32001D0181



Official Journal L 066 , 08/03/2001 P. 0039 - 0041


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-22 ta’ Frar 2001

li temenda l-Anness I mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE li tistabbilixxi riservi Komunitarji tat-tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u taġġorna d-Deċiżjoni 2000/112/KE rigward id-distribuzjoni tar-riservi ta’ l-antiġeni bejn il-banek ta’ l-antiġeni

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2001) 425)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2001/181/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1991 li tistabbilixxi riservi Komunitarji tat-tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/762/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 9 tagħha,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1) Skond id-Deċiżjoni 91/666/KEE, ix-xiri ta’ l-antiġeni huwa parti mill-azzjoni Komunitarja għalbiex jiġu stabbiliti r-riservi Komunitarji tat-tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(2) L-Anness I mad-Deċiżjoni 91/666/KEE jagħti d-dettalji dwar il-kwantitajiet u s-sub-tipi ta’ l-antiġen għall-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li jridu jinħażnu fir-riservi Kopmunitarji ta’ l-antiġeni.

(3) Imġiegħla mill-qagħda epidemjoloġika u wara l-parir tal-Laboratorju Dinji ta’ Riferiment għall-Marda ta’ l-ilsien u d-Dwiefer, f’Pirbright, ir-Renju Unit, u fuq il-parir ta’ grupp ta’ esperti stabbilit sabiex jirrevedi wħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/511/KEE [5], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, il-Komunità effettwat ix-xiri ta’ sub-tipi u kwantitajiet ta’ antiġeni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(4) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/590/KE tal-5 ta’ Novembru 1993 għax-xiri mill-Komunità ta’ l-antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-kwadru ta’ l-azzjoni Komunitarja li tirrigwarda r-riservi tat-tilqim tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [6], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/112/KE [7], kienu saru arranġamenti għax-xiri ta’ l-antiġeni A5, A22 u O1 tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(5) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/348/KE tat-23 ta’ Mejju 1997 għax-xiri mill-Komunità ta’ l-antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formolazzjoni, il-produzzjoni, il-ibbottiljer u d-distribuzzjoni tat-tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [8], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2000/112/KE, kienu saru arranġamenti għax-xiri ta’ l-antiġeni A22-Iraq u ASIA1 tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

(6) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/77/KE tas-17 ta’ Diċembru 1999 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formolazzjoni, il-produzzjoni, il-ibbottiljer u d-distribuzjoni tat-tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [9], kienu saru arranġamenti għax-xiri ta’ ċerti kwantitajiet ta’ l-antiġeni A Iran 96, A Iran 99, A Malażja 97, SAT 1, SAT 2 (ir-razez ta’ l-Afrika tal-Lvant u ta’ l-Afrika ta’ Isfel) u SAT 3 tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(7) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/569/KE tat-8 ta’ Settembru 2000 għax-xiri mill-Komunità ta’ l-antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formolazzjoni, il-produzzjoni, il-ibbottiljer u d-distribuzzjoni tat-tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [10], kieni saru arranġamenti għax-xiri ta’ kwantitajiet addizzjonali ta’ l-antiġeni A 22-Iraq, O1-Manisa, ASIA 1-Shamir, A Malażja 97, SAT 1, SAT 2 (ir-razez ta’ l-Afrika tal-Lvant u ta’ l-Afrika ta’ Isfel) u SAT 3 tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(8) Jidher meħtieġ illi l-Anness I mad-Deċiżjoni 91/666/KEE jiġi allineat max-xiri magħmul mill-Komunità fid-dawl ta’ l-iżvilupp epidemjoloġiku.

(9) Jidher approprjat ukoll li jiġi aġġornat l-Anness mad-Deċiżjoni 2000/112/KE li jagħti d-dettalji dwar id-distribuzzjoni bejn il-banek ta’ l-antiġeni tar-riservi ta’ l-antiġeni stabbiliti fil-kwadru ta’ l-azzjoni Komunitarja li tirrigwarda r-riservi tat-tilqim tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u li jiġu emedati d-Deċiżjonijiet 93/590/KE u 97/348/KE.

