KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
RICHARD DE LA TOUR
ippreżentati fl-1 ta’ Ottubru 2020 ( 1 )
Kawża C‑501/19
UCMR – ADA Asociaž ia pentru Drepturi de Autor a Compozitorilor
vs
Pro Management Insolv IPURL, bħala likwidatur ta’
Asociaţia Culturală „Suflet de Român“
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Tranżazzjonijiet taxxabbli – Remunerazzjonijiet għax-xandir ta’ xogħlijiet mużikali lill-pubbliku – Ħlas ta’ liċenzja mhux esklużiva mill-utenti tax-xogħlijiet – Soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur li tirċievi dawn ir-remunerazzjonijiet għan-nom tad-detenturi ta’ dawn id-drittijiet”
I. Introduzzjoni
|
1. |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 24(1), tal-Artikolu 25(a) u tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ( 2 ). |
|
2. |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Uniunea Compozitorilor și Muzicologilor din România – Asociația pentru Drepuri de Autor (l-Unjoni tal-Kompożituri u tal-Mużikoloġi tar-Rumanija – Assoċjazzjoni għad-Drittijiet tal-Awtur, iktar ’il quddiem l-“UCMR – ADA”), u l-Asociația Culturală “Suflet de Român” (l-Assoċjazzjoni Kulturali “Ruħ Rumena”, iktar ’il quddiem l-“assoċjazzjoni kulturali”), attwalment fi stralċ, dwar il-pagament ta’ parti mill-ħlasijiet, flimkien mat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), dovuti minn din tal-aħħar lill-UCMR – ADA għall-komunikazzjoni lill-pubbliku, b’mod partikolari l-eżekuzzjoni pubblika, ta’ xogħlijiet mużikali waqt spettaklu. |
|
3. |
B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-okkażjoni li tippreċiża liema huma, fir-rigward tad-Direttiva tal-VAT, l-obbligi tad-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur fuq xogħlijiet mużikali u dawk tas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva, meta dawn jirċievu ħlasijiet dovuti inkambju għall-ħruġ, minnhom, ta’ liċenzji mhux esklużivi għall-użu tax-xogħlijiet inkwistjoni, għan-nom ta’ dawn id-detenturi, u meta dawn tal-aħħar iħallsuhom kummissjoni għall-amministrazzjoni kollettiva tar-remunerazzjonijiet tagħhom. |
|
4. |
L-analiżi tat-tranżazzjonijiet hekk imwettqa b’dan l-intervent, frekwenti fil-prattika, ta’ soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva li la hija d-detentur u lanqas ma tittrasferixxi hija stess id-drittijiet tal-awtur u ma hijiex benefiċjarju tal-ħlasijiet irċevuti, ser twassalni sabiex nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi li d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur iwettqu provvista ta’ servizzi fis-sens tad-Direttiva tal-VAT u li tippreċiża l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn dan għal kull waħda mill-persuni taxxabbli skont jekk is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva taġixxix f’isimha stess jew għan-nom ta’ dawn id-detenturi. |
II. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-Direttiva tal-VAT
|
5. |
L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi: “It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT: […]
|
|
6. |
L-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva huwa fformulat kif ġej: “‘Provvista ta’ servizzi’ għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta’ merkanzija.” |
|
7. |
Skont l-Artikolu 25(a) tal-imsemmija direttiva: “Provvista ta’ servizzi tista’ tikkonsisti, inter alia, f’waħda mit-Transazzjonijiet li ġejjin:
|
|
8. |
L-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi: “Fejn persuna taxxabbli li taġixxi f’isimha iżda għall-benefiċċju ta’ ħaddieħor tieħu parti fi provvista ta’ servizzi, hija għandha tiġi kkunsidrata li rċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess.” |
B. Id-dritt Rumen
1. Il-Kodiċi tat-Taxxa
|
9. |
L-Artikolu 126(1)(a) tal-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003, dwar il-Kodiċi tat-Taxxa) ( 3 ) tat-22 ta’ Diċembru 2003, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi: “Għall-finijiet tal-VAT, huma taxxabbli fir-Rumanija t-tranżazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
|
10. |
L-Artikolu 129 tal-Kodiċi tat-Taxxa, intitolat “Provvista ta’ servizzi”, jipprovdi: “1. ‘Provvista ta’ servizzi’ għandha tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix provvista ta’ merkanzija, kif iddefinita fl-Artikolu 128. 2. Fejn persuna taxxabbli li taġixxi f’isimha iżda għall-benefiċċju ta’ ħaddieħor tieħu parti fi provvista ta’ servizzi, hija għandha tiġi kkunsidrata li rċeviet u pprovdiet dawk is-servizzi hija stess. 3. Il-provvisti ta’ servizzi jinkludu tranżazzjonijiet bħal: […]
[…]
[…]” |
2. Il-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur
|
11. |
L-Artikolu 13(f) tal-legea nr. 8/1996 privind dreptul de autor și drepturile conexe (il-Liġi Nru 8/1996 dwar id-Drittijiet tal-Awtur u d-Drittijiet Konnessi) ( 4 ), tal-14 ta’ Marzu 1996, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprovdi: “L-użu ta’ xogħol joħloq, għall-awtur, drittijiet patrimonjali distinti u esklużivi li jippermettulu jawtorizza jew jipprojbixxi: […]
|
|
12. |
It-Titolu III ta’ din il-liġi huwa intitolat “Amministrazzjoni u difiża tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati”. Il-Kapitolu I tiegħu, dwar l-“[a]mministrazzjoni tad-drittijiet patrimonjali tal-awtur u tad-drittijiet relatati”, jinkludi tliet taqsimiet. L-Artikoli 123 sa 1234 huma inklużi fit-Taqsima I, intitolata “Dispożizzjonijiet ġenerali”. |
|
13. |
L-Artikolu 123(1) u (3) tal-imsemmija liġi jipprovdi: “1. Id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet li huma rrikonoxxuti lilhom bis-saħħa ta’ din il-liġi, personalment jew, abbażi ta’ mandat, permezz tal-intervent tas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva, bil-kundizzjonijiet previsti mil-liġi preżenti. […] 3. Id-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati ma jistgħux jittrasferixxu d-drittijiet patrimonjali rrikonoxxuti minn din il-liġi lil soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva.” |
|
14. |
Skont l-Artikolu 1231 tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur: “1. L-amministrazzjoni kollettiva hija obbligatorja għall-eżerċizzju tad-drittijiet li ġejjin: […]
[…] 2. Għall-kategoriji ta’ drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva jirrappreżentaw ukoll lid-detenturi ta’ drittijiet li ma jkunux tawhom mandat.” |
