iż-żewġ xenarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jien tal-fehma li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ AGTS.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, u bla ħsara għall-eżami tat-tieni aggravju, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ awtorizzazzjoni globali għat-tqegħid fis-suq skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad- Direttiva 2001/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>