Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdanil-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kafè rigward l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè, 2001 /* KUMM/2006/0464finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.8.2006 KUMM(2006) 464 finali 2006/0157 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdanil-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kafè rigward l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè, 2001 (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI . Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001 ġie konkluż għan-nom tal-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/877/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 2001. Il-Ftehim daħal fis-seħħ proviżorjament fl-1 ta’ Ottubru 2001 u definittivament fis-17 ta’ Mejju 2005. Dan għandu jiskadi fl-24 ta’ Settembru 2007 sakemm ma jiġix estiż. Fil-laqgħa tal-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kafè, skedata għal Settembru 2006 f’Londra, il-membri jistgħu jiġu mitluba jadottaw riżoluzzjoni taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 52(2) tal-Ftehim sabiex jiġi estiż il-Ftehim attwali ta’ l-2001 għal perjodu wieħed jew aktar li b’kollox ma jeċċedux sitt snin, u dan sabiex jitħalla biżżejjed żmien għan-negozjar ta’ emendi jew Ftehim suċċessur. Il-partijiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-kwartieri ġenerali tan-NU fi New York li huma jaċċettaw estensjoni qabel jiskadi l-Ftehim attwali. Fil-każ tal-Komunità Ewropea, il-parteċipazzjoni fil-Ftehim hija skond il-kompetenza esklussiva tagħha. Madankollu, id-Deċiżjoni 2001/877/2001 tawtorizza wkoll l-Istati Membri jikkonkludu il-Ftehim dwar il-Kafè ta’ l-2001 hekk kif tagħmel l-istess il-Komunità, u dan sabiex jiġu evitati kwalunkwe diffikultajiet operazzjonali temporanji. Għalhekk jista’ jkun meħtieġ ukoll għal ċerti Stati Membri li jibdew il-proċeduri kostituzzjonali domestiċi tagħhom sabiex jaċċettaw l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-Kafè ta’ l-2001. Taħt il-bażi legali, id-deċiżjoni proposta ma tibdilx il-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea lejn il-baġit amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Kafè, liema kontribuzzjoni tibqa’ dovuta għal kull sena tal-Kafè. L-iskop ta’ din il-proposta huwa li l-Komunità Ewropea tiġi awtorizzata tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim. Għalhekk il-Kummissjoni tissuġġerixxi li l-Kunsill jadotta d-deċiżjoni annessa. 2006/0157 (ACC) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL rigward il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità fi ħdanil-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kafè rigward l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè, 2001 IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1] Billi: (1) Il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001 ġie ffirmat u konkluż għan-nom tal-Komunità Ewropea fl-24 ta’ Settembru 2001 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/877/KE[2]. (2) Taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 52(1) u (2), il-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001 għandu jiskadi fit-30 ta’ Settembru 2007 sakemm dan ma jiġix estiż lilhinn minn dik id-data b’deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kafè għal perjodu wieħed jew aktar li b’kollox ma jeċċedux sitt snin. (3) F’każ li jaċċettaw estensjoni tal-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001 għandhom jinnotifikaw lill-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York. (4) L-estensjoni ta’ dak il-Ftehim huwa fl-interess tal-Komunità Ewropea. (5) Għandha tiġi determinata l-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fil-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kafè. