<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-307/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0307</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:97">EU:T:2018:97</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas</HT>-<DATE ISO="20180227">27.2.2018</DATE> – <HT TYPE="SC">Kawża</HT> T-307/16</P><P><HT TYPE="SC">CEE Bankwatch Network vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward l-għoti ta’ self tal-Euratom għall-programm ta’ titjib tas-sigurtà tar-reatturi nukleari fl-Ukraina</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut parzjali ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-relazzjonijiet internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Interess pubbliku superjuri</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1367/2006</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għad-dokumenti dwar id-deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest tat-Trattat KEEA</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T-307/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CEE Bankwatch Network</HT>, stabbilita fi Praga (ir-Repubblika Ċeka), irrappreżentata minn C. Kiss, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Zadra, F. Clotuche-Duvieusart u C. Cunniffe, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq</HT>, irrappreżentat minn M. Holt u D. Robertson, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 2319 final tal-<DATE ISO="20160415">15 ta’ April 2016</DATE>, li tirrifjuta, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal diversi dokumenti dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3496 final tal-<DATE ISO="20130624">24 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dwar l-għoti ta’ self tal-Euratom għall-programm ta’ titjib tas-sigurtà tar-reatturi nukleari fl-Ukraina,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, P. Nihoul (Relatur) u J. Svenningsen, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni C(2013) 3496 final</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130624">24 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni C(2013) 3496 final (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>deċiżjoni tal-għoti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tat self tal-Euratom lill-kumpannija nazzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija Ukraina (Energoatom) għall-programm ta’ titjib tas-sigurtà tar-reatturi nukleari fl-Ukraina. Dan is-self kien iggarantit mill-Gvern Ukrain.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tal-għoti ġiet adottata b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni 77/270/Euratom tal-Kunsill tad-<DATE ISO="19770329">29 ta’ Marzu 1977</DATE> li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self ta’ l-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ power stations nuklejari (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 4), kif emendata bid-Deċiżjoni 94/179/Euratom tal-<DATE ISO="19940321">21 ta’ Marzu 1994</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 36). Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tikkuntratta, f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, fil-limiti tal-ammonti stipulati mill-Kunsill, self, li d-dħul minnu għandu jiġi allokat f’forma ta’ self għall-finanzjament ta’ proġetti li jsaħħu s-sigurtà u l-effiċjenza tal-impjanti nukleari ta’ diversi pajjiżi terzi elenkati fl-Anness, fosthom l-Ukraina.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Applikazzjoni għal aċċess għal dokumenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, CEE Bankwatch Network, hija assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, stabbilita skont id-dritt Ċek. Skont l-istatuti tagħha, din l-assoċjazzjoni għandha l-missjoni li tissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li joperaw f’dan ir-reġjun u li tippromwovi soluzzjonijiet alternattivi għall-politiki u għall-proġetti tagħhom, li jkunu sostenibbli mil-lat ambjentali, soċjali u ekonomiku, meta dan ikun possibbli. Il-kwartieri ġenerali tagħha huma stabbiliti fi Praga (ir-Repubblika Ċeka).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis-6 u s-<DATE ISO="20151107">7 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), aċċess għal diversi dokumenti relatati mad-deċiżjoni tal-għoti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għal aċċess kienet tirrigwarda ħames dokumenti jew kategoriji ta’ dokumenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-ftehim ta’ self tas-<DATE ISO="20130807">7 ta’ Awwissu 2013</DATE> konkluż bejn l-Ukraina u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, b’mod partikolari l-klawżoli dwar ir-rekwiżiti ambjentali u soċjali (punt 1 tal-applikazzjoni għal aċċess);</P></ITEM><ITEM><P>il-provi u l-opinjonijiet speċifiċi li rriżultaw mill-konsultazzjonijiet bejn id-dipartimenti msemmija fil-premessa 12 tad-deċiżjoni tal-għoti, li l-Kummissjoni kkunsidrat matul l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet qabel ir-rilaxx tal-ewwel parti tas-self, dwar l-azzjonijiet ewlenin tal-Ukraina fil-qasam nukleari u ambjentali (punt 2 tal-applikazzjoni għal aċċess);</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>il-komunikazzjonijiet uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Ukraina dwar l-impenji mogħtija minn din tal-aħħar li tirrispetta l-ftehimiet internazzjonali dwar l-ambjent, inklużi l-Konvenzjoni dwar l-Evalwazzjoni tal-Impatt fuq l-Ambjent f’Kuntest Transkonfinali, iffirmata f’Espoo (il-Finlandja) fil-<DATE ISO="19910225">25 ta’ Frar 1991</DATE>, li ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea fl-<DATE ISO="19970624">24 ta’ Ġunju 1997</DATE> u li daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Settembru tal-istess sena, kif ukoll il-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> (iktar ‘il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Konvenzjoni ta’ Aarhus<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u approvata f’isem il-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164M" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 164M, p. 17</REF.DOC.OJ>), bid-dawl b’mod partikolari tad-deċiżjoni adottata mil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Espoo ta’ Ġunju 2014, li sabet li l-Ukraina kienet naqset milli twettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ din il-konvenzjoni fir-rigward tal-qafas amministrattiv u legali ġenerali applikabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tar-reatturi nukleari (paragrafu 69 tad-Deċiżjoni VI/2) (punt 3 tal-applikazzjoni għal aċċess);</P></ITEM><ITEM><P>ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) dwar l-aspetti ekonomiċi u finanzjarji tal-proġett ta’ self, magħmula fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami tas-self (punt 4 tal-applikazzjoni għal aċċess);</P></ITEM><ITEM><P>kwalunkwe komunikazzjoni rċevuta mill-Gvern tal-Ukraina jew minn partijiet oħrajn dwar l-estensjoni ppjanata tat-tul tal-ħajja tal-unità 2 tal-impjant nukleari tan-Nofsinhar tal-Ukraina u tal-unità 1 tal-impjant nukleari ta’ Zaporijia (l-Ukraina) (punt 5 tal-applikazzjoni għal aċċess).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet kif ġej għall-applikazzjoni li kienet saritilha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fir-rigward tal-punt 1 tal-applikazzjoni għal aċċess, hija bagħtet żewġ siltiet mill-ftehim tas-self, dwar ir-rekwiżiti ambjentali u soċjali;</P></ITEM><ITEM><P>fir-rigward tal-punt 2 tal-applikazzjoni għal aċċess, hija rrifjutat l-aċċess għar-raġuni li d-dokumenti kkonċernati kienu koperti mill-eċċezzjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-każijiet fejn l-iżvelar ikun ser jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali tal-istituzzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>fir-rigward tal-punt 3 tal-applikazzjoni għal aċċess, hija bagħtet lir-rikorrenti żewġ ittri mibgħuta mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> tal-Kummissjoni lil diversi awtoritajiet Ukraini;</P></ITEM><ITEM><P>fir-rigward tal-punt 4 tal-applikazzjoni għal aċċess, hija rrifjutat aċċess għar-raġuni li d-dokument kien kopert mill-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar is-sitwazzjonijiet fejn l-iżvelar ikun ser jippreġudika l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika;</P></ITEM><ITEM><P>fir-rigward tal-punt 5 tal-applikazzjoni għal aċċess, hija indikat li ma kellha l-ebda dokument u rreferiet lir-rikorrenti għal konnessjoni diġitali (hyperlink).