Official Journal L 240 , 24/08/1992 P. 0019 - 0020
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2411/92 tat-23 ta' Lulju 1992 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 3976/87 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiki miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 87 miġjub fih, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87 ta' l-14 ta' Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru [4], il-Kummissjoni issa għandha l-poter li timplimenta r-regoli ta' kompetizzjoni fir-rigward ta' trasport bl-ajru f' Pajjiż Membru; billi għalhekk hu mixtieq li tiġi pprovduta l-possibbiltà li jiġu adottati eżenzjonijiet ġenerali applikabbli għal dik iż-żona ta' trasport; Billi ir-Regolament (KEE) Nru 3976/87 [5] jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara permezz ta' Regolament li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 85 (1) ma japplikawx għal ċerti kategoriji ta' akkordji bejn impriżi, deċizjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta' impriżi u prattiki miftiehma; Billi s-setgħa sabiex tadotta dawn l-eżenzjonijiet ġenerali kienet mogħtija għal perjodu limitat, li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 1992, biex trasportaturi bl-ajru jitħallew jadattaw għall-ambjent aktar kompetittiv li jirriżulta minn bidliet fis-sistemi regolatorji applikabbli għal trasport internazzjonali bl-ajru fil-Komunità; Billi l-kontinwazzjoni ta' eżenzjonijiet ġenerali wara dik id-data hija ġġustifikata b'aktar miżuri biex jilliberalizzaw is-settur tat-trasport bl-ajru adottati mill-Komunità; billi l-iskop ta' dawn l-eżenzjonijiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu magħhom għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni, b'relazzjoni mill-qrib mal-Pajjiżi Membri, billi jittieħed kont tal-bidliet lill-ambjent kompetittiv miksub mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KEE) Nru 3976/87, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 3976/87 huwa hawnhekk emendat hekk kif ġej: 1. Il-kelma "internazzjonali" għandha titneħħa fl-Artikolu 1. 2. L-Artikolu 2(2) għandu jiġi midbul b'dan li ġej: "2. Il-Kummissjoni tista', partikolarment, tadotta dawn ir-Regolamenti fir-rigward ta' akkordji, deċiżjonijiet jew prattiki miftiehma li għandhom bħala għan xi wieħed minn dawn li ġejjin: - ippjanar konġunt u koordinazzjoni ta' skedi ta' linji ta' l-ajru, - konsultazzjonijiet fuq tariffi għat-trasport ta' passiġġieri u bagalji u ta' tagħbija fuq servizzi skedati bl-ajru, - operazzjonijiet konġunti fuq servizzi ġodda skedati bl-ajru utilizzati anqas, - allokazzjoni ta' slots f'ajruporti u skedar ta' l-ajruport; il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tiżgura konsistenza mal-Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-Kunsill, - xiri, żvilupp u operazzjoni komuni ta' sistemi ta' reservazzjoni kkompjuterizzata relatati ma' ippjanar tal-ġurnata, reservazzjonijiet u qtugħ ta' biljetti minn impriżi ta' trasport bl-ajru; il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tiżgura konsistenza mal-Kodiċi ta' Kondotta adottat mill-Kunsill." 3. L-Artikolu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej: "L-Artikolu 3 Regolament adottat wara l-Artikolu 2 għandu jkun għal perjodu speċifikat. Jista' jiġi mħassar jew emendat fejn iċ-ċirkostanzi jinbidlu fir-rigward ta' xi fatturi li jkunu ppromwovew l-adozzjoni tiegħu; f'każ bħal dan, għandu jiġi ffissat perjodu għall-emenda ta' l-akkordji u prattiki miftiehma li għalihom ir-Regolament ta' qabel kien japplika qabel it-tħassir jew emenda." 4. L-Artikolu 8 għandu jiġi mħassar. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Lulju 1992. Għall-Kunsill Il-President J. Cope [1] ĠU C 255, tat-30.8.1991, p. 10. [2] Opinjoni mogħtija fl-10 ta' Lulju 1992 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [3] ĠU L 169, tas-6.7.1992, p. 13. [4] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 1. Emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2410/92 (ĠU L 240, ta' l-24.8.1992, p. 18). [5] ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 9. Emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2344/90 (ĠU L 217, tal-11.8.1990, p. 15). --------------------------------------------------