Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija
Official Journal L 200 , 27/07/2012 P. 0025 - 0027
Protokoll li jemenda l-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA’ SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA, MALTA, IR-RENJU TAL-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TAL-ISVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ, minn hawn ’il quddiem, "l-Istati Membri", u IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem, "il-Komunità", rappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u IR-RENJU TAL-MAROKK, minn hawn ’il quddiem, "il-Marokk", min-naħa l-oħra, Wara li kkunsidraw l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità fl- 1 ta’ Jannar 2007, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija huma Partijiet għall-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-Servizzi tal-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit- 12 ta’ Diċembru 2006 (minn hawn ’il quddiem "il-Ftehim"); Artikolu 2 1. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda mal-Anness II tal-Ftehim (Ftehimiet bilaterali bejn il-Marokk u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea): (a) wara l-ewwel punt: - "— Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Renju tal-Marokk dwar it-Trasport bl-Ajru, iffirmat f’Rabat fl- 14 ta’ Ottubru 1966;"; (b) wara s-sittax-il punt: - "— Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-Trasport Ċivili bl-Ajru, iffirmat f’Bukarest fis- 6 ta’ Diċembru 1971; kif emendat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim konkluż f’Rabat fil- 29 ta’ Frar 1996;". 2. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda mal-aħħar paragrafu tal-Anness III tal-Ftehim (awtorizzazzjonijiet għall-operazzjoni u permessi tekniċi: awtoritajiet kompetenti): (a) wara l-intestatura li tikkonċerna l-Belġju: "Il-Bulgarija: Direttorat Ġenerali tal-Amministrazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Ministeru għat-Trasport, it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni"; (b) wara l-intestatura li tikkonċerna ir-Repubblika Slovakka: "Ir-Rumanija: Direttorat Ġenerali tal-Infrastruttura u tat-Trasport bl-Ajru Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura". Artikolu 3 It-testi tal-Ftehim bil-Bulgaru u bir-Rumen, mehmuża ma’ dan il-Protokoll, huma awtentiċi bl-istess kundizzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra. Artikolu 4 1. Dan il-Ftehim huwa approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri tagħhom stess. Jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Fil-każ fejn, intant, dan il-Protokoll ikun approvat mill-partijiet kontraenti f’data wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Protokoll jidħol għalhekk fis-seħħ skont l-Artikolu 27(1) tal-Ftehim, fid-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-formalitajiet interni ta’ approvazzjoni. 2. Dan il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu mill-Partijiet. Artikolu 5 Dan il-Protokoll huwa mfassal duplikatament fi Brussell, fit- 18 ta’ Ġunju 2012 bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi, bit-testi kollha ugwalment awtentiċi. За дьржавите-членки Por los Estados miembros Za členské státy For medlemsstaterne Für die Mitgliedstaaten Liikmesriikide nimel Για τα κράτη μέλη For the Member States Pour les États membres Per gli Stati membri Dalīvalstu vārdā – Valstybių narių vardu A tagállamok részéről Għall-Istati Membri Voor de lidstaten W imieniu Państw Członkowskich Pelos Estados-Membros Pentru statele membre Za členské štáty Za države članice Jäsenvaltioiden puolesta För medlemsstaternas +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ За Европейския съюз Por la Unión Europea Za Evropskou unii For Den Europæiske Union Für die Europäische Union Euroopa Liidu nimel Για την Ευρωπαϊκή Ένωση For the European Union Pour l’Union européenne Per l’Unione europea Eiropas Savienības vārdā – Europos Sąjungos vardu Az Európai Unió részéről Għall-Unjoni Ewropea Voor de Europese Unie W imieniu Unii Europejskiej Pela União Europeia Pentru Uniunea Europeană Za Európsku úniu Za Evropsko unijo Euroopan unionin puolesta För Europeiska unionen +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ За Кралство Мароко Por el Reino de Marruecos Za Marocké království For Kongeriget Marokko Für das Königreich Marokko Maroko Kuningriigi nimel Για το Βασίλειο του Μαρόκου For the Kingdom of Morocco Pour le Royaume du Maroc Per il Regno del Marocco Marokas Karalistes vārdā – Maroko Karalystės vardu A Marokkói Királyság nevében Għar-Renju tal-Marokk Voor het Koninkrijk Marokko W imieniu Królestwa Maroka Pelo Reino de Marrocos Pentru Regatul Maroc Za Marocké kráľovstvo Za Kraljevino Maroko Marokon kuningaskunnan puolesta För Konungariket Marocko +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------