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat, abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, applikazzjoni konfermatorja lill-Kummissjoni, sabiex din tirrevedi l-pożizzjoni tagħha dwar id-dokumenti msemmija fil-punti 1, 2, 3 u 4 tal-applikazzjoni tagħha għal aċċess. Għall-kuntrarju, hija ma fformulatx applikazzjoni rigward il-punt 5. Fl-applikazzjoni konfermatorja tagħha, ir-rikorrenti invokat ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE> dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="264" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 264, p. 13</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20160209">9 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Kummissjoni estendiet it-terminu għal tweġiba bi ħmistax-il jum ta’ xogħol, b’mod konformi mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20160301">1 ta’ Marzu 2016</DATE>, hija estendiet mill-ġdid it-terminu previst sabiex twieġeb għall-applikazzjoni konfermatorja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-att ikkontestat</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Bid-Deċiżjoni C(2016) 2319 final tagħha, tal-<DATE ISO="20160415">15 ta’ April 2016</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), il-Kummissjoni wieġbet għall-applikazzjoni konfermatorja. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset, b’mod preliminari, li r-Regolament Nru 1367/2006 ma kienx applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt 1 tal-applikazzjoni għal aċċess (il-ftehim ta’ self), il-Kummissjoni kkonfermat id-deċiżjoni tagħha li tagħti aċċess parzjali biss għall-ftehim ta’ self, limitat għall-klawżoli ambjentali u soċjali li jinsabu f’dan id-dokument. Hija qieset li l-kumplament tal-ftehim ma kellux jiġi żvelat fuq il-bażi, minn naħa, tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali, u, min-naħa l-oħra, tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament, dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt 2 tal-applikazzjoni għal aċċess (il-konsultazzjonijiet bejn id-dipartimenti u l-provi rigward l-evalwazzjoni ta’ qabel ir-rilaxx tal-ewwel parti tas-self), il-Kummissjoni tat aċċess għal tliet dokumenti: in-nota tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> lid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20141024">24 ta’ Ottubru 2014</DATE> u żewġ ittri ta’ Energoatom lid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tal-<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>. Madankollu, hija rrifjutat li tgħaddi l-ismijiet, it-titoli u l-firem tal-persuni msemmija f’kull wieħed minn dawn id-dokumenti, abbażi tal-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt 3 tal-applikazzjoni għal aċċess (il-komunikazzjonijiet uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Ukraina), il-Kummissjoni qalet li ma kien hemm ebda komunikazzjoni oħra li taqa’ taħt din il-kategorija barra ż-żewġ ittri tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> li kienet diġà bagħtet permezz tal-ittra tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt 4 tal-applikazzjoni għal aċċess (ir-rakkomandazzjoni tal-BEI), il-Kummissjoni tat aċċess għar-rakkomandazzjoni tal-BEI, iżda qieset li dan l-aċċess kellu jkun limitat. F’dan ir-rigward hija reġgħet ibbażat ruħha fuq l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija sostniet ukoll fid-deċiżjoni kkontestata li ċerti partijiet tad-dokument li għalihom hija rrifjutat l-aċċess jinkludu klawżoli tal-kuntratt ta’ self li fir-rigward tagħhom hija qieset li kienet diġà wriet li l-iżvelar tagħhom jippreġudika l-interessi kummerċjali tagħha u dawk ta’ Energoatom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt 5 tal-applikazzjoni għal aċċess (il-komunikazzjonijiet dwar l-estensjoni tat-tul tal-ħajja ta’ żewġ reatturi), il-Kummissjoni kkonfermat li hija ma kellha l-ebda dokument li, fil-fehma tagħha, seta’ jkun rilevanti sabiex twieġeb għall-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li f’dan il-każ ma kien hemm ebda interess pubbliku superjuri fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jiġġustifika l-iżvelar sħiħ tal-ftehim ta’ self u tar-rakkomandazzjoni tal-BEI.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20160617">17 ta’ Ġunju 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160916">16 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq talab sabiex jintervjeni f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Dan l-intervent intlaqa’ permezz ta’ digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20161122">22 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat ir-replika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20161219">19 ta’ Diċembru 2016</DATE>, ir-Renju Unit informa lill-Qorti Ġenerali li huwa kien qiegħed jirrinunzja milli jippreżenta n-nota ta’ intervent tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20170109">9 ta’ Jannar 2017</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) ikkonstatat li l-partijiet ma ppreżentaw ebda talba għall-iffissar ta’ seduta fit-terminu previst fl-Artikolu 207(1) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha u ddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 207(2) tal-istess Regoli, li taqta’ l-kawża mingħajr fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fir-risposta, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20170424">24 ta’ April 2017</DATE>, il-Qorti Ġenerali ordnat lill-Kummissjoni tipproduċi l-kuntratt ta’ self u r-rakkomandazzjoni tal-BEI fl-intier tagħhom, skont l-Artikolu 91(c) u l-Artikolu 92 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha. Dawn id-dokumenti ntbagħtu lill-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20170502">2 ta’ Mejju 2017</DATE> u ma ġewx innotifikati la lir-rikorrenti u lanqas lir-Renju Unit, skont l-Artikolu 104 tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi, ibbażati, rispettivament:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fuq żball imwettaq mill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tar-regoli applikabbli, inkwantu hija ma applikatx ir-Regolament Nru 1367/2006 għall-applikazzjoni għal aċċess li kienet saritilha;</P></ITEM><ITEM><P>fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali;</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali;</P></ITEM><ITEM><P>fuq ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il-Kummissjoni ma eżaminatx jekk l-iżvelar ikunx iġġustifikat minħabba interess pubbliku superjuri.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba li, fit-tweġiba tagħha tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, id-deċiżjoni kkontestata u fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni ma kkunsidratx biżżejjed l-argumenti żviluppati mir-rikorrenti matul il-proċedura amministrattiva u kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament Nru 1049/2001</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li s-sistema ġenerali dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma minn istituzzjoni, jiġifieri stabbiliti jew irċevuti minnha u fil-pussess tagħha, ġiet stabbilita bir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-premessa 1 tiegħu, dan ir-regolament huwa espressjoni tar-rieda, espressa fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE, introdott bit-Trattat ta’ Amsterdam, li jsir pass ġdid lejn il-ħolqien ta’ għaqda dejjem eqreb fost il-popli tal-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu b’mod li jiġi osservat kemm jista’ jkun il-prinċipju ta’ trasparenza u b’mod li jkun kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin. Kif tfakkar il-premessa 2 tal-imsemmi regolament, id-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet huwa marbut man-natura demokratika ta’ dawn tal-aħħar (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja u Turco vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-imsemmi regolament huwa intiż, kif juru l-premessa 4 u l-Artikolu 1 tiegħu, sabiex jagħti lill-pubbliku dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet kemm jista’ jkun wiesa’ (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja u Turco vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, dan id-dritt huwa suġġett għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat. B’mod iktar speċifiku, u b’mod konformi mal-premessa 11 tiegħu, ir-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi, fl-Artikolu 4 tiegħu, sistema ta’ eċċezzjonijiet li tawtorizza