|
15. |
L-Artikolu 125(2) ta’ din il-liġi, inkluż fit-Taqsima II, intitolata “Soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati”, jipprovdi: “[I]s-soċjetajiet [għall-amministrazzjoni kollettiva] għandhom jiġu stabbiliti direttament mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, u għandhom jaġixxu fil-limiti tal-mandat mogħti lilhom u fuq il-bażi tal-istatut adottat skont il-proċedura prevista mil-liġi.” |
|
16. |
L-Artikolu 1291 tal-imsemmija liġi huwa fformulat kif ġej: “Meta l-amministrazzjoni kollettiva tkun obbligatorja, jekk detentur [tad-drittijiet tal-awtur] ma jkun affiljat ma’ ebda soċjetà, il-kompetenza għandha taqa’ f’idejn is-soċjetà tas-settur li jkollha l-ikbar numru ta’ membri. Id-detenturi ta’ drittijiet mhux irrappreżentati jistgħu jitolbu s-somom dovuti lilhom fi żmien tliet snin mid-data tan-notifika. Wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu, is-somom mhux imqassma jew mhux mitluba għandhom jintużaw skont id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ amministrazzjoni.” |
|
17. |
Fi ħdan it-Titolu III, Kapitolu I, tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur, it-Taqsima III, intitolata “Funzjonament tas-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva”, tinkludi l-Artikoli 130 sa 135. |
|
18. |
L-Artikolu 130(1) ta’ din il-liġi jipprevedi: “Is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva għandhom l-obbligu:
[…]
[…]” |
|
19. |
L-Artikolu 1311(1) tal-imsemmija liġi, li jikkompleta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 130(1)(b) jipprovdi: “Il-metodoloġija għandha tiġi nnegozjata mis-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva flimkien mar-rappreżentanti msemmija fl-Artikolu 131(2)(b), b’osservanza tal-kriterji prinċipali li ġejjin:
[…]” |
|
20. |
Skont l-Artikolu 134 tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur: “1. L-eżerċizzju tal-amministrazzjoni kollettiva prevista mill-mandat bl-ebda mod ma jillimita d-drittijiet patrimonjali tad-detenturi. 2. L-amministrazzjoni kollettiva għandha tiġi eżerċitata skont ir-regoli li ġejjin:
[…] 3. Il-ħlasijiet magħmula lis-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva ma humiex u ma jistgħux jiġu assimilati ma’ dħul ta’ dawn tal-aħħar. 4. Fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom, skont din il-liġi, ma jistgħux jiġu ttrasferiti jew ċeduti, lis-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva, drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati, jew l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet.” |
III. Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
21. |
L-UCMR – ADA hija soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet patrimonjali tal-awtur fuq ix-xogħlijiet mużikali. Hija ġiet innominata mill-Oficiul Român pentru Drepturile de Autor (l-Uffiċċju Rumen tad-Drittijiet tal-Awtur) bħala l-unika entità li tirċievi d-drittijiet patrimonjali tal-awtur fuq il-komunikazzjoni, lill-pubbliku, ta’ tali xogħlijiet fil-kuntest ta’ kunċerti, ta’ spettakli jew anki ta’ avvenimenti artistiċi. |
|
22. |
Fis-16 ta’ Novembru 2012 l-assoċjazzjoni kulturali organizzat spettaklu li matulu ġew interpretati xogħlijiet mużikali. Għal dan l-għan, din tal-aħħar kienet kisbet mingħand l-UCMR – ADA liċenzja mhux esklużiva għall-użu ta’ dawn ix-xogħlijiet permezz ta’ pagament ta’ ħlasijiet għall-komunikazzjoni tagħhom lill-pubbliku. |
|
23. |
Wara r-rifjut tal-assoċjazzjoni kulturali li twettaq il-ħlasijiet kollha mitluba mill-UCMR – ADA, it-Tribunalul București (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija) u l-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) ikkonstataw li t-talba tal-UCMR – ADA kienet fondata. Madankollu, il-qorti tal-appell iddeċidiet li t-tranżazzjoni tal-ġbir tal-ħlasijiet mill-UCMR – ADA għall-komunikazzjoni ta’ xogħlijiet mużikali lill-pubbliku ma kinitx taxxabbli bil-VAT u, konsegwentement, mill-ammont tal-ħlasijiet li kienu għadhom dovuti mill-assoċjazzjoni naqqset l-ammont tal-VAT. |
|
24. |
Quddiem l-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija), li hija l-qorti tar-rinviju, l-UCMR – ADA ssostni b’mod partikolari li, permezz tad-deċiżjoni tagħha, il-qorti tal-appell kisret il-Kodiċi tat-Taxxa billi eskludiet l-applikazzjoni tal-VAT fuq il-ħlasijiet imposti fuq l-assoċjazzjoni kulturali bħala utent tax-xogħlijiet mużikali inkwistjoni. L-UCMR – ADA ssostni li kien hemm ksur tal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, peress li din id-deċiżjoni tal-qorti tal-appell għandha l-effett li timponi fuqha l-piż tal-VAT, filwaqt li hija ma hijiex l-utent finali ta’ dawn ix-xogħlijiet. |
|
25. |
L-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tirrigwarda l-klassifikazzjoni, fid-dawl tas-sentenza tat-18 ta’ Jannar 2017, SAWP ( 5 ), tat-tranżazzjoni li permezz tagħha d-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur ta’ xogħlijiet mużikali jawtorizzaw l-użu ta’ dawn ix-xogħlijiet mill-organizzaturi ta’ spettakli. Din it-tranżazzjoni tikkostitwixxi “Provvista ta’ servizzi bi ħlas” u, b’mod iktar partikolari, “assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli” fis-sens tal-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-VAT? |
|
26. |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv mill-Qorti tal-Ġustizzja għal din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, minn naħa, billi tirreferi għas-sentenza tal-14 ta’ Lulju 2011, Henfling et ( 6 ), jekk is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva, li tirċievi ħlasijiet mingħand l-utenti ta’ xogħlijiet mużikali, twettaqx hija stess provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT, li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, toħloq finzjoni ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi identiċi pprovduti b’mod konsekuttiv, filwaqt li din is-soċjetà tista’ tirrappreżenta detenturi ta’ drittijiet tal-awtur mingħajr mandat u hija tamministra dawn id-drittijiet skont obbligi legali. Min-naħa l-oħra, hija tixtieq tkun taf il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn dan fir-rigward tal-bażi ta’ kalkolu tal-VAT u l-fatturazzjoni tagħha kemm mis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva kif ukoll mill-awturi fil-kuntest tal-ġbir tat-tariffi. |
