2009D0861 — MT — 29.12.2011 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/861/KE)

(ĠU L 314, 1.12.2009, p.83)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-10 ta’ Mejju 2010

  L 121

10

18.5.2010

 M2

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Ottubru 2010

  L 283

28

29.10.2010

 M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Mejju 2011

  L 143

41

31.5.2011

►M4

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Diċembru 2011

  L 345

28

29.12.2011




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Novembru 2009

dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9282)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/861/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel ( 2 ) jistipula regoli ġenerali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel dwar l-iġjene tal-oġetti tal-ikel ibbażati fost oħrajn fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u l-punti kritiċi ta’ kontroll. Dan jipprevedi li l-operaturi tan-negozji tal-ikel għandhom jikkonformaw ma’ ċerti proċeduri msejsa fuq dawk il-prinċipji.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistipula regoli speċifiċi dwar l-iġjene ta’ ikel li ġej mill-annimali għall-operaturi tan-negozji tal-ikel u jissupplimenta r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004. Ir-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 jinkludu rekwiżiti dwar l-iġjene tal-ħalib nej u l-prodotti tal-ħalib.

(3)

Skont il-punt (c) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (l-Att ta’ Adeżjoni), il-Bulgarija ngħatat perjodu tranżitorju, li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009, għall-konformità ta ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib ma’ dawk ir-rekwiżiti iġjeniċi.

(4)

Ċerti stabbilimenti li huma awtorizzati jipproċessaw il-ħalib nej li m’huwiex konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 (“ħalib mhux konformi”) huma elenkati fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni. Ċerti stabbilimenti li huma awtorizzati jipproċessaw kemm il-ħalib konformi kif ukoll dak mhux konformi, sakemm dan l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati, huma elenkati fil-Kapitolu II ta’ dak l-Appendiċi.

(5)

L-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-ħalib li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti iġjeniċi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 huma mifruxa fit-territorju kollu tal-Bulgarija. Il-proporzjon ta’ ħalib nej li jikkonforma ma’ dawk ir-rekwiżiti, li jitwassal fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija, żdied biss bi ftit matul dawn l-aħħar snin.

(6)

B’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni attwali, jixraq li tiġi prevista deroga b’limitu ta’ żmien mir-rekwiżiti dwar l-iġjene stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 bil-ħsieb li dan jippermetti lill-Bulgarija tikkonforma s-settur tal-ħalib tagħha ma’ dawk ir-rekwiżiti.

(7)

Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew, permezz ta’ deroga mir-Regolament (KE) Nru 853/2004, ikomplu jipproċessaw anki wara l-31 ta’ Diċembru 2009 ħalib konformi u mhux konformi sakemm l-ipproċessar isir fuq linji ta’ produzzjoni separati. Barra minn hekk, ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitħallew ikomplu jipproċessaw il-ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzzjoni separati.

(8)

It-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-ħalib li jiġu minn ħalib mhux konformi għandu, madankollu, ikun ristrett għall-Bulgarija jew jintuża għal iktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib koperti mid-deroga stipulata f’din id-Deċiżjoni.

(9)

Il-perjodu tranżitorju mogħti minn din id-Deċiżjoni għandu jkun limitat għal 24 xahar mill-1 ta’ Jannar 2010. Is-sitwazzjoni fis-settur tal-ħalib fil-Bulgarija għandha tiġi riveduta qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu. Għaldaqstant, il-Bulgarija għandha tressaq rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress fit-titjib tal-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-ħalib li jfornu l-ħalib nej lill-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib f’dak l-Istat Membru u dwar is-sistema tal-ġbir u t-trasportazzjoni tal-ħalib mhux konformi.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni “ħalib mhux konformi” jfisser ħalib nej li mhux konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Artikolu 2

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal- ►M4  31 ta’ Diċembru 2013 ◄ , ħalib konformi u dak mhux konformi sakemm l-ipproċessar tal-ħalib konformi u ta’ dak mhux konformi jsir fuq linji ta’ produzjoni separati.

Artikolu 3

Permezz ta’ deroga mir-rekwiżiti stipulati fl-Anness III, Taqsima IX, Kapitolu I, Sottokapitoli II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni jistgħu jkomplu jipproċessaw, sal- ►M4  31 ta’ Diċembru 2013 ◄ , ħalib mhux konformi mingħajr linji ta’ produzjoni separati.