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kafè għandha tkun vot favur l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè, 2001, għal perjodu wieħed jew aktar li ma jeċċedux sitt snin u li din l-estensjoni tiġi notifikata lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Magħmula fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA Dan id-dokument huwa maħsub sabiex jakkompanja u jikkomplimenta l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Bħala tali, mat-tlestija ta’ din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, u mingħajr preġudizzju għal-leġibilità tagħha, għandu jsir sforz sabiex ma terġax tiddaħħal informazzjoni li diġà tkun fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Qabel ma timla’ din il-formula standardizzata, jekk jogħġbok irreferi għal-Linji ta’ Gwida li ġew imfassla biex ikunu ta’ gwida u biex jiċċaraw dawk il-materji li jinsabu hawn taħt. 1. ISEM IL-PROPOSTA :Proposta għall-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Kummissjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali dwar il-Kafè rigward l-estensjoni tal-Ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè ta’ l-2001 2. QAFAS ABM/ABB Qasam/Oqsma ta’ politika li għandhom x’jaqsmu u attività/jiet assoċjati magħha/hom: Relazzjonijiet Esterni, Żvilupp u relazzjonijiet ma’ pajjiżi ta’ l-ACP. Obligazzjonijiet vis à vis l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali dwar il-Prodotti 3. LINJI TAL-BAĠIT: 3.1 Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (eż-linji B..A)) fosthom l-intestaturi: 21 07 04 Ftehim dwar il-prodotti 3.2 Kemm iddum l-azzjoni u kemm idum l-impatt finanzjarju: Massimu ta’ sitt snin sakemm fil-frattemp ma jerġax jiġi negozjat il-Ftehim 3.3 Karatteristiċi baġitarji (żid ir-ringieli jekk meħtieġ) : Il-linja tal-baġit | Tip ta’ nfiq: | Ġdid | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura f’perspettiva finanzjarja | Comp | Diff[3]/ | LE | LE | LE | Nru [ 4 ] | 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1 Riżorsi Finanzjarji 4.1.1 Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlas (PA) Miljun ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali) Tip ta’ nfiq | Sezzjoni nru. | [Sena n] | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 u aktar tard | Total | Infiq operattiv[4] | Approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) | 8.1 | A | 1,250 | 1,312 | 1,378 | 1,447 | 1,519 | 1,595 | 8,501* | Approprjazzjonijiet għall-ħlas (PA) | B | 1,250 | 1,312 | 1,378 | 1,447 | 1,519 | 1,595 | 8,501 | Il-Kalkulazzjoni tieħu kont ta’ żieda medja annwali ta’ 5%. Infiq amministrattiv fi ħdan l-ammont ta’ referenza[5] | Għajnuna tekninka u amministrattiva (NDA) * | 8.2.4 | C | * Ebda ħtieġa ta’ għajnuna teknika u amministrattiva. AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 1,250 | 1,312 | 1,378 | 1,447 | 1,519 | 1,595 | 8,501 | Approprjazzjonijiet għall-ħlas | b+c | 1,250 | 1,312 | 1,378 | 1,447 | 1,519 | 1,595 | 8,501 | Infiq amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza[6] * Ebda ħtieġa ta’ għajnuna teknika u amministrattiva. | Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | D | Spejjeż amministrattivi, iżda mhux riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | E | Total ta’ l-ispiża finanzjarja indikattiva ta’ l-intervent TOTAL AI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 1,250 | 1,312 | 1,378 | 1,447 | 1,519 | 1,595 | 8,501 | TOTAL AĦ inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 1,250 | 1,312 | 1,378 | 1,447 | 1,519 | 1,595 | 8,501 | Dettalji tal-ko-finanzjament Ebda ko-finanzjament 3.2.1. Kompatibilità ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju X Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta għandha tirrekjedi programmar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ tirrekjedi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (i.e. strument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja) 3.2.2. Impatt finanzjarju fuq id-dħul X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ( Il-Proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: 3.3. Riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċjali, l-istaff temporanju u estern) – ara d-dettal taħt punt 8.2.1. Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti bl-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ inkarigat fil-qafas tal-proċedura ta’ l-allokazzjoni annwali. 4. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET Dettalji tal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni kumplimentari speċifika li ġejja: 4.1. Il-ħtiġijiet li għandhom jiġu moqdija fil-futur qrib jew imbiegħed. L-obbligazzjoni mandatorja li tkun membru tal-Ftehim dwar il-kafè permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill. 4.2. Valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli. Is-sħubija preżenti fl-Organizzazzjoni dwar il-kafè ġejja mill-metodoloġija aktar wiesgħa dejjem segwita mill-Komunità fl-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali dwar il-prodotti darba nnegozjati, bħala strument sabiex jiġi faċilitat l-iskambju u l-kummerċ bejn l-importaturi u l-esportaturi. Dan jiffaċilita l-iżvilupp u jwieġeb għall-inkarigu tad-DG DEV li jikkontribwixxi għall-formulazzjoni tal-politika f’diversi aspetti tal-politika tal-Komunità bħal ma huma l-kummerċ, l-ambjent, l-agrikoltura, u l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll aspetti oħra b’dimensjoni esterna. Fil-każ partikolari tal-ftehim internazzjonali preżenti, il-Kunsill irrikonoxxa wkoll il-kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ l-Art.133. L-għanijiet ewlenin tal-ftehim huma: il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni internazzjonali f’materji li jinvolvu l-kafè; il-provvediment ta’ forum għall-konsultazzjonijiet intergovernattivi; ir-riċerka ta’ metodi sabiex jinstab bilanċ raġonevoli bejn il-provvista tal-kafè u d-domanda għalih, bi prezzijiet ġusti għall-konsumaturi u remunerattivi għall-produtturi; il-faċilitazzjoni ta’ l-espansjoni u t-trasparenza tal-kummerċ internazzjonali tal-kafè; l-inkoraġġiment tal-membri sabiex jiżviluppaw ekonomija sostenibbli tal-kafè. In-natura tal-ftehim preżenti hija politika, amministrattiva u ekonomika. Aħna nikkunsidraw li indikatur pożittiv ċar sabiex jitkejjel is-suċċess tal-ksib ta’ dawn l-għanijiet huwa s-sodisfazzjon unanimu tal-membri li jkomplu l-kooperazzjoni internazzjonali permezz tal-ftehim preżenti. Il-proposta hija koerenti b’strumenti finanzjarji oħra li jassiguraw il-parteċipazzjoni tal-KE fl-organizzazzjonijiet internazzjonali. Ebda sinerġiji ma huma possibbli fl-istadju preżenti. 4.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM Fi ħdan il-qafas ABM, il-proposta preżenti twieġeb għall-għan li jiġi żviluppat ir-rwol tal-Kummissjoni bħala punt fokali intellettwali għall-iżvilupp u tassigura parteċipazzjoni effettiva fid-dibattitu politiku internazzjonali. L-indikatur ewlieni tal-produzzjoni jista’ jkun ikkunsidrat bħala l-pożizzjonijiet ta’ l-UE għall-inizjattivi internazzjonali maġġuri, il-Konvenzjonijiet, il-fora u l-pjattaformi maqbula ma’ l-Istati Membri. L-indikatur ta’ l-impatt jista’ jkun ikkunsidrat bħala r-riflessjoni tal-pożizzjonijiet fi ftehimiet ta’ sħubija u fondi internazzjonali u kif ukoll fora internazzjonali. L-għan tal-proposta huwa li l-Kummissjoni tiġi awtorizzata sabiex għan-nom tal-Komunità tesprimi r-rieda tagħha għal estensjoni tal-ftehim dwar il-kafè u b’hekk tkun qed tassigura l-kontinwazzjoni tal-ftehim li jibqa’ fis-seħħ għal perjodu li ma jeċċedix sitt snin. L-għan li l-validità tiġi estiża jagħti żmien għal negozjati sabiex il-ftehim attwali jiġi emendat jew jiġi negozjat mill-ġdid strument legali ieħor qabel it-tmiem ta’ l-applikabilità tiegħu. Għalhekk il-Kummissjoni għandha interess sabiex fil-kompetenza tagħha tipproponi d-deċiżjoni preżenti b’konformità mal-mandat li għandhom l-Istati Membri. Metodu ta’ implimentazzjoni (indikattiv) Uri taħt il-metodu/i[8] magħżula għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni. ٱ Tmexxija Ċentralizzata | X Direttament mill-Kummissjoni | ٱ Indirettament b’delega lil: | ٱ Aġenziji Eżekuttivi | ٱ Korpi kostitwiti mill-Komunitajiet kif indikat fl-art. 185 tar-Regolament Finanzjarju | ٱ Korp/i tas-settur pubbliku nazzjonali bl-għan ta’ servizz pubbliku | ٱ Tmexxija maqsuma jew