|
27. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
|
28. |
L-UCMR – ADA ppreżentat osservazzjonijiet bil-miktub, bħalma għamlu wkoll il-Gvern Rumen, il-Gvern Pollakk u l-Kummissjoni Ewropea li rrispondew ukoll fit-terminu stabbilit għad-domandi għal tweġiba bil-miktub magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja li ddeċidiet li tagħti deċiżjoni dwar il-kawża mingħajr seduta għas-sottomissjonijiet orali. |
IV. Analiżi
|
29. |
Il-kawża prinċipali tirrigwarda t-tassazzjoni tal-VAT ta’ relazzjonijiet ġuridiċi li għandhom bħala għan il-komunikazzjoni ta’ xogħlijiet mużikali lill-pubbliku permezz ta’ soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi ta’ dawn ix-xogħlijiet. |
|
30. |
Din id-domanda tippreżenta sensittività partikolari, peress li s-sistema ta’ amministrazzjoni tad-drittijiet tal-awtur jew tad-drittijiet relatati għan-nom ta’ diversi detenturi ta’ dawn id-drittijiet u għall-benefiċċju kollettiv tagħhom hija antika ħafna u attiva fl-Istati Membri kollha. Din hija ppreżentata bħala l-iktar mezz adegwat kemm għall-awturi sabiex jamministraw id-drittijiet tagħhom, fosthom dak tal-użu tax-xogħlijiet tagħhom bi ħlas, kif ukoll għall-utenti sabiex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għax-xogħlijiet ( 7 ). |
|
31. |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-klassifikazzjoni ta’ din it-tranżazzjoni bħala “provvista ta’ servizzi” li fiha aġent jinvolvi ruħu fis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT. |
|
32. |
Konsegwentement, id-domandi tal-qorti tar-rinviju jwasslu, fil-fehma tiegħi, sabiex, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jiġu stabbiliti, minn naħa, il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni bħala “provvista ta’ servizzi” ta’ tranżazzjoni li taqa’ taħt l-eżerċizzju ta’ wieħed mid-drittijiet protetti li l-awturi huma detenturi tagħhom, jiġifieri d-dritt għal remunerazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT u ppreċiżati fl-Artikolu 25(a) tagħha ( 8 ), kif ukoll dawk għall-klassifikazzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ intervent fil-qasam ta’ proprjetà intanġibbli. |
|
33. |
Min-naħa l-oħra, għandhom jiġu ppreċiżati l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minn dan fir-rigward tad-determinazzjoni tal-bażi ta’ kalkolu tat-tassazzjoni tal-VAT kif ukoll tal-fatturazzjoni, skont l-Artikolu 220(1) tad-Direttiva tal-VAT ( 9 ). |
A. Fuq l-ewwel domanda preliminari
|
34. |
Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 2(1)(ċ) u l-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-VAT għandhomx jiġu interpretati fis-sens li d-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur ta’ xogħlijiet mużikali jipprovdu provvista ta’ servizzi għall-benefiċċju ta’ organizzaturi ta’ spettakli li huma awtorizzati jikkomunikaw dawn ix-xogħlijiet lill-pubbliku permezz tal-pagament ta’ ħlasijiet irċevuti minn soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva f’isimha, għan-nom ta’ dawn id-detenturi tad-drittijiet. |
|
35. |
Id-dubji espressi mill-qorti tar-rinviju jirriżultaw mit-tħassib tagħha dwar il-portata tas-sentenza SAWP minħabba l-kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja użat sabiex tiddeċiedi li d-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni li, għan-nom tagħhom, soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati kienu rċevew, f’isimhom stess, ħlasijiet fuq il-bejgħ ta’ tagħmir li jaħżen id-data vojt u ta’ apparat għar-reġistrazzjoni u għar-riproduzzjoni, ma kinux iwettqu provvista ta’ servizzi, fis-sens tad-Direttiva tal-VAT ( 10 ). |
|
36. |
Għalkemm din l-approssimazzjoni mas-sentenza SAWP jidhirli li hija xierqa minħabba l-eżami mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ kwistjoni dwar it-tassazzjoni tal-VAT ta’ tranżazzjoni relatata mal-użu ta’ drittijiet tal-awtur protetti amministrati minn soċjetà kollettiva u minħabba r-raġunament ġuridiku adottat, il-portata tas-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-fehma tiegħi, tkun limitata għaċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża li tat lok għal dik is-sentenza li fiha hija stabbilixxiet żewġ kriterji. |
|
37. |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet deċiżjoni b’teħid inkunsiderazzjoni, minn naħa, li l-ħlas inkwistjoni kien impost mil-liġi, li kienet tiddetermina l-ammont tiegħu, fuq produtturi u importaturi ta’ mezzi ta’ reġistrazzjoni u ta’ riproduzzjoni ( 11 ) u, min-naħa l-oħra, li dan il-ħlas kien intiż sabiex jiffinanzja l-kumpens ġust għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet ta’ riproduzzjoni favur id-detenturi tagħhom ( 12 ). Issa, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[i]l-kumpens ġust ma jikkostitwixxix il-korrispettiv ta’ kwalunkwe servizz, għaliex dan huwa marbut mal-ħsara li tirriżulta għal dawn id-detenturi mir-riproduzzjoni tax-xogħlijiet protetti tagħhom, li saret mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom” ( 13 ). |
|
38. |
Konsegwentement, f’dan il-każ, huwa essenzjali li jiġi rrilevat li l-analiżi tirrigwarda r-remunerazzjoni tal-awturi għall-komunikazzjoni tax-xogħlijiet tagħhom lill-pubbliku u mhux kumpens ġust bħala kumpens għal dannu li jirriżulta mix-xandir tax-xogħlijiet tagħhom. Għalhekk, għalkemm l-iffissar u l-ġbir ta’ din ir-remunerazzjoni huma rregolati mil-liġi, is-sistema tagħhom mill-perspettiva ekonomika, li ser nippreċiża iktar ’il quddiem ( 14 ), ma tistax tiġi assimilata ma’ dik li l-Qorti tal-Ġustizzja analizzat fis-sentenza SAWP. |
|
39. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li minn dik is-sentenza tadotta biss il-metodu ta’ analiżi tad-diversi tranżazzjonijiet imwettqa bejn id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u l-utent finali bl-intervent ta’ kumpannija inkarigata mill-ġbir u mit-tqassim tal-ħlasijiet dovuti lill-awturi. |
|
40. |
Għalhekk, fir-rigward tal-kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi”, jista’ jitfakkar, l-ewwel nett, preliminarjament, li, fl-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT, dan il-kunċett huwa ddefinit biss b’kuntrast ma’ dak ta’ “provvista ta’ merkanzija” ( 15 ). |