lill-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ li l-iżvelar ta’ dan tal-aħħar jippreġudika wieħed mill-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’hekk, it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a), tar-Regolament Nru 1049/2001 jippermetti lil dawn l-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament jippermetti lill-istituzzjonijiet jirrrifjutaw l-aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>interessi kummerċjali ta’ persuna naturali jew legali, inkluża l-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Għal dan il-każ speċifiku, id-dispożizzjoni tipprovdi li l-eċċezzjoni għandha titneħħa jekk interess pubbliku superjuri jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument imsemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li tali eċċezzjonijiet jidderogaw mill-prinċipju tal-iktar aċċess wiesa’ possibbli tal-pubbliku għal dokumenti, dawn l-eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja u Turco vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk, meta l-istituzzjoni kkonċernata tirrifjuta l-aċċess għal dokument li tkun intalbet il-komunikazzjoni tiegħu, din għandha, bħala prinċipju, tipprovdi spjegazzjonijiet dwar kif l-aċċess għal dan id-dokument jista’ jippreġudika b’mod konkret u effettiv l-interess protett mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u invokata minn din l-istituzzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, ir-riskju ta’ tali preġudizzju għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux biss ipotetiku (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja u Turco vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L‑Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball imwettaq mill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tar-regoli applikabbli, inkwantu hija ma applikatx ir-Regolament Nru 1367/2006 għall-applikazzjoni għal aċċess li kienet saritilha</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti tikkritika d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-regoli kollha applikabbli għal dan il-każ. F’dan il-każ, id-deċiżjoni ġiet adottata abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 mingħajr ma l-Kummissjoni qieset ir-Regolament Nru 1367/2006 li, madankollu, huwa essenzjali għaliex jillimita l-possibbiltà, għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, li jirrifjutaw l-aċċess għal dokumenti meta l-informazzjoni mitluba tkun marbuta ma’ emissjonijiet fl-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament Nru 1367/2006, li l-applikazzjoni tiegħu qiegħda tintalab mir-rikorrenti, idaħħal, fis-sistema ġenerali tal-aċċess għal dokumenti, arranġamenti speċifiċi fil-każ li jkunu kkonċernati l-aċċess għal informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>B’hekk, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u msemmija fil-punt 33 iktar ’il fuq, ibbażata fuq il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, li hija invokata mill-Kummissjoni sabiex tiċħad l-aċċess għal ċerti dokumenti mitluba mir-rikorrenti, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprovdi li l-iżvelar għandu jitqies li jippreżenta interess pubbliku superjuri u li, konsegwentement, id-dokumenti għandhom jiġu kkomunikati meta l-informazzjoni mitluba tkun marbuta ma’ emissjonijiet fl-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, imsemmija fil-punt 32 iktar ’il fuq, it-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 tipprovdi li l-imsemmija eċċezzjoni għandha tiġi interpretata b’mod strett, fid-dawl tal-interess pubbliku li jirrappreżenta l-iżvelar u tal-kwistjoni jekk l-informazzjoni mitluba tkunx konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi ddeterminat jekk dawn ir-regoli speċifiċi li jinsabu fir-Regolament Nru 1367/2006 għandhomx japplikaw f’din il-kawża sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li fihom l-aċċess għad-dokumenti mitluba seta’ jiġi rrifjutat, skont il-każ, mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-deċiżjoni kkontestata kienet ġiet adottata wara l-għoti ta’ self mill-Kummissjoni lill-impriża Ukraina Energoatom, self dan li kien is-suġġett tad-deċiżjoni tal-għoti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Kif ġie indikat fil-punt 2 ta’ din is-sentenza, id-deċiżjoni ta’ għoti ttieħdet b’applikazzjoni tad-Deċiżjoni 77/270, li ġiet emendata bid-Deċiżjoni 94/179, b’dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq l-Artikoli 1, 2, 172 u 203 EA.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’hekk, id-dokumenti rrifjutati jikkonċernaw att adottat fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat KEEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għar-rikorrenti, din iċ-ċirkustanza hija irrilevanti għall-applikazzjoni tar-regolamenti msemmija hawn fuq. Insostenn tal-pożizzjoni tagħha, hija ssostni li l-Euratom hija parti mill-Unjoni. Fir-replika, hija tallega li l-Kummissjoni hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>istituzzjoni Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1367/2006. Minn din l-affermazzjoni hija tiddeduċi li kull dokument fil-pussess ta’ din l-istituzzjoni huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, kemm jekk dan id-dokument ġie stabbilit jew akkwistat fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati UE u FUE, u kemm jekk fil-qafas ta’ dawk li jirriżultaw mit-Trattat KEEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li, skont it-titolu tiegħu, il-premessi tiegħu u d-dispożizzjonijiet tiegħu, ir-Regolament Nru 1367/2006 jimplimenta, fil-qasam ta’ informazzjoni, obbligi assunti fil-kuntest ta’ konvenzjoni internazzjonali li għaliha l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ma hijiex parti, jiġifieri l-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/370/KE tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164M" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L164M, p. 17</REF.DOC.OJ>), din il-konvenzjoni ġiet approvata biss f’isem il-Komunità Ewropea, illum l-Unjoni. Peress li ma hijiex parti għal din il-konvenzjoni, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika ma tistax tkun suġġetta, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni f’sens kuntrarju, għall-obbligi li jinsabu fir-Regolament li jimplimentaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li l-atti adottati b’applikazzjoni tat-Trattat KEEA ma humiex neċessarjament suġġetti, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, għall-obbligi li huma applikabbli fil-kuntest tal-Unjoni. Kif tenfasizza l-Kummissjoni, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Komunità Ewropea, li saret l-Unjoni, huma fil-fatt organizzazzjonijiet differenti stabbiliti minn Trattati separati, b’personalitajiet ġuridiċi differenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19650407">7 ta’ April 1965</DATE>, <NAME.CASE>Müller vs Il-Kunsilli</NAME.CASE>, <NO.CASE>28/64</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1965:39">EU:C:1965:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 321) u kull waħda hija suġġetta, f’dak li jirrigwardaha, għal regoli speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-regoli applikabbli fi ħdan il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huma previsti mit-Trattat KEEA. Fost dawn ir-regoli hemm l-Artikolu 106a(1) EA li, għall-funzjonament tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, jagħmel applikabbli xi dispożizzjonijiet tat-Trattati UE u FUE, b’mod partikolari l-Artikolu 15 TFUE, li qabel kien l-Artikolu 255 KE, li jikkostitwixxi l-bażi tar-Regolament Nru 1049/2001. Ibbażat fuq dispożizzjoni applikabbli fil-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, dan ir-regolament, li jistabbilixxi s-sistema ġenerali għall-aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, huwa intiż li japplika, mingħajr ma dan ġie kkontestat mir-rikorrenti, għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet u l-korpi li jaġixxu f’dan il-kuntest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Kif indikat il-Kummissjoni, is-sitwazzjoni hija differenti għar-Regolament Nru 1367/2006 li, kif jindika l-preambolu tiegħu, ġie adottat abbażi tal-Artikolu 175 KE, li sar l-Artikolu 192 TFUE. Peress li dan tal-aħħar ma huwiex imsemmi fl-Artikolu 106a(1) EA, l-atti adottati abbażi tiegħu, inkluż l-imsemmi regolament, ma jistgħux jiġu applikati fil-kuntest tal-Euratom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li, fit-test tiegħu, ir-Regolament Nru 1367/2006 jindirizza, b’mod partikolari, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità Ewropea, mingħajr ma jikkunsidra l-applikazzjoni tiegħu għal entitajiet oħra, pereżempju għall-istituzzjonijiet jew għall-korpi li jaqgħu taħt il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Għalhekk, it-titolu tiegħu jippreċiża li r-Regolament japplika d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Barra minn hekk, il-bażi tar-Regolament indikata fil-bidu tal-preambolu tirreferi biss għat-Trattat KE. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 2(1)(ċ) jipprovdi li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>l-istituzzjonijiet jew korp tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kwalunkwe istituzzjoni pubblika, korp, uffiċċju jew aġenzija stabbiliti mit-Trattat jew abbażi ta’ l-istess Trattat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li, fid-dawl tal-bażi tar-Regolament Nru 1367/2006, jista’ jkun biss it-Trattat KE, li ppreċeda t-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Din l-analiżi ma tistax tiġi kkontestata mill-argumenti invokati mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tikkontesta l-fatt li r-Regolament Nru 1367/2006 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, kif ġie indikat fil-punt 46 iktar ’il fuq, dan l-argument huwa kontradett mill-kliem stess tar-regolament invokat, li jagħmel referenza, fit-titolu, fil-premessi u fid-dispożizzjonijiet tiegħu, għall-imsemmija konvenzjoni, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 2(1)(d) tar-Regolament Nru 1367/2006 jinkludi fid-definizzjoni ta’ informazzjoni dwar l-ambjent <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ir-radjazzjoni jew l-iskart, inklużi l-iskart radjuattiv<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. Minn din ir-referenza għal realtajiet radjoattivi f’dan ir-regolament, hija tiddeduċi li dan japplika għall-aċċess għal informazzjoni dwar is-sigurtà nukleari, inklużi dokumenti miżmuma fil-kuntest tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li ma hemm l-ebda bażi legali għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 għal dokumenti miżmuma fil-kuntest tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika peress li d-dispożizzjoni li fuqha huwa bbażat dan ir-regolament ma hijiex applikabbli għat-Trattat KEEA. Din l-assenza ta’ bażi legali ma tistax tiġi kkumpensata bil-preżenza fl-imsemmi regolament ta’ termini li fihom referenzi għall-enerġija nukleari, speċjalment meta tali referenzi jistgħu jinstabu f’kuntesti oħra għajr dak tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li r-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni ġew emendati sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament Nru 1367/2006, b’mod partikolari meta din l-istituzzjoni taġixxi fil-kuntest tat-Trattat KEEA. Dwar dan il-punt, hija tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/401/KE, Euratom tat-<DATE ISO="20080430">30 ta’ April 2008</DATE> li temenda r-regoli ta’ Proċedura tagħha fir-rigward ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="140" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 140, p. 22</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, kif tenfasizza r-rikorrenti, li l-Kummissjoni ħadet deċiżjoni sabiex tiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 għall-atti adottati minnha, li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Euratom<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> tidher fin-numru ta’ din id-deċiżjoni u li l-preambolu ta’ din tal-aħħar jindika li hija ġiet adottata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-preżenza ta’ dawn it-termini tirriżulta mill-fatt li l-att innifsu li d-Deċiżjoni 2008/401 temenda huwa bbażat fuq it-Trattat KEEA, kif ukoll fuq it-Trattat KE, it-Trattat KEFA u t-Trattat UE. Peress li r-Regoli tal-Proċedura tal-Kummissjoni kienu bbażati b’mod partikolari fuq it-Trattat KEEA, id-deċiżjoni li temendahom kellha wkoll tkun ibbażata fuq dan it-Trattat kif ukoll fuq it-Trattati UE u KE. Min-naħa l-oħra, minħabba li kien skada fit-<DATE ISO="20020723">23 ta’ Lulju 2002</DATE>, jiġifieri qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/401, it-Trattat KEFA ma ssemmiex iktar, bħala bażi, f’din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, dawn it-termini ma jistgħux ikollhom l-effett li jestendu l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 għal dokumenti miżmuma fil-kuntest tat-Trattat KEEA. Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti u kif jirriżulta mill-punt 47 iktar ’il fuq, l-Unjoni u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għandhom, it-tnejn li huma, personalità ġuridika separata, u l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Euratom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fid-Deċiżjoni 2008/401 ma jistax ikollha l-konsegwenza li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1367/2006, applikabbli għall-Kummissjoni biss meta taġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat FUE, japplikaw ukoll għal din l-istituzzjoni meta taġixxi fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat KEEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tqis li r-Regolament Nru 1367/2006 għandu jiġi applikat fil-kuntest tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika b’konsegwenza tad-Deċiżjoni Nru 2335/2008/(VIK)CK tal-Ombudsman Ewropew, li allegatament iddeċieda f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni msemmija hawn fuq, l-Ombudsman jikkonstata li l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea, issostitwita mill-Unjoni, huma partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Aarhus bil-konsegwenza li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom japplikaw ir-regoli li hija tistabbilixxi meta jirċievu talba għall-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-ambjent (punt 61 tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq). Skont l-Ombudsman, l-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti (punt 62 ta’ din id-deċiżjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, dawn l-osservazzjonijiet ma jindikawx li, skont l-Ombudsman, ir-Regolament Nru 1367/2006 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma fil-kuntest tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Huma jikkonfermaw biss li, f’dak li jikkonċerna l-aċċess għall-informazzjoni, il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, inkwantu din ġiet implimentata bir-Regolament Nru 1367/2006, għandha tapplika għall-atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni meta dawn jaġixxu fil-kuntest ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-Ombudsman isostni madankollu, fid-deċiżjoni msemmija fil-punt 60 iktar ’il fuq, li, bis-saħħa tal-Artikoli 15 TFUE u 106(a)(1) EA, dawn l-obbligi huma applikabbli għad-dokumenti miżmuma fil-kuntest tat-Trattat KEEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kuntrarjament għal dak li tgħid ir-rikorrenti, ir-Regolament Nru 1367/2006 ma ġiex adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 255 KE, li sar l-Artikolu 15 TFUE, iżda kien ibbażat fuq l-Artikolu 175 KE, li sar l-Artikolu 192 TFUE, li ma japplikax fil-kuntest tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. La ma hijiex applikabbli fil-kuntest tal-imsemmija Komunità, din l-aħħar dispożizzjoni ma tistax tipprovdi bażi għall-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament għad-dokumenti miżmuma fil-kuntest ta’ din il-Komunità (ara l-punti 48 u 49 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-Ombudsman jindika wkoll fid-deċiżjoni tiegħu li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jinterpretaw id-dritt tal-Unjoni fid-dawl tal-prinċipji ġenerali u tad-drittijiet fundamentali, fosthom l-aċċess għal dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif tindika r-rikorrenti, id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti ġie stabbilit bħala dritt fundamentali fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u li, skont l-Artikolu 6(3) TUE, id-drittijiet fundamentali, kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom il-valur ta’ prinċipji ġenerali tad-dritt fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-Unjoni, l-Artikolu 52(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprovdi li d-drittijiet irrikonoxxuti minn din tal-aħħar li huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skont il-kundizzjonijiet