European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1944

11.7.2024

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1944

tal-5 ta’ Lulju 2024

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-bord tal-iżolament termali magħmul minn silika mikroporuża u għal elementi tal-fowm tal-poliuretan riġidu għall-qfil tal-partijiet tat-twaħħil mal-ħitan esterni u ma’ prodotti oħra għall-bini

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara talbiet mingħand il-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika adottat 19-il Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.

(2)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mar-referenzi li ġejjin għall-prodotti għall-bini:

—

bord ta’ iżolament termali magħmul minn silika mikroporuża (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 040057-00-1201”);

—

elementi tal-fowm tal-poliuretan riġidu għall-qfil tal-partijiet tat-twaħħil mal-ħitan esterni;

—

kittijiet għat-tlibbis ta’ ħitan esterni ta’ bords ta’ granulati tal-ħġieġ espandut, bords tal-ossidu tal-manjeżju jew bords ta’ minerali oħra bir-rendering applikat fuq il-post (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi “EAD 090019-00-0404” u “EAD 090119-00-0404”);

—

kittijiet ta’ ċangaturi kompożiti tal-injam u l-konkrit;

—

sulfoaluminat tal-kalċju belitiku u siment b’bażi ta’ sulfoaluminat tal-kalċju (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 150001-00-0301”);

—

konnessjoni rebend;

—

ostakli tal-ftuħ u tal-perimetru għall-protezzjoni mill-għargħar ta’ bini jew struttura oħra;

—

kisi tal-art kompożitu għall-użu f’żoni esterni u interni;

—

siment bi fluss ekoloġiku u mingħajr trufijiet, magħmul minn materja prima rinnovabbli u sostenibbli;—

—

pavimentar reżiljenti magħmul minn dien-(monomeru) etilen propilen u minn granuli tal-lastiku;

—

kittijiet għall-kostruzzjoni ta’ micropile — kittijiet bi studs;

—

fibreboards għal użi mhux strutturali fuq ġewwa magħmulin minn fibri ċellulożiċi riċiklati minn residwi ċellulożiċi industrijali;

—

żbarri tal-polimeri rinfurzati bil-karbonju, bil-ħġieġ, bil-bażalt u bil-fibri tal-aramid bħala rinfurzar tal-elementi strutturali;

—

ħġieġ ittemprat ittundjat bis-sħana u ħġieġ tas-sikurezza laminat magħmul minn ħġieġ ittemprat ittundjat bis-sħana;

—

ankri tal-plastik invitati għat-twaħħil ta’ sistemi kompożiti tal-iżolament termali esterna b’renderings jew bi prodotti tal-iżolament fuq in-naħa t’isfel tas-soqfa;

—

ankri bil-kamin għall-konkrit imneffaħ awtoklavat u għall-konkrit aggregat ħafif;

—

element ta’ rbit legat u elementi ta’ rbit b’espansjoni għall-użu fil-konkrit (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika “EAD 330499-01-0601”);

—

konnessjonijiet ta’ żbarri li jirrinfurzaw (rebar) installati wara b’imġiba mtejba tal-qsim;

—

sistema ta’ kostruzzjoni ta’ ġebel niexef b’elementi vertikali.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li adottat l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw l-eżiġenzi fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għall-prodotti għall-bini ġiet ippubblikata skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jenħtieġ li jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(6)

Għall-fini li tippermetti l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni kmieni kemm jista’ jkun, sabiex il-manifatturi li diġà jkollhom Valutazzjoni Teknika Ewropea jkunu jistgħu jqiegħdu l-prodott tagħhom fis-suq, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2024.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Kerstin JORNA

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/305/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/450/oj).


ANNESS

Fl-Anness mad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2019/450, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“040057-01-1201

Bord ta’ iżolament termali magħmul minn silika mikroporuża (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 040057-00-1201’)”

“040868-00-0404

Elementi tal-fowm tal-poliuretan riġidu għall-qfil tal-partijiet mal-ħitan esterni”

“090019-01-0404

Kittijiet għat-tlibbis ta’ ħitan esterni ta’ bords ta’ granulati tal-ħġieġ espandut, bords tal-ossidu tal-manjeżju jew bords ta’ minerali oħra bir-rendering applikat fuq il-post (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ‘EAD 090019-00-0404’ u ‘EAD 090119-00-0404’)”

“130018-00-0303

Kittijiet ta’ ċangaturi kompożiti tal-injam u tal-konkrit”

“150001-01-0301

Sulfoaluminat tal-kalċju belitiku u siment b’bażi ta’ sulfoaluminat tal-kalċju (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 150001-00-0301’)”

“160031-00-0301

Konnessjoni rebend”

“180002-00-0706

Ostakli tal-ftuħ u tal-perimetru għall-protezzjoni mill-għargħar ta’ bini jew struttura oħra”

“190014-00-0503

Kisi tal-art kompożitu għall-użu f’żoni esterni u interni”

“190022-00-0503

Siment bi fluss ekoloġiku u bla trufijiet, magħmul minn materja prima rinnovabbli u sostenibbli”

“190026-00-0502

Pavimentar reżiljenti magħmul minn dien-(monomeru) etilen propilen u minn granuli tal-lastiku”

“200077-00-0103

Kittijiet għall-kostruzzjoni ta’ micropile — Kittijiet bi studs”

“210132-00-0504

Fibreboards għal użi mhux strutturali fuq ġewwa magħmulin minn fibri ċellulożiċi riċiklati minn residwi ċellulożiċi industrijali”

“260023-00-0301

Żbarri tal-polimeri rinfurzati bil-karbonju, bil-ħġieġ, bil-bażalt u bil-fibri tal-aramid bħala rinfurzar tal-elementi strutturali”

“300008-00-0404

Ħġieġ ittemprat ittundjat bis-sħana u ħġieġ tas-sikurezza laminat magħmul minn ħġieġ ittemprat ittundjat bis-sħana”

“330196-01-0604-v01

Ankri invitati tal-plastik għat-twaħħil ta’ sistemi kompożiti tal-iżolament termali esterna b’renderings jew bi prodotti tal-iżolament fuq in-naħa t’isfel tas-soqfa”

“330424-00-0604

Ankri bil-kamin għall-konkrit imneffaħ awtoklavat u għall-konkrit aggregat ħafif”

“330499-02-0601

Element ta’ rbit legat u elementi ta’ rbit b’espansjoni għall-użu fil-konkos (tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330499-01-0601’)”

“332402-00-0601

Konnessjonijiet ta’ żbarri li jirrinfurzaw (rebar) installati wara b’imġiba mtejba tal-qsim”

“340297-00-0203

Sistema ta’ kostruzzjoni ta’ ġebel niexef b’elementi vertikali”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1944/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)