|
41. |
It-tieni nett, kif ippreċiżat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza SAWP, għandu jiġi evalwat, qabel il-kwistjoni dwar jekk provvista ta’ servizzi tistax tikkonsisti fi trasferiment ta’ proprjetà intanġibbli, jekk tali tranżazzjoni ssirx bi ħlas. Fil-fatt, skont l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT, sabiex taqa’ fl-ambitu ta’ din tal-aħħar, tali provvista ta’ servizzi għandha titwettaq, fi kwalunkwe każ, bi ħlas ( 16 ). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li provvista ta’ servizzi titwettaq bi ħlas, fis-sens tad-Direttiva tal-VAT, biss jekk bejn il-fornitur u l-benefiċjarju tkun teżisti relazzjoni legali li matulha jkun hemm skambju ta’ provvisti reċiproċi, fejn il-ħlas li jirċievi l-fornitur jikkostitwixxi l-korrispettiv effettiv tas-servizz mogħti lill-benefiċjarju ( 17 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan ikun il-każ jekk tkun teżisti rabta diretta bejn is-servizz mogħti u l-korrispettiv irċevut, billi s-somom imħallsin ikunu jikkostitwixxu l-korrispettiv effettiv għal servizz individwabbli pprovdut fil-kuntest ta’ tali relazzjoni legali ( 18 ). |
|
42. |
It-tielet nett, “[l]-Artikolu 25 tad-Direttiva tal-VAT jelenka, b’mod indikattiv, tliet tranżazzjonijiet differenti li jistgħu jiġu kklassifikati bħala provvisti ta’ servizzi, fosthom dik fl-ittra (a), li [t]ikkonsist[i] fl-assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli” ( 19 ). |
|
43. |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li t-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix provvista ta’ merkanzija, fis-sens tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-VAT. |
|
44. |
Fir-rigward tar-relazzjoni ġuridika li teżisti bejn id-detentur tad-drittijiet tal-awtur u l-utent finali, jidhirli li mil-leġiżlazzjoni Rumena jirriżulta li dan id-detentur tad-drittijiet tal-awtur jista’ jiġi kklassifikat bħala “fornitur ta’ servizzi”, minkejja l-intervent ta’ intermedjarju, u li l-imsemmi detentur tad-drittijiet tal-awtur jirċievi korrispettiv fis-sens tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 20 ). Għaldaqstant, minn dan jista’ jiġi dedott li jeżistu provvisti reċiproċi bejn id-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jqiegħed ix-xogħol tiegħu għad-dispożizzjoni tal-utent u dan tal-aħħar li jħallsu sabiex ikun jista’ jippreżentah lill-pubbliku. |
|
45. |
Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju ppreċiżat li d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ma jistgħux iċedu d-drittijiet patrimonjali tagħhom lis-soċjetajiet li, għan-nom ta’ dawn id-detenturi, huma responsabbli mill-amministrazzjoni kollettiva u obbligatorja tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ komunikazzjoni tax-xogħlijiet mużikali lill-pubbliku. Hija żiedet li, qabel kull użu mir-repertorju tax-xogħlijiet mużikali protett, l-utenti għandhom jagħmlu talba għal awtorizzazzjoni ( 21 ), bi ħlas, permezz ta’ liċenzja mhux esklużiva, liema talba għandha ssir bil-miktub. |
|
46. |
Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju esponiet li d-drittijiet patrimonjali huma dovuti lid-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur skont “metodoloġiji” nnegozjati, mal-utenti ( 22 ), mis-soċjetà inkarigata mill-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tagħhom ( 23 ) u huma s-suġġett ta’ ġbir u ta’ tqassim tal-ħlasijiet bejn id-detenturi tad-drittijiet konformement mad-deċiżjonijiet meħuda mill-membri tas-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva ( 24 ). Minkejja li dawn id-deċiżjonijiet huma rregolati mil-liġi, il-ħlasijiet irċevuti huma relatati mas-servizz mogħti, fil-forma ta’ somma f’daqqa jew ta’ perċentwali, kif ippreċiżaw il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ( 25 ). |
|
47. |
Minn dan jirriżulta, fil-fehma tiegħi, li d-detentur tad-drittijiet tal-awtur jirċievi korrispettiv effettiv tal-awtorizzazzjoni li jikkomunika x-xogħol tiegħu lill-pubbliku li huwa jagħti lil utent finali li jkun talabha, u ftit huwa ta’ importanza li s-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tintervjeni għal awtur li ma jagħmilx parti mill-membri tagħha. |
|
48. |
Inqis ukoll li l-amministrazzjoni kollettiva tar-remunerazzjoni kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħha bħala obbligu legali ma humiex ta’ natura li jikkontestaw il-fatt li l-awtur jirċievi remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-użu tax-xogħol tiegħu kkonsentit minnu. |
|
49. |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk it-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi kklassifikata bħala “assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli” fis-sens tal-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-VAT, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm l-istess domanda kienet saret fil-kawża li tat lok għas-sentenza SAWP, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma kienx neċessarju li tiġi eżaminata, peress li t-tranżazzjoni inkwistjoni f’dik il-kawża ma kinitx twettqet bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) ta’ din id-direttiva ( 26 ). |
|
50. |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li l-Artikolu 25 tad-Direttiva tal-VAT jelenka, b’mod indikattiv, tliet tranżazzjonijiet differenti li jistgħu jiġu kklassifikati bħala provvisti ta’ servizzi, fosthom dik fl-ittra (a), li tikkonsisti fl-assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli ( 27 ). |
|
51. |
Għalhekk, jista’ jitqies li, fil-qasam tat-tassazzjoni tal-VAT, il-klassifikazzjoni tal-provvista ta’ servizzi fid-dawl tal-Artikolu 25 tad-Direttiva tal-VAT hija anċillari meta mqabbla ma’ dik meħtieġa skont l-Artikolu 2(1)(ċ). |
|
52. |
Madankollu, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja żiedet, fil-punt 32 tas-sentenza SAWP, il-frażi “jekk jitqies li d-detenturi ta’ drittijiet ta’ riproduzzjoni jistgħu jagħmlu l-assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli, fis-sens tal-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-VAT”, jiena tal-fehma li huwa opportun li jitneħħa kull dubju dwar l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u li jiġi ppreċiżat, fir-rigward tat-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-għan tagħha huwa l-intaxxar ta’ provvista ta’ servizzi li tikkonsisti f’“assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli”, fis-sens tal-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-VAT. |