(10) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterenarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Deċiżjoni 91/666/KEE huwa mibdul bl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness mad-Deċiżjoni 2000/112/KEE huwa mibdul bl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Frar 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 368, tal-31.12.1991, p. 21.

[2] ĠU L 301, ta’ l-24.11.1999, p. 6.

[3] ĠU L 224, tat-18.08.1990, p. 19.

[4] ĠU L 160, tas-26.06.1999, p. 103.

[5] ĠU L 315, tas-26.11.1985, p. 11.

[6] ĠU L 280, tat-13.11.1993, p. 33.

[7] ĠU L 33, tat-8.2.2000, p. 21.

[8] ĠU L 148, tas-6.6.1997, p. 27.

[9] ĠU L 30, ta’ l-4.2.2000, p. 35.

[10] ĠU L 238, tat-22.9.2000, p. 61.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

"

“L-ANNESS I

Il-kwantitajiet u s-sub-tipi ta’ l-aniġeni li jridu jinżammu fil-banek ta’ l-antiġeni

Ir-razez potenti u testjati tajjeb tat-tilqim li jikkorrispondu għal:

1. | O | Ir-razza Ewropea | O1-BFS |

Ir-razza tal-Lvant Nofsani | O1-Manisa |

2. | A | Ir-razza ta' l-Amerika ta' Isfel | A24-Cruziero |

Ir-razza tal-Lvant Nofsani | A22-Iraq |

Ir-razza tal-Lvant Nofsani | A-Iran 96 |

Ir-razza tal-Lvant Nofsani | A-Iran 99 |

Ir-razza Asjatika | A-Malażja 97 |

3. | C | Ir-razza Ewropea | C1-Noville |

4. | ASIA 1 | | ASIA 1-Shamir |

5. | SAT | SAT 1 | |

SAT 2 | ir-razza ta' l-Afrika tal-Lvantir-razza ta' l-Afrika ta' Isfel |

SAT 3 | |

Ir-razzez ta’ hawn fuq għandhom jinżammu fi kwantitajiet suffiċjenti sabiex jitwettaq it-tilqim ta’ l-emerġenza billi jitqiesu r-riskji stmati tas-sub-tipi differenti preżenti għall-bhejjem ta’ l-irziezet fil-Komunità u f’kull każ mhux anqas minn żewġ miljun doża ta’ kull sub-tip.

Kull doża tat-tilqim irrikostitwita mill-antiġeni ta’ hawnhekk għandu jkollha potenza osservata ta’ 6 PD50 fil-bhejjem tal-fart, meta ttestjati skond il-Farmakopea Ewropea.”

"

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

"

“L-ANNESS

IL-BANK EWOPEW TA' L-ANTIĠENI | Il-Banek innominati ta' l-antiġeni | IL-BANK EWOPEW TA' L-ANTIĠENI |

It-Tip/sub-tip ta' l-antiġeni | L-IZP Brescia | IL-LNPB Lyon | Il-Merial SAS Pirbright/Lyon | It-Total (x 1000000) |

Il-Kwantità (x 1000000) | Il-Kwantità (x 1000000) | Il-Kwantità (x 1000000) |

O1-Manasia | 2,5 | 2,5 | | 5,0 |

O1-BFS | | 2,5 | 1,0 | 3,5 |

A24-Cruzeiro | | 2,5 | 2,5 | 5,0 |

A22-Iraq | 2,5 | 2,2 | | 4,7 |

A Iran 96 | | | 1,0 | 1,0 |

A Iran 99 | | | 1,0 | 1,0 |

A Malażja 97 | | | 0,5 | 0,5 |

C1-Noville | 2,5 | | 2,5 | 5,0 |

ASIA1-Shamir | 2,5 | | 1,0 | 3,5 |

SAT 1 | | | 0,5 | 0,5 |

SAT 2 (Afrika) | | | 0,5 | 0,5 |

SAT 2 (Afrika) | | | 0,5 | 0,5 |

SAT 3 | | | 0,5 | 0,5 |

Il-Kwantità (x 1000000) total għal kull sit | 10,0 | 9,7 | 11,5 | 31,2 |

"

--------------------------------------------------