Artikolu 4

Il-prodotti tal-ħalib li jiġu minn ħalib mhux konformi għandhom biss:

(a) jitqiegħdu fis-suq domestiku fil-Bulgarija; jew

(b) jintużaw għal aktar ipproċessar fl-istabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija msemmija fl-Artikoli 2 u 3.

Dawn il-prodotti tal-ħalib għandu jkollhom marka ta’ identifikazzjoni jew dwar is-saħħa li tkun differenti mill-marka ta’ identifikazzjoni jew dwar is-saħħa prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

▼M4

Artikolu 5

1.  Il-Bulgarija għandha tippreżenta rapporti annwali lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar biex dawn li ġejjin isiru konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004:

(a) l-istabbilimenti tal-produzzjoni li jipproduċu ħalib mhux konformi;

(b) is-sistema għall-ġbir u l-ġarr ta’ ħalib mhux konformi.

L-ewwel rapport annwali għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, u t-tieni rapport annwali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2013.

Ir-rapporti għandhom jiġu ppreżentati fil-forma li tinsab fl-Anness III.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ mill-qrib tal-progress li jkun sar biex il-ħalib nej ipproċessat fl-istabbilimenti elenkati fl-Anness I u II isir konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004.

Jekk, abbażi tar-rapporti ppreżentati mill-Bulgarija, il-Kummissjoni tikkonsidra li x’aktarx il-konformità mhux se tinkiseb sal-31 ta’ Diċembru 2013, hija għandha tipproponi l-miżuri xierqa sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni.

▼B

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010 sal- ►M4  31 ta’ Diċembru 2013 ◄ .

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS I



Lista ta’ stabbilimenti tal-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib konformi u mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 2

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 0412010

“Bi Si Si Handel” OOD

gr. Elena

ul. “Treti mart” 19

2

BG 0612027

“Mlechen ray - 2” EOOD

gr. Vratsa

kv. “Bistrets”

3

BG 0612043

ET “Zorov- 91 -Dimitar Zorov”

gr. Vratsa

Mestnost “Parshevitsa”

4

BG 2012020

“Yotovi” OOD

gr. Sliven

kv. “Rechitsa”

5

BG 2512020

“Mizia-Milk” OOD

gr. Targovishte

Industrialna zona

6

BG 2112001

“Rodopeya - Belev” EOOD

gr. Smolyan,

Ul. “Trakya” 20

7

BG 1212001

“S i S - 7” EOOD

gr. Montana

“Vrachansko shose” 1

8

BG 2812003

“Balgarski yogurt” OOD

s. Veselinovo,

obl. Yambolska




ANNESS II



Lista ta’ stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib li għandhom il-permess jipproċessaw ħalib mhux konformi kif imsemmi fl-Artikolu 3

Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt/Triq jew Raħal/Reġjun

1

BG 2412037

“Stelimeks” EOOD

s. Asen

2

0912015

“Anmar” OOD

s. Padina

obsht. Ardino

3

0912016

OOD “Persenski”

s. Zhaltusha

obsht. Ardino

4

1012014

ET“Georgi Gushterov DR”

s. Yahinovo

5

1012018

“Evro miyt end milk” EOOD

gr. Kocherinovo

obsht. Kocherinovo

6

1112004

“Matev-Mlekoprodukt” OOD

s. Goran

7

1112017

ET “Rima-Rumen Borisov”

s. Vrabevo

8

1312023

“Inter-D” OOD

s. Kozarsko

9

1612049

“Alpina -Milk” EOOD

s. Zhelyazno

10

1612064

OOD “Ikay”

s. Zhitnitsa

obsht. Kaloyanovo

11

2112008

MK “Rodopa milk”

s. Smilyan

obsht. Smolyan

12

2412039

“Penchev” EOOD

gr. Chirpan

ul. “Septemvriytsi” 58

13

2512021

“Keya-Komers-03” EOOD

s. Svetlen

14

0112014

ET “Veles-Kostadin Velev”

gr. Razlog

ul. “Golak” 14

15

2312041

“Danim-D.Stoyanov” EOOD

gr. Elin Pelin

m-st Mansarovo

16

2712010

“Kamadzhiev-milk” EOOD

s. Kriva reka

obsht. N.Kozlevo

17

0712001

“Ben Invest” OOD

s. Kostenkovtsi

obsht. Gabrovo

18

1512012

ET “Ahmed Tatarla”