u l-limiti ddefiniti minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 15 TFUE, li ssostitwixxa l-Artikolu 255 KE, jipprovdi li l-limiti għad-dritt ta’ aċċess huma stabbiliti b’regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Bl-istess mod, mill-Artikoli 191 u 192 TFUE, fejn dan l-artikolu tal-aħħar issostitwixxa l-Artikolu 175 KE, jirriżulta li l-azzjonijiet li jimplimentaw il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent huma deċiżi, bħala prinċipju, mill-Parlament u mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Sabiex wieħed jifhem il-limiti tad-dritt ta’ aċċess, jeħtieġ li wieħed jirreferi għall-atti adottati skont dawn id-dispożizzjonijiet, jiġifieri r-Regolamenti Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Madankollu, filwaqt li r-Regolament Nru 1049/2001 japplika għad-dokumenti miżmuma fil-kuntest tal-Komunità Ewropea, li saret l-Unjoni, u fil-kuntest tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika minħabba l-Artikolu 106a(1) EA, is-sitwazzjoni hija differenti, għar-raġunijiet indikati iktar ’il fuq, fir-rigward tar-Regolament Nru 1367/2006, li japplika biss fil-kuntest tal-Komunità Ewropea, li saret l-Unjoni, f’dak li jirrigwarda l-informazzjoni dwar l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont dawn l-atti, għandu jingħata aċċess wiesa’ għall-informazzjoni fil-pussess tal-istituzzjonijiet filwaqt li jiġi żgurat li dan l-aċċess jiġi rrikonċiljat ma’ interessi oħra mħarsa minnhom, sa fejn u bil-mod deskritti fihom u mingħajr ma jinbidel il-kamp ta’ applikazzjoni mogħti lil kull wieħed minn dawn l-atti. Dan ikun il-każ jekk l-obbligi stabbiliti mir-Regolament Nru 1367/2006 jiġu applikati lil hinn mill-istituzzjonijiet u mill-korpi tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijiet internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali ma tistax tiġġustifika r-rifjut li jiġi kkomunikat il-kuntratt sħiħ ta’ self (il-punt 1 tal-applikazzjoni għal aċċess), peress li l-aċċess għal dan id-dokument mhux se jkun ta’ ħsara għas-sigurtà nukleari u peress li l-Kummissjoni ma spjegatx kif dan l-aċċess jista’ b’mod konkret u effettiv jippreġudika l-protezzjoni ta’ dan l-interess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jippreġudika l-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, in-natura partikolarment sensittiva u essenzjali tal-interessi protetti minn din id-dispożizzjoni, flimkien man-natura obbligatorja tar-rifjut ta’ aċċess li, skont l-imsemmija dispożizzjoni, għandha tagħti l-istituzzjoni meta l-iżvelar lill-pubbliku ta’ dokument ikun ser jippreġudika dawn l-interessi, jagħtu lid-deċiżjoni li għandha hekk tittieħed mill-istituzzjoni natura kumplessa u delikata li teħtieġ grad ta’ prudenza partikolari ħafna. Għalhekk, din id-deċiżjoni tirrikjedi marġni ta’ diskrezzjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Jurašinović vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-658/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:766">EU:T:2015:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali qiesu li l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 huma ġenerali ħafna, u li rifjut ta’ aċċess għandu fil-fatt jiġi oppost, kif jirriżulta mit-termini ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-iżvelar tad-dokument ikkonċernat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>idgħajjef<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> il-protezzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> f’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>relazzjonijiet internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Jurašinović vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-658/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:766">EU:T:2015:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-istħarriġ eżerċitat mill-Qorti Ġenerali fuq il-legalità ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq din id-dispożizzjoni għandu jkun limitat, skont l-imsemmija ġurisprudenza, għall-verifika tal-osservanza tar-regoli proċedurali u dwar il-motivazzjoni, tal-eżattezza materjali tal-fatti kif ukoll tan-nuqqas ta’<?PAGE NO="12"?> żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti u ta’ abbuż ta’ poter (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Jurašinović vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-658/14</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:766">EU:T:2015:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Rigward, b’mod partikolari, il-motivazzjoni, din għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtur tal-att, b’tali mod li l-persuni interessati jkunu jistgħu jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u b’tali mod li l-qorti kompetenti tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ir-rekwiżit tal-motivazzjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ, b’mod partikolari fid-dawl tal-kontenut tal-att, tan-natura tar-raġunijiet mogħtija u tal-interess li d-destinatarji jew persuni oħrajn ikkonċernati direttament u individwalment mill-att jista’ jkollhom sabiex jiksbu spjegazzjonijiet. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti ta’ fatt u ta’ dritt rilevanti kollha, sa fejn il-kwistjoni ta’ jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 253 KE, li sar l-Artikolu 296 TFUE, għandha tiġi evalwata mhux biss fir-rigward tal-formulazzjoni tiegħu, iżda wkoll fir-rigward tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli legali kollha li jirregolaw il-materja kkonċernata (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Williams vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-42/05</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:325">EU:T:2008:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li, fir-rigward tal-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess imsemmija f’din id-dispożizzjoni, ir-rifjut tal-istituzzjoni huwa obbligatorju meta l-iżvelar lill-pubbliku ta’ dokument ikun ta’ natura li tista’ tippreġudika l-interessi mħarsa bl-imsemmija dispożizzjoni, mingħajr ma hemm lok, f’każ bħal dan u b’differenza minn dak li jipprovdi b’mod partikolari l-paragrafu 2 tal-istess Artikolu, li jiġu bbilanċjati l-eżiġenzi marbuta mal-ħarsien ta’ dawn l-interessi ma’ dawk li jirriżultaw minn interessi oħra (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti li għandu jiġi evalwat jekk, kif issostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni kisritx it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni essenzjalment ifformulat tliet kunsiderazzjonijiet sabiex tiġġustifika r-rifjut tagħha li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti jew għal partijiet ta’ dokumenti fuq il-bażi tal-eċċezzjoni dwar ir-relazzjonijiet internazzjonali:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel nett, l-iżvelar sħiħ tal-kuntratt ta’ self jirriskja li jkisser l-isforzi sabiex tinbena relazzjoni ta’ kwalità mal-Ukraina bil-ħsieb li tittejjeb is-sigurtà tal-impjanti nukleari tagħha u huwa fl-interess tal-Unjoni li żżomm din il-kwalità ta’ relazzjonijiet internazzjonali mhux biss ma’ dan l-Istat, iżda wkoll ma’ pajjiżi oħra ġirien;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni nett, l-Ukraina hija sieħeb strateġiku tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku;</P></ITEM><ITEM><P>l-aħħar nett, l-iżvelar ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva relatata ma’ Energoatom ikollu impatt diplomatiku negattiv.