|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2277 |
12.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2277
tad-9 ta’ Ottubru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 tapplika sal-24 ta’ Ottubru 2026. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi li jinsabu fiha jiġu estiżi sal-24 ta’ Ottubru 2027. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287, id-data “24 ta’ Ottubru 2026” hija sostitwita b’dik tal-“24 ta’ Ottubru 2027”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2287 tat-23 ta’ Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer (ĠU L, 2023/2287, 24.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2287/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2277/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)