s. Dragash voyvoda,

obsht. Nikopol

19

2212027

“Ekobalkan” OOD

gr. Sofia

bul “Evropa” 138

20

2312030

ET “Favorit- D.Grigorov”

s. Aldomirovtsi

21

2312031

ET “Belite kamani”

s. Dragotintsi

22

BG 1512033

ET “Voynov-Ventsislav Hristakiev”

s. Milkovitsa

obsht. Gulyantsi

23

BG 1512029

“Lavena” OOD

s. Dolni Dębnik

obl. Pleven

24

BG 1612028

ET “Slavka Todorova”

s. Trud

obsht. Maritsa

25

BG 1612051

ET “Radev-Radko Radev”

s. Kurtovo Konare

obl. Plovdiv

26

BG 1612066

“Lakti ko” OOD

s. Bogdanitza

27

BG 2112029

ET “Karamfil Kasakliev”

gr. Dospat

28

BG 0912004

“Rodopchanka” OOD

s. Byal izvor

obsht. Ardino

29

0112003

ET “Vekir”

s. Godlevo

30

0112013

ET “Ivan Kondev”

gr. Razlog

Stopanski dvor

31

0212037

“Megakomers” OOD

s. Lyulyakovo

obsht. Ruen

32

0512003

SD “LAF-Velizarov i sie”

s. Dabravka

obsht. Belogradchik

33

0612035

OOD “Nivego”

s. Chiren

34

0612041

ET “Ekoprodukt-Megiya- Bogorodka Dobrilova”

gr. Vratsa

ul. “Ilinden” 3

35

0612042

ET “Mlechen puls - 95 - Tsvetelina Tomova”

gr. Krivodol

ul. “Vasil Levski”

36

1012008

“Kentavar” OOD

s. Konyavo

obsht. Kyustendil

37

1212022

“Milkkomm” EOOD

gr. Lom

ul. “Al.Stamboliyski” 149

38

1212031

“ADL” OOD

s. Vladimirovo

obsht. Boychinovtsi

39

1512006

“Mandra” OOD

s. Obnova

obsht. Levski

40

1512008

ET “Petar Tonovski-Viola”

gr. Koynare

ul. “Hr.Botev” 14

41

1512010

ET “Militsa Lazarova-90”

gr. Slavyanovo,

ul.“ Asen Zlatarev” 2

42

1612024

SD “Kostovi - EMK”

gr. Saedinenie

ul. “L.Karavelov” 5

43

1612043

ET “Dimitar Bikov”

s. Karnare

obsht. “Sopot”

44

1712046

ET “Stem-Tezdzhan Ali”

gr. Razgrad

ul. “Knyaz Boris”23

45

2012012

ET “Olimp-P.Gurtsov”

gr. Sliven

m-t “Matsulka”

46

2112003

“Milk- inzhenering” OOD

gr. Smolyan

ul. “Chervena skala” 21

47

2112027

“Keri” OOD

s. Borino,

obsht. Borino

48

2312023

“Mogila” OOD

gr. Godech,

ul. “Ruse” 4

49

2512018

“Biomak” EOOD

gr. Omurtag

ul. “Rodopi” 2

50

2712013

“Ekselans” OOD

s. Osmar,

obsht. V. Preslav

51

2812018

ET “Bulmilk-Nikolay Nikolov”

s. General Inzovo,

obl. Yambolska

52

2812010

ET “Mladost-2-Yanko Yanev”

gr. Yambol,

ul. “Yambolen” 13

53

BG 1012020

ET “Petar Mitov-Universal”

s. Gorna Grashtitsa

obsht. Kyustendil

54

BG 1112016

Mandra “IPZHZ”

gr. Troyan

ul. “V.Levski” 281

55

BG 1712042

ET “Madar”

s. Terter

56

BG 2612042

“Bulmilk” OOD

s. Konush

obl. Haskovska

57

BG 0912011

ET “Alada-Mohamed Banashak”

s. Byal izvor

obsht. Ardino

58

1112026

“ABLAMILK” EOOD

gr. Lukovit

ul. “Yordan Yovkov” 13

59

1312005

“Ravnogor” OOD

s. Ravnogor

60

1712010

“Bulagrotreyd-chastna kompaniya” EOOD

s. Yuper

Industrialen kvartal

61

1712013

ET “Deniz”

