12004V/AFI/DCL/46

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - B. Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi mal-Kostituzzjoni - Dikjarazzjonijiet ta' L-Istati Membri - 46.Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar id-definizzjoni tat-terminu ”ċittadini”

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0473 - 0473


46. Dikjarazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq dwar id-definizzjoni tat-terminu "ċittadini"

Fir-rigward tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa jew tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, jew ta' kwalunkwe att li jemana minn dawk it-Trattati jew li baqgħu fis-seħħ bis-saħħa ta' dawk it-Trattati, r-Renju Unit jerġa' jtenni d-Dikjarazzjoni li għamel fil- 31 ta' Diċembru 1982 dwar id-definizzjoni tat-terminu "ċittadini", li r-referenza għal "Ċittadini ta' Territorji Dipendenti Brittanniċi" għandha tinqara bħala li jfisser "Ċittadini ta' Territorji Brittanniċi extra-Ewropej".

--------------------------------------------------