|
53. |
L-ewwel nett, jista’ jsir tqabbil mal-Artikolu 59(a) tad-Direttiva tal-VAT ( 28 ), li jirrigwarda, b’mod partikolari, it-“trasferimenti u ċessjonijiet ta’ drittijiet ta’ l-awtur” fil-kategorija tal-provvista ta’ servizzi sabiex jiġi ddefinit il-post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli. |
|
54. |
It-tieni nett, jista’ jinsilet l-argument li, fis-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2018, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija ( 29 ), għat-tassazzjoni tal-VAT il-Qorti tal-Ġustizzja wettqet distinzjoni bejn, minn naħa, il-korrispettivi li jirriżultaw mid-drittijiet ta’ użu u ta’ sfruttament suċċessivi ta’ xogħlijiet li ma humiex xogħlijiet tal-arti grafika jew plastika u, min-naħa l-oħra, ir-remunerazzjoni dovuta għad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid ( 30 ). |
|
55. |
Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-korrispettiv ibbażat fuq drittijiet ta’ użu u ta’ sfruttament suċċessivi ta’ xogħlijiet li ma humiex xogħlijiet tal-arti grafika u plastika huwa suġġett għall-VAT minħabba li dan il-korrispettiv dovut lill-awturi tagħhom jikkumpensa provvista mwettqa bi ħlas, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-VAT, li jikkorrispondi għat-tqegħid għad-dispożizzjoni repetut ta’ dawn ix-xogħlijiet ( 31 ). |
|
56. |
B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja analizzat id-dritt ta’ użu ta’ xogħol il-moħħ bħala dritt esklużiv ta’ natura patrimonjali li jista’ jkun is-suġġett ta’ trasferiment b’mod repetut. Konsegwentement, jiena naqbel mal-opinjoni tal-Gvern Pollakk li l-kunċett ta’ “assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli” jkopri t-tranżazzjonijiet fil-qasam tal-proprjetà intellettwali li jagħtu d-dritt ta’ użu ta’ proprjetà intanġibbli, bħal, pereżempju, dawk relatati mal-għoti ta’ liċenzji. |
|
57. |
Dawn l-elementi kollha jwassluni sabiex nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari tkun li l-Artikolu 2(1)(ċ) u l-Artikolu 25(a) tad-Direttiva tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur ta’ xogħlijiet mużikali jipprovdu servizzi, li jikkonsistu f’assenjazzjoni ta’ proprjetà intanġibbli, għall-benefiċċju ta’ utent finali, f’dan il-każ organizzaturi tal-ispettakli li huma awtorizzati jikkomunikaw dawn ix-xogħlijiet lill-pubbliku, minkejja li l-ħlas bħala korrispettiv għal din l-awtorizzazzjoni jiġi rċevut, f’isimha stess, minn soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva. |
|
58. |
Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, għandha tiġi analizzata t-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju. |
B. Fuq it-tieni domanda preliminari
|
59. |
It-tieni domanda preliminari hija intiża li tikklassifika, għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-VAT, ir-relazzjonijiet ġuridiċi eżistenti bejn l-UCMR – ADA u, minn naħa, l-utenti tad-drittijiet ta’ komunikazzjoni ta’ xogħlijiet mużikali lill-pubbliku kif ukoll, min-naħa l-oħra, id-detenturi ta’ dawn id-drittijiet li l-provvisti tagħhom huma mwettqin permezz tal-intervent tagħha. |
|
60. |
Il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT, fir-rigward tal-kriterji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha kif ukoll dwar il-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minnha fil-qasam tal-fatturazzjoni minħabba l-karatteristiċi tas-servizz ipprovdut mis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva inkwistjoni, jiġifieri, minn naħa, il-ġbir tar-remunerazzjoni għal awturi li wħud minnhom ma tawhiex mandat ġenerali ta’ amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, l-obbligi previsti mil-liġi għall-eżerċizzju ta’ din l-amministrazzjoni. |
|
61. |
L-applikazzjoni tar-regoli partikolari għall-provvisti ta’ servizzi minn aġent li jinvolvi ruħu fil-provvista ta’ servizzi msemmija fl-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT teħtieġ li dan l-aġent ikun persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT u li jaġixxi f’ismu stess, iżda għan-nom ta’ ħaddieħor ( 32 ). |
|
62. |
Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li, skont ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, “din id-dispożizzjoni toħloq finzjoni legali ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi identiċi pprovduti konsekuttivament” ( 33 ). |
|
63. |
Fir-rigward tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli, nikkunsidra li jista’ jiġi kkonstatat, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-4 ta’ Mejju 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu ( 34 ), li s-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva hija persuna taxxabbli kompletament distinta minn dawk li taġixxi għan-nom tagħhom, jiġifieri l-awturi, li huma wkoll persuni taxxabbli. Għaldaqstant, it-tranżazzjonijiet bejn is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva u dawn l-awturi għandhom jitqiesu li huma tranżazzjonijiet bejn persuni taxxabbli li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT ( 35 ). |
|
64. |
Fir-rigward tar-rwol eżerċitat mill-UCMR – ADA, nosserva, l-ewwel nett, li huwa ppreċiżat fl-ewwel domanda preliminari li “is-soċjetajiet għall-amministrazzjoni kollettiva jirċievu f’isimhom stess, iżda għan-nom [tal‑]proprjetarji, [drittijiet fuq ix-xogħlijiet mużikali] ħlasijiet għall-komunikazzjoni lill-pubbliku [ta’ dawn ix-]xogħolijiet” ( 36 ). |
|
65. |
It-tieni nett, il-qorti tar-rinviju esponiet fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari li, “fil-każ fejn id-drittijiet patrimonjali huma dovuti lid-detenturi skont il-metodoloġiji nnegozjati mis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva mal-utenti, l-awtorizzazzjoni mhux esklużiva mogħtija lil utent mis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tkun tinkludi s-somom […] ta’ flus li l-persuna ġuridika tirċievi f’isimha stess iżda għan-nom tad-detenturi tad-drittijiet patrimonjali” ( 37 ). |