s. Ezerche

62

2012011

ET “Ivan Gardev 52”

gr. Kermen

ul. “Hadzhi Dimitar” 2

63

2012024

ET “Denyo Kalchev 53”

gr. Sliven

ul. “Samuilovsko shose” 17

64

2112015

OOD “Rozhen Milk”

s. Davidkovo,

obsht. Banite

65

2112026

ET “Vladimir Karamitev”

s. Varbina

obsht. Madan

66

2312007

ET “Agropromilk”

gr. Ihtiman

ul. “P.Slaveikov” 19

67

BG 1812008

“Vesi” OOD

s. Novo selo

68

BG 2512003

“Si Vi Es” OOD

gr. Omurtag

Promishlena zona

69

BG 2612034

ET “Eliksir-Petko Petev”

s. Gorski izvor

70

BG 1812003

“Sirma Prista” AD

gr. Ruse

bul. “3-ti mart” 51

71

BG 2512001

“Mladost -2002” OOD

gr. Targovishte

bul.“29-ti yanuari” 7

72

0812030

“FAMA” AD

gr. Dobrich

bul. “Dobrudzha” 2

73

0912003

“Koveg-mlechni produkti” OOD

gr. Kardzhali

Promishlena zona

74

1412015

ET “Boycho Videnov - Elbokada 2000”

s. Stefanovo

obsht. Radomir

75

1712017

“Diva 02” OOD

gr. Isperih

ul. “An.Kanchev”

76

1712037

ET “Ali Isliamov”

s. Yasenovets

77

1712043

“Maxima milk” OOD

s. Samuil

78

1812005

“DAV - Viktor Simonov” EOOD

gr. Vetovo

ul. “Han Kubrat” 52

79

2012010

“Saray” OOD

s. Mokren

80

2012032

“Kiveks” OOD

s.Kovachite

81

2012036

“Minchevi” OOD

s. Korten

82

2212009

“Serdika -94” OOD

gr. Sofia

kv. Zheleznitza

83

2312028

ET “Sisi Lyubomir Semkov”

s. Anton

84

2312033

“Balkan spetsial” OOD

s. Gorna Malina

85

2312039

EOOD “Laktoni”

s. Ravno pole,

obl. Sofiyska

86

2412040

“Inikom” OOD

gr. Galabovo

ul. “G.S.Rakovski” 11

87

2512011

ET “Sevi 2000- Sevie Ibryamova”

s. Krepcha

obsht. Opaka

88

2612015

ET “Detelina 39”

s. Brod

89

2812002

“Arachievi” OOD

s. Kirilovo,

obl. Yambolska’

90

BG 1612021

ET “Deni-Denislav Dimitrov-Ilias Islamov”

s. Briagovo

obsht. Gulyantsi

91

BG 2012019

“Hemus-Milk komers” OOD

gr. Sliven

Promishlena zona Zapad

92

2012008

“Raftis” EOOD

s. Byala

93

2112023

ET “Iliyan Isakov”

s. Trigrad

obsht. Devin

94

2312020

“MAH 2003” EOOD

gr. Etropole

bul. “Al. Stamboliyski” 21

95

2712005

“Nadezhda” OOD

s. Kliment

▼B




ANNESS III

Formola għar-rapporti kif imsemmi fl-Artikolu 5



Reġjun

Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 31.12.2009

Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 31.12.2009

% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 31.12.2009

Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 30.11.2010

Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 30.11.2010

% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 30.11.2010

Nru totali ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib 30.9.2011

Nru ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib b’ħalib mhux konformi 30.9.2011

% tat-total ta’ rziezet tal-prodotti tal-ħalib mhux konformi 30.9.2011

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Sommarju BU

 
 
 
 
 
 
 
 
 



Reġjun

Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 31.12.2009

Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 31.12.2009

% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 31.12.2009

Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 30.11.2010

Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.11.2010

% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.11.2010

Nru totali ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib 30.9.2011

Nru ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.9.2011

% tat-total ta’ postijiet minn fejn jinġabar il-ħalib mhux konformi 30.9.2011

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

Sommarju BG

 
 
 
 
 
 
 
 
 



( 1 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

( 2 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.