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ewwel u t-tielet waħda huma kkritikati mir-rikorrenti filwaqt li t-tieni waħda ma tqajjem l-ebda osservazzjoni min-naħa ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel u tat-tielet kunsiderazzjonijiet, ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni ma ppreċiżatx jekk l-għan tas-sigurtà nukleari kienx marbut mas-sigurtà pubblika, mad-difiża jew mar-relazzjonijiet internazzjonali, li lkoll kemm huma huma koperti mill-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tirreferi, fil-punt 2.2 tagħha, b’mod ċar u espliċitu, għall-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali, previst fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001. Barra minn hekk, mill-ispjegazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li, għall-Kummissjoni, jekk ir-relazzjoni ta’ kwalità stabbilita mal-Ukraina tmur għall-agħar, l-isforzi mwettqa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-impjanti madwar l-Unjoni jistgħu jisfaw fix-xejn. Fuq il-bażi ta’ dawn l-elementi, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-eċċezzjoni applikata ġiet identifikata mill-Kummissjoni bħala dik li tinsab fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-regolament imsemmi hawn fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tallega li, kuntrarjament għal dak li tindika l-Kummissjoni, l-aċċess għad-dokumenti mitluba ma jippreġudikax is-sigurtà nukleari nnifisha, peress li dawn id-dokumenti jinkludu biss data ta’ natura finanzjarja u ekonomika, u peress li tali data ma għandha ebda impatt fuq din il-kwistjoni ta’ sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkonstatat li dan l-argument huwa ineffettiv peress li l-Kummissjoni ma ġġustifikatx id-deċiżjoni tagħha billi indikat li l-applikazzjoni kienet tirrigwarda informazzjoni dwar is-sigurtà nukleari, iżda billi nnotat, kif jirriżulta mill-punt 83 iktar ’il fuq, li l-iżvelar tal-kuntratt seta’ jaffettwa r-relazzjoni ta’ kwalità li hija kienet stabbilixxiet mal-Ukraina u li kien importanti li tinżamm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li l-mod kif l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz jipperċepixxu d-deċiżjonijiet ta’ istituzzjoni ma jifformax parti mill-eċċezzjonijiet għall-obbligu li jingħata aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li l-mod kif l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz jipperċepixxu d-deċiżjonijiet tal-Unjoni huwa komponent tar-relazzjonijiet stabbiliti ma’ dak il-pajjiż terz. Fil-fatt, il-kontinwazzjoni u l-kwalità ta’ dawn ir-relazzjonijiet jiddependu minn din il-perċezzjoni. Għalhekk din il-perċezzjoni tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli ma spjegatx kif l-iżvelar tad-dokumenti mitluba seta’ jagħmel ħsara lir-relazzjonijiet stabbiliti mal-Ukraina fil-qasam tas-sigurtà nukleari. Barra minn hekk, il-Kummissjoni allegatament ma spjegatx kif l-iżvelar ta’ data kummerċjali sensittiva dwar Energoatom kien ser ikollu impatt diplomatiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punti 77 sa 79 iktar ‘il fuq, dan l-argument għandu jiġi miċħud. Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni fil-fatt indikat, b’mod espliċitu, li l-Ukraina kienet aċċettat b’mod volontarju li toqgħod għall- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>istress tests<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li dawn kienu ppermettew lill-Kummissjoni u lill-Ukraina jifhmu aħjar ir-riskji eżistenti u li kien b’mod ċar fl-interess tal-Unjoni li żżomm din ir-relazzjoni ta’ kwalità u li tippromwovi l-iktar regoli Ewropej stretti dwar is-sikurezza nukleari fil-pajjiżi ġirien. Il-Kummissjoni spjegat ukoll li l-iżvelar sussegwenti tal-kuntratt sħiħ lil partijiet terzi aktarx kien jiddeterjora r-relazzjoni ta’ kwalità li kienet ġiet stabbilita bil-konsegwenzi kollha li jirriżultaw għas-sigurtà nukleari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fil-kuntest tal-eċċezzjoni prevista, il-Kummissjoni indikat li l-iżvelar ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva relatata ma’ Energoatom kien ser ikollu impatt diplomatiku negattiv. Peress li din hija impriża tal-Istat, din il-motivazzjoni ma kienet teħtieġ ebda spjegazzjoni addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, ir-rikorrenti ssostni li, fil-fehma tagħha, ir-riskju invokat mill-Kummissjoni sabiex tiċħad l-applikazzjoni tagħha ma huwiex raġonevolment prevedibbli, iżda purament ipotetiku. Fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 35 iktar ’il fuq, in-natura ta’ dan ir-riskju ma kinitx tippermetti, fil-fehma tagħha, li tiġi adottata d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-iżvelar ta’ kuntratt konkluż minn istituzzjoni Ewropea ma’ impriża pubblika ta’ pajjiż terz u bbażat fuq ir-relazzjoni ta’ kwalità stabbilita mal-awtoritajiet ta’ dan il-pajjiż jista’ jkollu effett ta’ deterjorament fuq din ir-relazzjoni u, għaldaqstant, jostakola t-twettiq tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mill-kuntratt u, b’mod iktar ġenerali, il-politika li dan tal-aħħar ikun jagħmel parti minnha sa fejn kuntratti tal-istess tip huma konklużi ma’ pajjiżi terzi oħra. F’dan il-każ, din il-politika hija kruċjali għall-Unjoni, peress li hija intiża sabiex tiżgura s-sigurtà tal-impjanti nukleari fil-pajjiżi ta’ madwarha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-riskju invokat jippreżenta livell raġonevoli ta’ prevedibbiltà u ma huwiex ipotetiku. Id-deċiżjoni kkontestata għalhekk ma hijiex vvizzjata, fuq dan il-punt, minn żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-impatt diplomatiku negattiv li jista’ jinħoloq bl-iżvelar tad-data kummerċjali dwar Energoatom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-qari tal-kuntratt li ġie kkomunikat lill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-miżura istruttorja msemmija fil-punt 25 iktar ’il fuq, jirriżulta li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-partijiet minn dan il-kuntratt li ma kinux ikkomunikati jinkludu informazzjoni sensittiva dwar Energoatom, bħal klawżoli li jidentifikaw ir-riskji kummerċjali potenzjali u l-kundizzjonijiet finanzjarji, li l-iżvelar tagħhom ikun ta’ natura li konkretament u effettivament jippreġudika l-protezzjoni tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Ma’ dak li ntqal iktar ’il fuq, hemm lok li wieħed iżid ukoll li, kif jirriżulta mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-protezzjoni tal-interess pubbliku li għadu kif ġie deskritt ma kellhiex tiġi bbilanċjata ma’ interess pubbliku superjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 80 iktar ’il fuq, il-motivazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni hija suffiċjenti sabiex tippermetti lir-rikorrenti ssir taf il-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda u lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li, kuntrarjament għal dak li ġie deċiż mill-Kummissjoni, l-eċċezzjoni dwar l-interessi kummerċjali, prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ma tistax tiġġustifika, f’dan il-każ, ir-rifjut ta’ żvelar tal-kuntratt kollu (punt 1 tal-applikazzjoni għal aċċess) u tar-rakkomandazzjoni tal-BEI (punt 4 tal-applikazzjoni għal aċċess), u dan minħabba li Energoatom ma għandha l-ebda interess kummerċjali, minħabba li l-Kummissjoni ma spjegatx għaliex dan l-aċċess kien ser jippreġudika konkretament u effettivament il-protezzjoni ta’ dan l-interess u minħabba li dan huwa riskju ipotetiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jippermetti li l-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika, inkluża l-proprjetà intellettwali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, sakemm interess pubbliku superjuri ma jiġġustifikax l-iżvelar tad-dokument imsemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punt 34 iktar ’il fuq, l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett, b’tali mod li l-pubbliku jingħata l-ikbar aċċess possibbli għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument li l-iżvelar tiegħu jkun intalab, bħala prinċipju ma huwiex suffiċjenti, skont il-ġurisprudenza, li dan id-dokument mitlub jaqa’ taħt attività msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Bħala prinċipju, l-istituzzjoni li tirċievi l-applikazzjoni hija meħtieġa wkoll li tipprovdi spjegazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni dwar kif l-aċċess għall-imsemmi dokument jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interess protett mill-eċċezzjoni jew mill-eċċezzjonijiet li hija tinvoka. Barra minn hekk, ir-riskju ta’ tali preġudizzju għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-210/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:224">EU:T:2017:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jidher għalhekk li l-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni sabiex tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni mitluba għandha tiġi eżaminata fid-dawl ta’ tliet rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel rekwiżit, jiġifieri l-ħtieġa li d-dokument jaqa’ taħt attività msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq żball ta’ evalwazzjoni, peress li f’dan il-każ ma jistax ikunu involuti interessi kummerċjali ta’ Energoatom ladarba din hija impriża tal-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li xejn ma jipprekludi li impriża tal-Istat bħalma hija Energoatom titqies li għandha interessi kummerċjali fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, is-sempliċi