|
66. |
It-tielet nett, il-qorti tar-rinviju enfasizzat li l-awtur ta’ xogħlijiet mużikali għandu d-dritt patrimonjali li jawtorizza jew li jipprojbixxi l-komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet, b’mod dirett jew indirett, liema dritt ma jistax ikun is-suġġett ta’ assenjazzjoni lis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva. |
|
67. |
Konsegwentement, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Henfling et ( 38 ), għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tfittex b’mod partikolari liema hija n-natura tal-obbligi kuntrattwali tal-operatur ekonomiku kkonċernat fir-rigward tal-klijenti tiegħu, xorta jibqa’ l-fatt li l-funzjonament tajjeb tas-sistema komuni tal-VAT jeħtieġ minn din il-qorti verifika konkreta ta’ natura li tistabbilixxi jekk, fid-dawl tad-data kollha tal-każ, dan l-operatur kienx qiegħed jaġixxi effettivament f’ismu proprju waqt il-provvista ta’ servizzi tiegħu ( 39 ). |
|
68. |
F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju jkollha għalhekk tivverifika l-kundizzjonijiet preċiżi li fihom aġixxiet is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva, kemm jekk għal wieħed mill-membri tagħha kif ukoll jekk le, peress li tali distinzjoni ma tirriżultax mil-liġi li tipprevedi l-intervent tagħha. F’dan ir-rigward, mir-risposti bil-miktub għad-domandi magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja niddeduċi li ma għandhiex issir konfużjoni bejn il-mandat fis-sens tad-dritt ċivili u l-mandat mogħti minn ċerti awturi fis-sens tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur ( 40 ). Għalkemm dan jagħti l-kwalità ta’ membru tas-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva, huwa ma jaffettwax ir-relazzjoni bejn is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva u l-utent finali għall-ġbir tal-ħlasijiet dovuti lid-detenturi ta’ drittijiet tal-awtur bħala korrispettiv għall-użu tax-xogħlijiet mużikali tagħhom għall-finijiet tal-komunikazzjoni tagħhom lill-pubbliku. |
|
69. |
Huwa għalhekk li, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, jistgħu jingħatawlha indikazzjonijiet misluta mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja ( 41 ) fir-rigward ta’ kriterji differenti, fosthom dawk elenkati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Henfling et ( 42 ). |
|
70. |
B’hekk jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-indikazzjoni ta’ isem is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva fuq id-dokumenti mibgħuta lill-utenti meta tinħareġ il-liċenzja għall-komunikazzjoni tax-xogħlijiet lill-pubbliku kif ukoll l-aċċettazzjoni minnhom, skont il-kundizzjonijiet għall-użu tal-liċenzja, tal-ħlas tas-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva. |
|
71. |
Min-naħa tiegħi, inqis li l-informazzjoni kkomunikata lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li, waqt il-ġbir, mingħand l-utenti tax-xogħlijiet mużikali, tal-ħlasijiet dovuti lid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur bħala korrispettiv għal-liċenzji li jingħatawlhom, l-UCMR – ADA ma taġixxix fil-kwalità ta’ mandatarju tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, kemm jekk huma membri jew le ta’ din is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva, iżda f’isimha proprju għan-nom ta’ dawn id-detenturi. |
|
72. |
Peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT jidhirli li huma ssodisfatti, għandhom jiġu ppreċiżati l-konsegwenzi li għandhom jinsiltu minnhom billi jsir riferiment għall-prinċipji mfakkra mill-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari fis-sentenza tal-4 ta’ Mejju 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu ( 43 ). |
|
73. |
Għalhekk, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, skont il-finzjoni legali ta’ żewġ provvisti ta’ servizzi identiċi pprovduti b’mod konsekuttiv, maħluqa mill-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT, “l-operatur, li jinvolvi ruħu fil-provvista ta’ servizzi u li jikkostitwixxi l-aġent, huwa meqjus li, inizjalment, irċieva s-servizzi inkwistjoni mill-operatur li għall-benefiċċju tiegħu jkun qiegħed jaġixxi, li jikkostitwixxi l-prinċipal, qabel ma jipprovdi, sussegwentement, dawn is-servizzi lill-klijent huwa stess” ( 44 ). Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li, “[p]eress li l-Artikolu 28 tad-Direttiva [tal-VAT] jaqa’ taħt it-Titolu IV, intitolat ‘Tranżazzjonijiet taxxabbli’, ta’ din id-direttiva, iż-żewġ provvisti ta’ servizzi kkonċernati jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT. Minn dan jirriżulta li, la l-provvista ta’ servizzi li fiha jinvolvi ruħu operatur hija suġġetta għall-VAT, ir-relazzjoni legali bejn dan l-operatur u l-operatur li għall-benefiċċju tiegħu dan ikun qiegħed jaġixxi hija wkoll suġġetta għall-VAT” ( 45 ). |
|
74. |
Bħala eżempju, jista’ jiġi ppreċiżat li, fil-każ ta’ “relazzjoni bejn impriża li teżerċita attività ta’ ġbir ta’ mħatri u operatur ekonomiku li jinvolvi ruħu fil-ġbir tal-imħatri f’ismu proprju iżda għall-benefiċċju tal-imsemmija impriża” ( 46 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “r-rabta legali ma titnissilx direttament bejn il-ġugatur u l-impriża li għall-benefiċċju tagħha l-operatur li jinvolvi ruħu jkun qiegħed jaġixxi, iżda bejn dan l-operatur u l-ġugatur, minn naħa, u bejn dan l-operatur u l-imsemmija impriża, min-naħa l-oħra” ( 47 ). Madankollu, għall-finijiet tal-VAT, ir-rwol rispettiv tal-fornitur ta’ servizzi u ta’ min iħallas huwa invertit b’mod fittizju ( 48 ). |
|
75. |
Fir-rigward tal-konsegwenzi konkreti ta’ tali interpretazzjoni li l-qorti tar-rinviju tistaqsi dwarhom, jiena naqbel mal-opinjonijiet konverġenti kkomunikati lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-partijiet ikkonċernati li jgħidu li s-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tirċievi mingħand l-utent finali somom li jikkorrispondu għall-ħlas dovut lill-awtur ikkonċernat kif ukoll għall-kummissjoni tagħha ( 49 ), inkluża l-VAT. Peress li din is-soċjetà taġixxi f’isimha stess, il-bażi taxxabbli tagħha għall-VAT hija, fil-fehma tiegħi, konformement mal-prinċipju ġenerali stabbilit fl-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-VAT, is-somom kollha miġbura mingħand l-utent finali bħala korrispettiv tal-assenjazzjoni tad-drittijiet tal-awtur ( 50 ), mingħajr VAT. Kif jippreċiżaw il-Gvern Rumen u l-Gvern Pollakk, għall-ġbir tal-ħlas dovut għall-użu tax-xogħlijiet mużikali, is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva għandha toħroġ fattura f’isimha lill-organizzatur tal-ispettakli. |