deċentralizzata | ٱ Ma’ stati Membri | ٱ Ma’ pajjiżi Terzi | ٱ Tmexxija konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) | Kummenti rilevanti: 5. SORVELJANZA U EVALWAZZJONI 5.1 Sistema ta’ sorveljanza Is-Servizzi tal-Kummissjoni jattendu regolarment għas-sessjonijiet tal-Kunsill u kif ukoll għall-Kumitat finanzjarju ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Kafè. Dawn iż-żewġ korpi huma awtorizzati jipproponu u japprovaw il-baġit amministrattiv u l-kontribuzzjonijiet inerenti. Il-baġit amministrattiv, l-użu tiegħu, l-istat finanzjarju ta’ l-infiq u l-kontijiet ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Kafè huma aċċessibbli għall-membri. 5.2 Evalwazzjoni 5.2.1 Evalwazzjoni ex-ante Evalwazzjoni tal-konformità tal-proposta annwali mal-politika finanzjarja tagħna. 5.2.2 Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (lezzjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat) Dan l-eżerċizzju għandu jsir, jekk meħtieġ, fiż-żmien ta’ negozjar mill-ġdid. 5.2.3 Termini u frekwenza ta’ evalwazzjoni futura 6. Miżuri kontra l-frodi Il-Kummissjoni għandha tassigura s-sorveljanza kostanti tat-tmexxija amministrattiva tar-riżorsi finanzjarji ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Kafè. Jekk meħtieġ, l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Kafè hija disposta tati aċċess għar-reġistri u kotba tagħha lill-OLAF u kif ukoll lis-servizzi finanzjarji u ta’ verifika l-oħra kollha jekk dan ikun hekk meħtieġ mill-Kummissjoni. 7. DETTALJI TAR-RIŻORSI 7.1. L-għanijiet tal-proposta skond l-ispiża finanzjarja tagħhom Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali) Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 | Uffiċjali jew staff temporanju[10] (XX 01 01) | A*/AD | B*, C*/AST | Staff finanzjat[11] mill-art. XX 01 02 | Staff ieħor[12] finanzjat mill-art. XX 01 04/05 | TOTAL | 7.2.2 Deskrizzjoni ta’ l-inkarigi mnissla mill-azzjoni Attendenza għal-laqgħat, studju ta’ dokumenti, diskussjoni ma’ l-Istati Membri fil-Kunsill u fl-aħħar negozjati fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Kafè. 7.2.3 Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji) Jekk jogħġbok, f’każ ta’ aktar minn sors wieħed, indika n-numru ta’ pożizzjonijiet li joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi) ( Pożizzjonijiet attwalment allokati għat-tmexxija tal-programm li għandu jiġi mibdul jew estiż ( Pożizzjonjiet allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n ( Pożizzjonijiet li għandhom jiġu mitluba fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Pożizzjonijiet li għandhom jiġu mqassma mill-ġdid bl-użu ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz tat-tmexxija (trasferimenti interni) ( Pożizzjonijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux maħsuba fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena in kwistjoni 7.2.4 Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq it-tmexxija amministrattiva) Ebda ħtieġa 7.2.5 Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza. Il-ħtiġijiet għar-riżorsi umani u amministrattivi għandhom ikunu koperti bl-allokazzjoni mogħtija lid-DĠ inkarigat fil-qafas tal-proċedura ta’ l-allokazzjoni annwali. L-istaff u n-nefqa amministrattiva huma inklużi fl-allokazzjoni normali tad-DĠ. [1] ĠU Cxxx p.xx [2] ĠU L 326, 11.12.2001, p.22. [3] Approprjazzjonijiet differenzjati [4] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx relatat. [5] Infiq fi ħdan l-artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [6] Infiq fi ħdan il-kapitolu xx 01 iżda mhux l-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [7] Ara punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali. [8] Jekk jogħġbok, f’każ li aktar minn metodu wieħed huwa indikat, agħti aktar dettalji fis-sezzjoni “Kummenti Rilevanti” ta’ dan il-punt [9] Kif deskritt f’Sezzjoni 5.3 [10] L-ispiża tagħhom M’HIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza [11] L-ispiża tagħhom M’HIJIEX koperta mill-ammont ta’ referenza [12] L-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta’ referenza