fatt li l-kapital ta’ impriża jkun miżmum mill-awtoritajiet pubbliċi ma huwiex ta’ natura, bħala tali, li jċaħħadha minn interessi kummerċjali li jistgħu jiġu protetti bl-istess mod bħal dawk ta’ impriża privata. F’dan il-każ, Energoatom, kif tindika l-Kummissjoni, teżerċita attivitajiet kummerċjali, li fihom hija suġġetta għall-kompetizzjoni fis-suq tal-elettriku, u dan il-kuntest iġegħelha tħares l-interessi tagħha fl-imsemmi suq. B’hekk, ma jistax jiġi nnegat li d-dokumenti li għalihom intalab aċċess jistgħu jirrigwardaw interessi kummerċjali u jaqgħu, bħala tali, taħt l-attività msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni rekwiżit li jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 105 ta’ din is-sentenza, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli ma spjegatx b’liema mod l-interessi tal-partijiet ikunu konkretament u effettivament kompromessi jekk id-dokumenti mitluba jintbagħtu kollha kemm huma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntratt ta’ self, il-Kummissjoni spjegat fid-deċiżjoni kkontestata li, jekk dan il-kuntratt ikun żvelat fl-intier tiegħu, jiġu ppreġudikati, minn naħa, l-interessi kummerċjali ta’ Energoatom u, min-naħa l-oħra, l-interessi kummerċjali tagħha fir-rigward tal-kuntratti ta’ self ta’ Euratom. Fir-rigward ta’ Energoatom, il-Kummissjoni enfasizzat li l-kuntratt kien jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi taż-żewġ partijiet u kien jittratta firxa wiesgħa ta’ riskji kummerċjali potenzjali u identifikati. Barra minn hekk, dan allegatament fih informazzjoni kummerċjali sensittiva bħall-prezzijiet tal-elettriku applikati minn Energoatom u l-limiti tal-impenji finanzjarji. Fl-ispjegazzjoni tagħha, il-Kummissjoni indikat ukoll li l-kuntratt kien għadu qiegħed jiġi applikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Rigward l-interessi tagħha stess, il-Kummissjoni indikat li l-kuntratt kien stabbilit fuq il-bażi ta’ mudell li kien jintuża għal kuntratti oħra tal-Euratom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-iżvelar tal-kuntratt sħiħ ifixkel mhux biss l-implimentazzjoni tal-ftehim tas-self konkluż ma’ Energoatom, iżda wkoll dik ta’ kuntratti oħra simili li għadhom għaddejjin. Dan l-iżvelar iqiegħed ukoll lill-Kummissjoni f’pożizzjoni iktar diffiċli fin-negozjati ta’ kuntratti futuri tal-istess tip.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda r-rakkomandazzjoni tal-BEI, il-Kummissjoni kkunsidrat fid-deċiżjoni kkontestata li l-partijiet irriżervati kienu jinkludu informazzjoni kummerċjali sensittiva pprovduta minn Energoatom kif ukoll pariri sabiex jitnaqqsu r-riskji tas-self. Huma jinkludu wkoll klawżoli tal-kuntratt ta’ self li hija qieset li diġà wriet li l-iżvelar tagħhom jippreġudika l-interessi kummerċjali tagħha kif ukoll dawk ta’ Energoatom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-ispjegazzjonijiet u fid-dawl tal-fatt li hija għamlet distinzjoni bejn il-partijiet tad-dokumenti li kienu jirrigwardaw l-interessi kummerċjali u dawk li ma kinux jirrigwardawhom, li ġew ikkomunikati, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni wettqet eżami konformi mar-rekwiżiti tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 105 ta’ din is-sentenza u li tat spjegazzjonijiet suffiċjenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat, fid-dawl ta’ dawn l-ispjegazzjonijiet, li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni esponiet fid-deċiżjoni kkontestata r-raġunijiet għalfejn l-iżvelar ma kienx possibbli fil-futur qrib. Għalhekk, hija spjegat li l-kuntratt konkluż ma’ Energoatom kien għadu għaddej u li dan il-kuntratt kien ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ mudell użat għal kuntratti oħra. Għaldaqstant, l-iżvelar tad-dokumenti kollha mitluba seta’, fl-opinjoni tagħha, ikollu riperkussjonijiet mhux biss fuq l-eżekuzzjoni tal-kuntratt konkluż ma’ Energoatom, iżda wkoll fuq l-eżekuzzjoni ta’ kuntratti oħra konklużi jew li għad iridu jiġu konklużi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet rekwiżit li jirriżulta mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 105 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ssostni li r-riskju għall-interessi kummerċjali li tinvoka l-Kummissjoni huwa purament ipotetiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li r-riskju ta’ preġudizzju għall-interessi kummerċjali ta’ Energoatom bl-iżvelar ta’ data sensittiva dwarha bħal dak tat-tfixkil tal-eżekuzzjoni xierqa ta’ kuntratti oħra li diġà ġew konklużi jew li għad iridu jiġu konklużi jippreżenta livell raġonevoli ta’ prevedibbiltà u ma jistax jiġi kkwalifikat bħala ipotetiku, peress li, minn naħa, id-dokumenti kkonċernati jikkonsistu f’kuntratt ta’ self stabbilit abbażi ta’ mudell użat f’kuntratti oħra u f’rakkomandazzjoni ta’ bank fir-rigward ta’ dan is-self u, min-naħa l-oħra, l-impriża kkonċernata hija attiva fis-suq tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti reġgħet ikkritikat lill-Kummissjoni għall-fatt li ġġustifikat l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni dwar l-interessi kummerċjali bil-fatt li l-kuntratt kellu valur ta’ aktar minn EUR 300 miljun. Issa, skont ir-rikorrenti, il-kobor tal-kuntratt ma huwiex rilevanti għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Dan l-argument għandu wkoll jiġi miċħud peress li huwa bbażat fuq qari żbaljat tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, mid-deċiżjoni kkontestata jidher li, għalkemm il-valur tal-kuntratt ġie speċifikat fid-deskrizzjoni tal-proġett li għalih jirreferu d-dokumenti, il-ġustifikazzjoni tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni f’dan il-każ ma hijiex ibbażata fuq dan l-element. Barra minn hekk, ma jistax jiġi miċħud li l-preġudizzju għall-interessi kummerċjali ta’ parti f’kuntratt jiżdied skont il-valur ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-qari tad-dokumenti mitluba li ġew ikkomunikati lill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-miżura istruttorja msemmija fil-punt 25 iktar ’il fuq, jirriżulta li, kif issemma fid-deċiżjoni kkontestata, il-partijiet mhux ikkomunikati tal-kuntratt ta’ self u tar-rakkomandazzjoni tal-BEI jispeċifikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntratt u jinkludu informazzjoni kummerċjali sensittiva, bħat-tariffi tal-elettriku ta’ Energoatom jew il-livell tal-impenji finanzjarji kif ukoll l-analiżijiet tar-riskji relatati mas-self, li l-iżvelar tagħhom ikun ta’ natura li konkretament u effettivament jippreġudika kemm l-interessi kummerċjali ta’ Energoatom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni, fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il-Kummissjoni ma eżaminatx jekk l-iżvelar ikunx iġġustifikat minħabba interess pubbliku superjuri</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Fir-rikors, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli naqset milli teżamina jekk kienx jeżisti interess pubbliku superjuri li jirrikjedi l-iżvelar minkejja l-protezzjoni tal-interessi eżaminati qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika, b’mod partikolari, il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika partikolari, sakemm interess pubbliku superjuri ma jiġġustifikax l-iżvelar tad-dokument imsemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 jirriżulta li l-eventwali eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri ma għandhiex tiġi eżaminata meta tiġi invokata l-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Kif ġie deċiż fil-punt 98 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma tistax għalhekk tiġi kkritikata talli, f’din il-kawża, ma bbilanċjatx l-interess pubbliku f’dak li jirrigwarda r-relazzjonijiet internazzjonali ma’ interess pubbliku superjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sabiex tapplika l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni kellha tibbilanċja, minn naħa, l-interessi kummerċjali li, fil-fehma tagħha, kienu mhedda mill-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati u, min-naħa l-oħra, l-interess pubbliku superjuri invokat mir-rikorrenti, li jibbenefika mill-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati. Skont ġurisprudenza stabbilita, id-deċiżjoni meħuda dwar applikazzjoni għal aċċess għal dokumenti tiddependi, fil-fatt, mill-kwistjoni dwar liema interess għandu jipprevali fil-każ inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170113">13 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Deza vs