|
76. |
Fir-rigward tal-awtur, li rċieva mingħand is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva s-somma mħallsa mill-utent finali li tikkorrispondi biss għall-ħlas, wara t-tnaqqis tal-kummissjoni dovuta lil din is-soċjetà, VAT inkluża, fil-fehma tiegħi dan huwa taxxabbli fuq din il-bażi mingħajr VAT. Fil-prattika, kif jesponu l-Gvern Rumen u l-Gvern Pollakk, kif ukoll il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, dan għandu jirriżulta fil-ħruġ ta’ fattura mill-awtur lis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva li tirrigwarda l-ħlas li huwa jkun irċieva ( 51 ) u l-VAT li għaliha huwa suġġett. |
|
77. |
Din il-parti tal-VAT għandha, fil-fatt, tkun tista’ titnaqqas mill-bażi taxxabbli tas-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva, skont l-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-VAT. Għalhekk, din is-soċjetà għandha tħallas biss is-somma li tikkorrispondi għall-parti tal-VAT dovuta mill-awtur fuq il-kummissjoni tagħha. |
|
78. |
Madankollu, jiena tal-fehma li din il-kummissjoni ma għandhiex tiġi ffatturata mis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva lill-awtur, peress li ma hijiex taxxabbli bħala tali, minħabba l-finzjoni magħmula abbażi tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT. |
|
79. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-prinċipju ta’ newtralità fiskali, essenzjali fil-qasam tal-VAT, jidhirli li huwa kompletament osservat, peress li din it-taxxa hija sostnuta mill-utent finali ( 52 ), li ħallasha lis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva fuq it-tranżazzjoni kollha, u peress li l-VAT titħallas lura minn din is-soċjetà u mill-awtur rispettivament. |
|
80. |
Fil-każ kuntrarju, jiġifieri fil-każ fejn is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva taġixxi f’isem id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, hija biss is-somma rċevuta bħala korrispettiv għat-tranżazzjoni ta’ intervent li tikkostitwixxi l-bażi taxxabbli għal din is-soċjetà. |
|
81. |
Fil-fatt, f’tali każ, din tkun tranżazzjoni taxxabbli bħal kull provvista ta’ servizzi, konformement mal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT. Id-detentur tad-drittijiet tal-awtur għandu għalhekk iħallas lura l-VAT irċevuta mis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva mingħand utent finali. Huwa jnaqqas il-VAT dovuta lil din is-soċjetà għat-tranżazzjoni ta’ intervent li din tkun iffatturatu. |
|
82. |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, jidhirli li tista’ tingħata risposta lill-qorti tar-rinviju li l-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa fejn soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva tinvolvi ruħha f’isimha stess, iżda għan-nom ta’ detenturi ta’ drittijiet tal-awtur ta’ xogħlijiet mużikali, fil-ġbir tal-ħlasijiet dovuti lilhom bħala korrispettiv għall-awtorizzazzjoni li jiġu użati x-xogħlijiet tagħhom mogħtija lill-pubbliku, dawn id-detenturi jitqiesu li jipprovdu dan is-servizz lis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva u din hija meqjusa li tipprovdi l-istess servizz lill-utent finali. F’każ bħal dan, is-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva toħroġ fatturi f’isimha stess lill-utent finali li fihom jidhru s-somom kollha rċevuti mingħandu, inkluża l-VAT. Id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur ikollhom joħorġu fatturi li jinkludu l-VAT għas-servizz ipprovdut għall-ħlas lis-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva għall-finijiet tat-tnaqqis ta’ din it-taxxa. |
V. Konklużjoni
|
83. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija) kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60, iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”.
( 3 ) M. Of., parti I, Nru 927/23 Diċembru 2003, iktar ’il quddiem il-“Kodiċi tat-Taxxa”.
( 4 ) M. Of., parti I, Nru 60/26 Marzu 1996, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur”.
( 5 ) C‑37/16, iktar ’il quddiem is-“sentenza SAWP, EU:C:2017:22.
( 6 ) C‑464/10, iktar ’il quddiem is-“sentenza Henfling et”, EU:C:2011:489, punt 35, dwar is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), u speċjalment l-Artikolu 6(4) tagħha, li l-formulazzjoni tiegħu hija identika għal dik tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-VAT.
( 7 ) F’dan ir-rigward, jista’ jiġi enfasizzat li l-interess f’din is-sistema ġie msaħħaħ favur l-iżvilupp ta’ mezzi ġodda ta’ xandir ta’ xogħlijiet mużikali li l-portata tagħhom kienet tmur ferm lil hinn mill-kapaċitajiet ta’ amministrazzjoni individwali mill-awturi tad-drittijiet tagħhom sabiex jikkontrollaw l-użu tax-xogħlijiet tagħhom, speċjalment fi swieq barranin (ara l-premessa 2 tad-Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU 2014, L 84, p. 72)). L-importanza tal-kompiti tas-soċjetajiet inkarigati mill-amministrazzjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur tirriżulta wkoll mill-adozzjoni, fid-Direttiva 2014/26, ta’ regoli komuni għall-Istati Membri. F’din l-okkażjoni, ġie enfasizzat li dawn is-soċjetajiet jipparteċipaw fit-twettiq tal-għan iktar ġenerali ta’ promozzjoni tad-diversità tal-espressjonijiet kulturali fi ħdan l-Unjoni Ewropea (ara l-premessa 3 ta’ din id-direttiva), li kien neċessarju li jiġu armonizzati l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-imsemmija soċjetajiet sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tagħhom (ara l-premessi 5 u 55 kif ukoll l-ewwel sentenza tal-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva), u li kellhom jiġu adottati dispożizzjonijiet partikolari li jsaħħu r-rwol tagħhom sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ liċenzji, fuq skala Ewropea, ta’ drittijiet tal-awtur għax-xogħlijiet mużikali bil-għan li dawn jintużaw onlajn (ara l-premessa 40 u t-tieni sentenza tal-Artikolu 1 tal-istess direttiva).