ECHA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-189/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:4">EU:T:2017:4</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li hija madankollu r-responsabbiltà tal-applikant li jinvoka b’mod konkret iċ-ċirkustanzi li fuqhom ikun ibbażat tali interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Fl-ewwel applikazzjoni tagħha, ir-rikorrenti ma invokat ebda interess pubbliku superjuri li jippermetti li tikseb l-iżvelar tar-rakkomandazzjoni minkejja l-protezzjoni li jgawdu minnha l-interessi kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fl-applikazzjoni konfermatorja tagħha, ir-rikorrenti sostniet li kien jeżisti interess pubbliku superjuri inkwantu l-informazzjoni mitluba kienet tikkonċerna emissjonijiet fl-ambjent kif ukoll l-enerġija nukleari, li hija teknoloġija ta’ riskju. L-aspetti ekonomiċi u finanzjarji kienu jaqgħu wkoll fl-interess ġenerali inkwantu l-programm ta’ titjib fis-sigurtà nukleari kien jirrappreżenta spiża għas-soċjetà kollha kemm hi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni wieġbet li l-interessi invokati mir-rikorrenti fl-applikazzjoni konfermatorja tagħha, għalkemm effettivament kienu ta’ natura pubblika, kienu inqas importanti mill-għan imfittex fil-kuntest tas-self, li jikkonsisti fit-titjib tas-sigurtà nukleari fl-impjanti nukleari tal-pajjiżi ġirien tal-Ewropa. B’mod iktar importanti, dan l-għan ikun protett aħjar biż-żamma ta’ relazzjoni ta’ kwalità mal-Ukraina u tal-progress li sar fil-kuntest tal-ftehim ta’ self.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Ħlief għal dak li jirrigwarda l-interess tal-pubbliku li jsir jaf l-ispiża finanzjarja tas-self, li ser ikun ittrattata fil-punt 137 iktar ’il quddiem, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, il-kunsiderazzjonijiet tar-rikorrenti fuq l-interess pubbliku superjuri li jinsabu fl-applikazzjoni konfermatorja tagħha huma fil-qosor u mhux preċiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fir-rikors, ir-rikorrenti ppreċiżat li d-dokumenti mitluba kienu jinkludu l-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta’ linja ta’ kreditu fil-qasam tas-sigurtà nukleari u li l-iżvelar ta’ din id-data jippermetti lill-pubbliku jivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex effettivament issodisfatti. Dan il-kontroll huwa essenzjali peress li ħafna sinjali allegatament juru li r-regoli dwar is-sigurtà nukleari ma humiex osservati fl-Ukraina. Ir-rikorrenti tesponi, f’dan ir-rigward, li l-programm iffinanzjat jista’ jtawwal il-ħajja ta’ żewġ reatturi għal iktar mill-iskadenza prevista inizjalment mingħajr ma ġew implimentati miżuri ta’ sigurtà, li d-diffikultajiet finanzjarji tal-operatur iqanqlu tħassib dwar l-abbiltà tiegħu li jiffinanzja l-miżuri ta’ sigurtà, li l-awtorità responsabbli għas-sigurtà tal-impjanti nukleari ġiet imċaħħda mill-indipendenza tagħha waqt l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar wieħed miż-żewġ reatturi kkonċernati, li l-pubbliku għandu aċċess limitat għall-proċess deċiżjonali, li l-Ukraina ma tikkunsidrax talbiet għal informazzjoni magħmula mill-pajjiżi ġirien u li l-Unjoni ma tidhirx li qiegħda tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura l-osservanza tas-sigurtà. Fid-dawl tal-perikolu ppreżentat, huwa essenzjali li l-pubbliku jkun jista’ jeżerċita skrutinju msaħħaħ fuq il-miżuri meħuda, li għandu jkun possibbli permezz tal-komunikazzjoni tad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li, peress li kienu fformulati biss fl-istadju tar-rikors, dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi evalwata l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. Skont il-ġurisprudenza, il-legalità ta’ att ta’ istituzzjoni għandha fil-fatt tiġi evalwata fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli għall-istituzzjoni fiż-żmien tal-adozzjoni tiegħu. Għalhekk, quddiem il-qorti tal-Unjoni, wieħed ma jistax jinvoka fatti li ma tressqux matul il-proċedura amministrattiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>AstraZeneca vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-321/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:266">EU:T:2010:266</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0687">687</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 127 iktar ’il fuq ma humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ kompletezza, għandu jiġi osservat li l-partijiet tal-kuntratt u tar-rakkomandazzjoni tal-BEI li jikkonċernaw l-aspetti ambjentali u soċjali tal-kuntratt diġà ġew ikkomunikati lir-rikorrenti u li l-iżvelar tal-partijiet miżmuma, dwar l-aspetti ekonomiċi u finanzjarji, ma jippermettix lill-pubbliku jivverifika jekk il-kundizzjonijiet ta’ sigurtà imposti fuq Energoatom humiex effettivament imħarsa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni setgħet tikkunsidra, mingħajr ma twettaq żball ta’ evalwazzjoni, li s-sigurtà nukleari tkun żgurata b’mod aħjar biż-żamma ta’ relazzjoni ta’ kwalità mal-Ukraina f’dan il-qasam milli bl-aċċess pubbliku għad-dokumenti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-interess tal-pubbliku li jsir jaf l-ispiża finanzjarja tas-self, il-Kummissjoni setgħet tqis, ukoll mingħajr ma twettaq tali żball, li dan l-interess kien inqas importanti mill-interess li tiġi żgurata s-sigurtà nukleari fil-pajjiżi ġirien tal-Ewropa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li r-raba’ motiv huwa infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti tqajjem motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jgħid li, fit-tweġiba tagħha tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE>, imsemmija fil-punt 6 ta’ din is-sentenza, u fid-deċiżjoni kkontestata, minn naħa, kif ukoll fir-risposta, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra b’mod suffiċjenti l-argumenti żviluppati mir-rikorrenti matul il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Kif ġie indikat mill-Kummissjoni, inkwantu jirreferi għat-tweġiba tal-<DATE ISO="20151221">21 ta’ Diċembru 2015</DATE> u għad-deċiżjoni kkontestata, il-motiv, li jirrigwarda r-regolarità tal-proċedura amministrattiva, ma tqajjimx fir-rikors. Peress li dan il-motiv ma jikkostitwixxix l-estensjoni ta’ motiv imsemmi qabel fir-rikors u peress li ma huwiex ibbażat fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi li joħorġu matul il-proċedura, dan huwa motiv ġdid li għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli skont l-Artikolu 84 tar-Regoli tal-Proċedura (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171120">20 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Voigt vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-618/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:821">EU:T:2017:821</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-risposta, la mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas mir-Regoli tal-Proċedura ma jirriżulta li l-konvenut għandu l-obbligu li jwieġeb għall-argumenti kollha mqajma mir-rikorrent fir-rikors. Barra minn hekk, il-kontenut ta’ risposta ma jista’ jkollu ebda konsegwenza fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, din għandha tiġi evalwata fil-mument li fih tittieħed id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, mill-Artikolu 52(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jirriżulta li d-drittijiet li hija tirrikonoxxi u li huma s-suġġett ta’ dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati fil-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti minnhom. Għalhekk, l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma jistax ikollu kontenut usa’ mill-Artikolu 15 TFUE u mir-Regolament Nru 1049/2001 li jimplimentawh. Peress li l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata fid-dawl ta’ dan ir-regolament diġà ġiet eżaminata fil-kuntest tal-motivi preċedenti, ma hemmx lok li din tiġi eżaminata mill-ġdid fid-dawl tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ħames motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Barra minn hekk, b’applikazzjoni tal-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-Renju Unit għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">CEE Bankwatch Network għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Nihoul</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Svenningsen</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20180227">27 ta’ Frar 2018</DATE>.</P><?PAGE NO="20"?><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>