( 8 ) F’dan ir-rigward, inqis li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT, imsemmi mill-qorti tar-rinviju fl-ewwel domanda preliminari tagħha, ma jidhirlix li hija indispensabbli; ara l-punt 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 9 ) Fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-emenda tagħha permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 (ĠU 2010, L 189, p. 1).
( 10 ) Ara s-sentenza SAWP (punt 33).
( 11 ) Ara s-sentenza SAWP (punt 28).
( 12 ) Ara s-sentenza SAWP (punti 29 u 30).
( 13 ) Sentenza SAWP (punt 30).
( 14 ) Ara l-punti 45 sa 47 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 15 ) Ara s-sentenza SAWP (punt 20).
( 16 ) Ara s-sentenza SAWP (punt 24).
( 17 ) Ara s-sentenzi SAWP (punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata), u tat-3 ta’ Lulju 2019, UniCredit Leasing (C-242/18, EU:C:2019:558, punt 69 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 18 ) Ara s-sentenza SAWP (punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 19 ) Sentenza SAWP (punt 22).
( 20 ) Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 41 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 21 ) Għal dan il-għan, il-kawża prinċipali, dwar il-komunikazzjoni ta’ xogħlijiet mużikali lill-pubbliku, tiddistingwi ruħha wkoll minn dik li tat lok għas-sentenza tas-3 ta’ Marzu 1994, Tolsma (C‑16/93, EU:C:1994:80), dwar attività analoga sa fejn kienet tikkonsisti fid-daqq tal-mużika fit-toroq pubbliċi. Barra minn hekk, ebda remunerazzjoni ma kienet stipulata (ara l-punti 18 sa 20 ta’ dik is-sentenza).
( 22 ) Ara, bħala eżempju tal-metodi ta’ kalkolu tal-ħlasijiet, b’mod partikolari, is-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2008, Kanal 5 u TV 4 (C‑52/07, EU:C:2008:703, punti 37 sa 40), dwar ħlasijiet li jvarjaw skont id-dħul tal-kumpanniji ta’ xandir bit-televiżjoni u skont kemm tkun ixxandret mużika bit-televiżjoni.
( 23 ) Mid-dokumenti tal-proċess jirriżulta li s-soċjetà għall-amministrazzjoni kollettiva hija inkarigata mill-amministrazzjoni kollettiva mhux biss tar-remunerazzjoni tal-awturi, iżda wkoll tad-drittijiet l-oħra li tagħhom huma detenturi l-membri tagħha. Ara l-Artikolu 125(2) tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur.
( 24 ) Ara l-Artikolu 134(2)(a) tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur.
( 25 ) Il-Kummissjoni rreferiet għall-Artikolu 1311(2) tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur.
( 26 ) Ara s-sentenza SAWP (punti 31 u 32).
( 27 ) Ara s-sentenza SAWP (punt 22).
( 28 ) Fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-emenda tagħha permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008 (ĠU 2008, L 44, p. 11).
( 29 ) C‑51/18, EU:C:2018:1035.
( 30 ) Ara l-punti 36, 52 u 56 ta’ dik is-sentenza.
( 31 ) Ara s-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2018, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C‑51/18, EU:C:2018:1035, punt 54, li għandu jitqabbel mal-punti 56 u 57).
( 32 ) Ara s-sentenza Henfling et (punt 38) li tfakkar fid-distinzjoni li għandha ssir bejn l-aġent u l-mandatarju. Dan jaġixxi f’isem u għan-nom ta’ persuna oħra.
( 33 ) Sentenza Henfling et (punt 35). Korsiv miżjud minni. Ara wkoll il-punt 73 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 34 ) C‑274/15, EU:C:2017:333.
( 35 ) Ara l-punt 82 ta’ dik is-sentenza.
( 36 ) Korsiv miżjud minni.
( 37 ) Korsiv miżjud minni. Ara, bħala paragun, is-sentenza tat-3 ta’ Mejju 2012, Lebara (C‑520/10, EU:C:2012:264, punti 29 u 38), dwar il-bejgħ mill-ġdid minn distributur ta’ skedi tat-telefon f’ismu proprju u għall-interessi tiegħu.
( 38 ) Mir-riċerki tiegħi jirriżulta li din hija l-unika sentenza li tista’ titqabbel mal-kawża prinċipali.
( 39 ) Ara s-sentenza Henfling et (punti 40 u 42).
( 40 ) Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 125(2) tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur, iċċitat fil-punt 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 41 ) Għandha titqabbel mas-sentenza Henfling et (punt 41).
( 42 ) Ara l-punt 43 ta’ dik is-sentenza.
( 43 ) C-274/15, EU:C:2017:333.
( 44 ) Sentenza tal-4 ta’ Mejju 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C‑274/15, EU:C:2017:333, punt 86 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 45 ) Sentenza tal-4 ta’ Mejju 2017, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C‑274/15, EU:C:2017:333, punt 87 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, ukoll, is-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Amărăşti Land Investment (C‑707/18, EU:C:2019:1136, punt 38).
( 46 ) Sentenza Henfling et (punt 27).
( 47 ) Sentenza Henfling et (punt 33).
( 48 ) Ara s-sentenza Henfling et (punt 35).
( 49 ) Din hija l-kummissjoni dovuta meta jinġabar il-ħlas, miġbura fuq l-ammont ta’ dan il-ħlas. Ara l-Artikolu 134(2)(b) u (e) tal-Liġi dwar id-Drittijiet tal-Awtur, iċċitat fil-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-24 ta’ Novembru 2011, Circul Globus Bucureşti (C‑283/10, EU:C:2011:772, punt 20).
( 50 ) Nippreċiża li l-espressjoni “assenjazzjoni ta’ drittijiet” tkopri, f’dan il-każ, it-tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt l-eżerċizzju tad-dritt ta’ rappreżentanza protett.
( 51 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 49.
( 52 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-3 ta’ Mejju 2012, Lebara (C‑520/10, EU:C:2012:264, punti 23 sa 25).